32009R0279


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/2009 tas- 6 ta’ April 2009 li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

 ĠU L 93, 7.4.2009, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/2009

tas- 6 ta’ April 2009

li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(c)(ii) tagħha,

Billi:

(1) Is-Slovakkja ressqet talba motivata biex issir emenda fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Talbet li tiżdied il-professjoni ta’ tekniku dentali ("zubný technik"), li tissodisfa l-kundizzjonijiet ipprovduti bl-Artikolu 11(c)(ii) tad-Direttiva 2005/36/KE, kif huwa evidenti mir-Regolament tal-Gvern Nru 742/2004 Coll. dwar il-kwalifiki professjonali tal-professjonisti tas-saħħa.

(2) Id-Danimarka ressqet talba motivata biex isiru emendi fl-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. Talbet li mill-Anness II għad-Direttiva 2003/36/KE titneħħa l-professjoni ta’ optometrista ("optometrist") li l-livell tagħha ntrefa’ għal dak ta’ diploma, kif provdut bl-Artikolu 11(d) tad-Direttiva 2005/36/KE, u li għalhekk ma jaqdix ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(c)(ii) ta’ dik id-Direttiva. Id-Danimarka talbet ukoll li mill-Anness II għad-Direttiva 2003/36/KE jitneħħew il-professjonijiet ta’ tekniku tal-ortopedija ("ortopædimekaniker") u ta’ skarpan taż-żraben u l-butz ortopediċi ("ortopædiskomager"), li ma għadhomx regolati fid-Danimarka.

(3) Id-Direttiva 2005/36/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(4) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCreevy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif ġej:

1. Fil-punt 1, taħt l-intestatura "fis-Slovakkja" għandu jiżdied dan li ġej:

- "— tekniku dentali ("zubný technik"),

li tirrappreżenta edukazzjoni u taħriġ ta’ għall-anqas 14-il sena, inklużi 8 jew 9 snin ta’ edukazzjoni primarja, 4 snin ta’ edukazzjoni sekondarja u warajhom sentejn edukazzjoni postsekondarja fi skola sekondarja tal-kura tas-saħħa, ikkompletati b’eżami teoretiku u prattiku fil-livell taċ-Ċertifikat Ġenerali tal-Edukazzjoni ("maturitné vysvedčenie")."

(2) Fil-punt 2, għandhom jitħassru l-intestatura "fid-Danimarka" kif ukoll l-entrati għad-Danimarka.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet