32009R0396


Titolu u referenza

Regolament (KE) Nru 396/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE

 ĠU L 126, 21.5.2009, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (KE) Nru 396/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas- 6 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) L-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal- 11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni [3] jipprevedi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, b’ċerti eċċezzjonijiet stabbiliti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Regjonali u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

(2) L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] jistabbilixxi liema nfiq huwa eliġibbli għal kontribut mill-FSE kif iddefinit fl-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3) Il-kriżi finanzjarja tiġġustifika l-bżonn għal simplifikazzjonijiet oħrajn biex jitħaffef l-aċċess għal għotjiet ikkofinanzjati mill-FSE.

(4) Fir-rapport annwali tagħha tal-2007, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri rrakkomandat li l-awtoritajiet leġiżlattivi u l-Kummissjoni jkunu lesti li jikkunsidraw mill-ġdid it-tfassil tal-programmi tal-infiq futuri billi jagħtu konsiderazzjoni debita għas-simplifikazzjoni tal-bażi tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli u li jagħmlu użu akbar ta’ pagamenti ta’ somom f’daqqa jew b’rata fissa minflok rimborż ta’ "spejjeż reali".

(5) Sabiex tiġi żgurata s-simplifikazzjoni meħtieġa fit-tmexxija, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ operazzjonijiet li jirċievu għotja mill-FSE, b’mod partikolari meta marbuta ma’ sistema ta’ rimborż imsejsa fuq ir-riżultati, huwa xieraq li jiżdiedu żewġ forom addizzjonali ta’ spejjeż eliġibbli, jiġifieri somom f’daqqa u finanzjamenti b’rata fissa bbażati fuq tabelli standard ta’ spejjeż unitarji.

(6) Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-infiq, din is-simplifikazzjoni għandha tkun applikabbli għall-għotjiet kollha mill-FSE. Għalhekk, għandha tkun meħtieġa l-applikazzjoni retroattiva b’effett mill- 1 ta’ Awwissu 2006, li hija d-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006.

(7) Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1081/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1) il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(b) fil-każ ta’ għotjiet:

(i) spejjeż indiretti, iddikjarati fuq bażi ta’ rata fissa, sa 20 % tal-ispejjeż diretti ta’ operazzjoni;

(ii) spejjeż b’rata fissa kkalkulati b’applikazzjoni ta’ tabelli standard ta’ spejjeż unitarji kif definiti mill-Istat Membru;

(iii) somom f’daqqa biex ikopru l-ispejjeż ta’ operazzjoni sħiħa jew parti minnha;";

(2) għandhom jiżdiedu is-subparagrafi li ġejjin:

"L-għażliet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (b) jistgħu jiġu kkombinati biss fejn kull waħda minnhom tkopri kategorija differenti ta’ spejjeż eliġibbli jew fejn jintużaw għal proġetti differenti fl-istess operazzjoni.

L-ispejjeż imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (b) għandhom jiġu stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta’ kalkolu ġust, ekwu u li jista’ jiġi vverifikat.

Is-somma f’daqqa msemmija fil-punt (iii) tal-punt (b) m’għandhiex taqbeż il-EUR 50000.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, għandu jkun japplika b’effett mill- 1 ta’ Awwissu 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is- 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. Pöttering

Għall-Kunsill

Il-President

J. Kohout

[1] LOpinjoni tal- 25 ta’ Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Mejju 2009.

[3] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

[4] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet