Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 363/2009 tal- 4 ta’ Mejju 2009 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
ĠU L 111, 5.5.2009, p. 5–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 363/2009
tal- 4 ta’ Mejju 2009
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal- 20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [1] [traduzzjoni mhux uffiċjali] u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li jistabbilixxi l-qafas legali għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali tal-FAEŻR madwar il-Komunità, ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [2]. Konsegwentement, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 [3] għandu jiġi kkumplimentat minn regoli addizzjonali dettaljati ta’ implimentazzjoni.
(2) L-iskadenza tal-kwota tal-ħalib skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [4] jeżiġu sforzi speċifiċi minn produtturi tal-ħalib. Huwa għalhekk xieraq li, b’effett mill-bidu tal-perjodu ta’ programmar, jitneħħa l-limitu ta’ appoġġ għal investiment għal farms tal-ħalib biex jibqgħu fil-limiti tal-kwoti tal-produzzjoni allokati lill-farm individwali.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 74/2009 introdotta l-ħtieġa tar-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali strateġiċi. Il-kontenut minimu ta’ din ir-reviżjoni għandu jiġi ddefinit.
(4) Minħabba l-importanza tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ir-reviżjonijiet tal-programmi tal-iżvilupp rurali wara l-ewwel implimentazzjoni ta’ dak l-Artikolu, għandhom jitqiesu bħala reviżjonijiet skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u jiġu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 74/2009 identifika lista ta' effetti potenzjali li l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet msemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jimmiraw li jiksbu. Billi din il-lista mhiex eżawrjenti, effetti potenzjali oħrajn jistgħu jiġu proposti minn Stati Membri, li l-operazzjonijiet imsemmija hawn fuq jimmiraw li jiksbu. Madankollu, sabiex tkun żgurata konsistenza mal-effetti potenzjali diġà identifikati u mal-iskop ġenerali li jissaħħu l-operazzjonijiet relatati mal-isfidi l-ġodda, l-għażla għal Stati Membri biex jipproponu effetti potenzjali oħrajn bħal dawn għandha tkun soġġetta għall-reviżjoni mill-Kummissjoni u għall-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali. Għalhekk, modifikazzjonijiet li jintroduċu effett potenzjali ġdid għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni.
(6) Minħabba l-għadd kbir ta’ każijiet li fihom ir-reviżjonijiet jikkonċernaw eċċezzjoni ta’ importanza iktar baxxa minn prinċipji ta’ dimarkazzjoni bejn organizzazzjonijiet komuni tas-suq u żvilupp rurali u sabiex il-piż amministrattiv jiġi limitat, il-Kummissjoni ma għandhiex tibqa’ tadotta deċiżjonijiet dwar reviżjonijiet ta’ tibdiliet relatati mal-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Għalhekk, din il-kategorija ta’ reviżjoni għandha titħassar mil-lista tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.
(7) Għandhom jiġu speċifikati l-kontenut u l-kriterji tal-pjanijiet tan-negozju rigward appoġġ għal azjendi li qed jiġu ristrutturati minħabba riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq.
(8) Wara t-tneħħija tal-"miżura tas-serħan tal-art" skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 [5], id-dispożizzjonijiet li jirreferu għal din il-miżura għandhom jiġu adattati.
(9) Sabiex titħaffef il-kisba ta’ proġetti ta’ investiment fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, il-limitu massimu ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandu jogħla fl-2009 u l-2010.
(10) Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar għanjuna mill-Istat għal ċerti miżuri kofinanzjati mill-FAEŻR u dwar finanzjament nazzjonali addizzjonali jiġu adattati sabiex ikun iċċarat l-iskop tagħhom ta' applikazzjoni u sabiex titqies il-miżura l-ġdida fuq azjendi li qed jiġu ristrutturati minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq introdottata bir-Regolament (KE) Nru 74/2009.
(11) Ma hemmx bżonn ta’ definizzjoni tat-terminu "proposti sostanzjali għal tibdil" fl-Artikolu 78(f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
(12) Sabiex jippermettu monitoraġġ tal-azzjonijiet relatati mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, indikaturi tal-produzzjoni u miri relatati, li jagħmlu parti mil-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 80 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu speċfikati skont it-tip ta’ operazzjoni.
(13) L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tipi ta’ operazzjonijiet relatati mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fil-programmi reveduti tagħhom, u jindikaw liema minn dawn l-operazzjonijiet huma bbażati fuq miżuri ġodda, jiġifieri miżuri li għadhom ma ġewx approvati mill-programm tal-iżvilupp rurali. Barra minn hekk, iridu juru l-kontribuzzjoni indikattiva tal-FAEŻR għall-2010-2013. Għal dan il-għan, l-annessi għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom jiġu emendati.
(14) Għall-konsistenza mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 74/2009, li miegħu jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika b'seħħ mill- 1 ta' Jannar 2009. Applikazzjoni retroattiva bħal din ma għandhiex tikser il-prinċipju ta' ċertezza legali tal-benefiċjarji konċernati.
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(16) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Iżvilupp Rurali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 hu emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
"3. B’eċċezzjoni għas-settur tal-ħalib, fejn organizzazzjoni komuni tas-suq, inklużi l-iskemi ta’ appoġġ dirett, iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), tippreżenta restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni jew limitazzjonijiet fuq l-appoġġ Komunitarju fil-livell ta’ bdiewa individwali, azjendi jew impjanti tal-ipproċessar, l-ebda investiment ma għandu jkun appoġġjat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jekk ikun ser iżid il-produzzjoni ’l fuq minn dawk ir-restrizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet.";
(2) Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:
"Artikolu 3a
Ir-reviżjonijiet tal-pjanijiet nazzjonali strateġiċi skont l-Artikolu 12a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jinkludu reviżjoni tal-elementi rilevanti stipulati fl-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament, li huma relatati mal-prijoritajiet previsti fl-Artikolu 16a(1) ta’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari, tal-għanijiet ewlenin kwantifikati.
L-Istrateġija Nazzjonali għandha tidentifika l-kontribuzzjoni indikattiva jew stmata tal-FAEŻR msemmija fl-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 allokata għal kull waħda mill-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) ta’ dak ir-Regolament fl-Istat Membru u għandu jkun fiha l-ispjegazzjonijiet xierqa relatati mal-allokazzjoni.";
(3) Fl-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
"Il-kontenut tal-programmi għall-iżvilupp rurali kif imsemmija fl-Artikolu 16 u 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jkun stabbilit bi qbil mal-Anness II għal dan ir-Regolament.";
(4) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a) il-punt (d) jinbidel b’li ġej:
"(d) ir-reviżjoni tirreferi għall-ewwel implimentazzjoni tal-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.";
(b) jiżdied il-punt li ġej:
"(e) ir-reviżjoni tintroduċi effett potenzjali ieħor, mhux elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, relatat mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a tal-istess Regolament.";
(5) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
"1. It-tibdiliet fil-programmi mill-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(c) jistgħu jinvolvu tibdiliet fit-tqassim finanzjarju skont il-miżura fi ħdan assi kif ukoll tibdiliet mhux finanzjarji li jikkonċernaw l-introduzzjoni ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ġodda, l-irtirar ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet eżistenzi, it-tibdiliet relatati mal-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew informazzjoni dwar u deskrizzjoni ta’ miżuri eżistenti fil-programm.";
(6) Jiddaħħal l-Artikolu 24a li ġej:
"Artikolu 24a
Il-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 35a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu:
(a) jiddeskrivi l-aspetti ewlenin tar-ristrutturar ippjanat, inkluż id-diversifikazzjoni ’l barra mill-attivitajiet agrikoli;
(b) jidentifika għanijiet speċifiċi.";
(7) Fl-Artikolu 27(6) jitħassar l-ewwel subparagrafu;
(8) Fl-Artikolu 46 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-impenji effettwati mit-tneħħija tas-serħan tal-art wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fuq talba tal-benefiċjarju, l-aġġustamenti ta’ impenji bħal dawn jistgħu jitħallew ukoll f’każ li ma jkunx hemm provdut klawsola ta’ reviżjoni.";
(9) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2), tiżdied is-sentenza li ġejja:
"Fil-każ ta’ investimenti li għalihom fl-2009 jew fl-2010 tkun ittieħdet deċiżjoni individwali li jingħata appoġġ, l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem jista’ jiżdied sa 50 % tal-għajnuna pubblika relatata ma' dak l-investiment.";
(10) Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
"2. Programmi tal-iżvilupp rurali jistgħu biss ikopru ħlasijiet li jsiru minn Stati Membri għall-iżvilupp rurali, li jaqgħu ’l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, favur miżuri skont l-Artikoli 25, 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u operazzjonijiet taħt il-miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta' dak ir-Regolament jew finanzjament nazzjonali addizzjonali, li jaqa' 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, favur il-miżuri skont l-Artikoli 25, 27, 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-operazzjonijiet taħt miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta’ dak ir-Regolament jekk l-għajnuna mill-Istat hija identifikata skont il-punt 9.B tal-Anness II għal dan ir-Regolament.";
(11) Fit-Taqsima 4 "Monitoraġġ u Evalwazzjoni", jiddaħħal l-Artikolu 59a li ġej:
"Artikolu 59a
Għall-għanijiet tal-Artikolu 78, il-punt (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, "proposti sostanzjali għal tibdil" għandhom jinkludu t-tibdiliet li għalihom jeħtieġ bilfors deċizjoni tal-Kummissjoni u t-tibdiliet imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament għajr it-tibdiliet relatati mal-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u t-tagħrif dwar u d-deskrizzjoni ta’ miżuri eżistenti fil-programm.";
(12) Fl-Artikolu 62(1), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:
"Għal miżuri li fihom tipi ta’ operazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 indikaturi tal-produzzjoni u miri indikattivi għal indikaturi tal-produzzjoni għandhom jinqasmu skont it-tipi ta’ operazzjonijiet.";
(13) Fl-Artikolu 63(8), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:
"F’każijiet ta’ force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, u b’mod partikolari meta s-Sistema ma taħdimx tajjeb f’nuqqas ta’ konnessjoni dejjiema, l-Istat Membru jista’ jippreżenta d-dokumenti lill-Kummissjoni b’kopja fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi adattati. Din il-preżentazzjoni ta’ kopji fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi għandha teħtieġ notifika minn qabel lill-Kummissjoni.";
(14) L-Annessi I, II, VII, u VIII huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill- 1 ta’ Jannar 2009. Madankollu l-punt (1) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill- 1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann Fischer Boel
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
[2] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 100.
[3] ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.
[4] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
[5] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
--------------------------------------------------
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:
"ANNESS I
Skemi ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 2(2)
- Frott u Ħxejjex (il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima IVa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 [*])
- Inbid (It-Titolu II, il-Kapitolu I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 [**])
- Tabakk (il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)
- Żejt taż-Żebbuġa (il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima IV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)
- Ħops (l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)
- Naħaġ u Mogħoż (l-Artikolu 102(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 [***])
- Trobbija tan-naħal (it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima VI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)
- Zokkor (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 [****])
- Miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (It-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill Nru 247/2006) [*****] u l-Gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (Il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006) [******]
- Ħlasijiet diretti (l-Artikoli 41(3) u 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009)
(2) L-Anness II qed jiġi emendat kif ġej:
(a) Fil-punt 5.2, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej
- "— Konferma li għall-miżuri skont l-Artikoli 25, 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u għal operazzjonijiet taħt il-miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta’ dak ir-Regolament li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, li tiġi żgurata l-osservanza tal-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat u l-kriterji materjali tal-kompatibbiltà, b’mod partikolari l-limitu ta’ għajnuna tal-appoġġ pubbliku totali skont l-Artikoli 87 u 89 tat-Trattat.";
(b) Il-punt 5.3, jinbidel b'dan li ġej:
"5.3. Informazzjoni meħtieġa għall-Assi u l-miżuri
It-tagħrif speċifiku li ġej, inkluż tagħrif dwar it-tipi speċifiċi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, huwa meħtieġ għal miżuri:";
(ċ) Il-punt 5.3.1.4 jinbidel b'dan li ġej:
"5.3.1.4. Miżuri tranżizzjonali";
(d) Jiddaħħal il-punt li ġej:
"5.3.1.4.4. Azjendi li għaddejjin minn ristrutturar minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq;
- denominazzjoni tar-riformi tal-organizzazzjoni komuni tas-suq involuti;
- sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan tan-negozju;
- l-ammont u t-tul ta’ żmien tal-appoġġ.";
(e) Jiddaħħal il-punt li ġej:
"5.3.6. Lista ta’ tipi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a (3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 sal-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(5a) ta’ dak ir-Regolament.
NB: Il-kolonna "tip eżistenti jew ġdid ta’ operazzjoni" għandha tindika jekk it-tip ta’ operazzjoni relatat mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 kinitx diġà inkluża fil-verżjoni tal-RDP applikabbli fil- 31 ta’ Diċembru 2008. F’dan il-kuntest modifikazzjonijiet ta’ tipi eżistenti ta’ operazzjonijiet jiġu kkunsidrati wkoll bħala "tipi ġodda ta’ operazzjonijiet." "
Assi/Miżura | Tip ta' operazzjoni | Effetti potenzjali | Tip "eżistenti" jew "ġdid" ta’ operazzjoni | Referenza għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni fil-Programm ta’ Żvilupp Rurali (RDP) | Indikatur tal-produzzjoni - mira |
Assi 1 Miżura 111 | … | … | | | |
Miżura ... | … | … | | | |
Assi 2 Miżura 211 | … | … | | | |
Miżura ... | … | … | | | |
Assi 3 Miżura 311 | … | … | | | |
Miżura ... | | | | | |
Assi 4 Miżura 411 | … | … | | | |
Miżura ... | | | | | |
(f) It-Tabella 6.1 tinbidel b'dan li ġej:
"6.1. Il-Kontribuzzjonijiet annwali mill-FAEŻR (f’EUR);
| 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |
Reġjuni mhux ta’ konverġenza | | | | | | | |
Reġjuni ta’ Konverġenza [1] | | | | | | | |
Reġjuni l-aktar imbiegħda u l-Gżejjer iż-żgħar tal-Eġew [2] | | | | | | | |
Modulazzjoni volontarja [3] | | | | | | | |
Kontribuzzjoni addizzjonali għall-Portugall | | | | | | | |
Fondi addizzjonali mill-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 – reġjun mhux ta’ konverġenza | | | | | | | |
Fondi addizzjonali mill-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 – reġjun ta’ konverġenza [4] | | | | | | | |
Total | | | | | | | |
(g) Nota fil-qiegħ tal-paġna (1) li r-referenza tagħha qiegħda fl-aħħar tat-titolu għat-Tabella 6.2 tinbidel b'li ġej:
"(1) It-Tabella 6.2 jeħtieġ tiġi replikata għal kull subammont tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR murija f’ringiela waħda f’Tabella 6.1.";
(h) Jiddaħħal il-punt 6.3 li ġej:
"6.3. Baġit indikattiv relatat ma’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) 1698/2005 bejn l- 1 ta’ Jannar 2010 u l- 31 ta’ Diċembru 2013 (l-Artikolu 16a (3)(b) sal-ammonti speċifikati fl-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005).
Assi/Miżura | Kontribuzzjoni FAEŻR għall-2010-2013 |
Assi 1 Miżura 111 | … |
Miżura ... | … |
Assi 2 Miżura 211 | … |
Miżura ... | … |
Assi 3 Miżura 311 | … |
Miżura ... | |
Assi 4 Miżura 411 | … |
Miżura ... | |
Assi 1, 2, 3 u 4, total | …" |
(i) Fil-punt 7, jiddaħħal il-kodiċi 144 li ġej:
"(144) Azjendi li għaddejjin minn ristrutturar minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq";
(j) Fil-punt 9(B), il-kliem ta’ introduzzjoni tal-ewwel subparagrafu jinbidlu b' dan li ġej:
"Għall-miżuri skont l-Artikoli 25, 27 (għal tal-aħħar għal finanzjament nazzjonali addizzjonali biss kif imsemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005), 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u operazzjonijiet għall-miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta’ dak ir-Regolament li jaqgħu ’l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, jew:";
(3) L-Anness VII qed jiġi emendat kif ġej:
(a) Fil-punt 2, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
"Kull Stat Membru li jirċievi riżorsi finanzjarji addizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2009 [*****], minħabba modulazzjoni skont dak ir-Regolament, flimkien ma’, mill-2011, l-ammonti ta’ fondi mhux użati għandhom jinkludi mill-2011 kapitolu separat li fih tal-anqas l-istess analiżi kif imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel rigward operazzjonijiet relatati mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Għall-Istati Membri ġodda, għajr il-Bulgarija u r-Rumanija dan l-obbligu se jkun effettiv mill-2014.
L-Istati Membri li japplikaw il-miżura l-ġdida "144 Azjendi li għadejjin minn ristrutturar" għandhom jirraportaw dwar il-kisbiet li jkunu ntlaħaqu fir-rigward tal-għanijiet tal-miżura.
(b) Jiddaħħal il-punt 3a li ġej:
"3a. L-implimentazzjoni finanzjara tal-programm rigward operazzjonijiet relatati mal-isfidi ġodda, billi tingħata, għal kull miżura, dikjarazzjoni tan-nefqiet imħallsa lil benefiċjarji wara l- 1 ta’ Jannar 2010 għal tipi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru1698/2005 u l-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(5a) ta’ dak ir-Regolament.
It-tabella li turi sommarju tal-implimentazzjoni finanzjarja ta’ dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet għandha tal-anqas ikollha t-tagħrif li ġej:
Assi/Miżura | Ħlasijiet annwali-sena N | Ħlasijiet kumulattivi mis-sena 2010 sas-sena N |
Miżura 111 | … | … |
Miżura ... | | |
Total, Assi 1 | … | … |
Miżura 211 | … | … |
Miżura ... | | |
Total, Assi 2 | … | … |
Miżura 311 | … | … |
Miżura ... | | |
Total, Assi 3 | … | … |
Miżura 411 | … | … |
Miżura ... | | |
Total, Assi 4 | … | … |
Total tal-programm | … | …" |
(4) Fl-Anness VIII, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja taħt il-punt II INDIKATURI KOMUNI TAL-PRODUZZJONI fl-aħħar tal-lista li tikkonċerna l-Assi 1:
Kodiċi | Miżura | Indikaturi ta’ produzzjoni (*) |
"144 | Azjendi li għaddejjin minn ristrutturar minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq | Għadd ta’ azjendi li rċevew appoġġ" |
[*] ĠU L 299, 2.10.2007, p. 1.
[**] ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.
[***] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
[****] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.
[*****] ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.
[******] ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1."
[*] Għal Stati Membri b’reġjuni ta’ konverġenza.
[**] Għal Stati Membri b’reġjuni l-iktar imbiegħda jew il-Gżejjer iż-żgħar tal-Eġew
[***] Għal Stati Membri li japplikaw modulazzjoni volontarja skont ir-Regolament (KE) Nru 378/2007.
[****] Għal Stati Membri li jirċievu fondi addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ma’ reġjuni ta’ konverġenza."
[*****] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 100."
--------------------------------------------------
| Fuq |