Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2009 li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – Parti Tnejn
ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109–154 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal- 11 ta' Marzu 2009
li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju
Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – Parti Tnejn
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 37, 44(1), 71, 80(2), 95, 152(4)(b), 175(1), 179 u 285 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [2],
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [4] ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE [5], li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitneħħew uħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplementat b'elementi ġodda mhux essenzjali.
(2) F'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [6] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-atti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn għandhom jiġu aġġustati skont il-proċeduri applikabbli.
(3) Billi l-emendi magħmula fl-atti għal dan l-iskop huma ta' natura teknika u jikkonċernaw il-proċedura tal-kumitat biss, m'hemmx il-ħtieġa, fil-każ tad-direttivi, ta' traspożizzjoni mill-Istati Membri,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-atti elenkati fl-Anness huma b'dan adattati, skont dak l-Anness, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE.
Artikolu 2
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti li jinsabu fl-Anness għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati minn dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. Pöttering
Għall-Kunsill
Il-President
A. Vondra
[1] ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.
[2] ĠU C 117, 14.5.2008, p. 1.
[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta' Frar 2009.
[4] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
[5] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.
[6] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS
1. GĦAJNUNA UMANITARJA
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal- 20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja [1]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1257/96, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1257/96, billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1257/96 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) fl-Artikolu 13, ir-raba' paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Id-deċiżjonijiet biex jitkomplew il-ħidmiet adottati mill-proċedura ta' urġenza għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, li taġixxi skont il-proċedura ta' mmaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 17(2) u fil-limiti stabbiliti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2).";
2) l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:
"Artikolu 15
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif msemmija fl-Artikolu 17(4).
2. Filwaqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 17(3), il-Kummissjoni għandha:
- tiddeċiedi dwar il-finanzjament Komunitarju tal-ħidmiet ta' protezzjoni tal-għajnuna umanitarja msemmija fl-Artikolu 2(c),
- tiddeċiedi li tieħu azzjoni diretta tal-Kummissjoni jew li tiffinanzja azzjoni mill-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri.
3. Filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha:
- tapprova pjanijiet globali mfassla biex jipprovdu għal azzjonijiet f'pajjiż jew reġjun partikolari li jkun fejn l-iskala u l-kumplessità tal-kriżi umanitarja hija tali li tidher li x'aktarx li ser tissokta, u l-estimi għal dawk il-pjani. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-prijoritajiet li għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu implimentati dawn il-pjanijiet globali,
- tiddeċiedi dwar il-proġetti li jiskorru 2 miljuni ECU, bla ħsara għall-Artikolu 13.";
3) l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 17
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
2. INTRAPRIŻA
2.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal- 20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers [2]
Fir-rigward tad-Direttiva 75/324/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta l-adattamenti tekniċi neċessarji għal dik id-Direttiva u l-emendi meħtieġa biex l-Anness ikun adattat għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 75/324/KEE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 75/324/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta l-Anness ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).";
2) l-Artikolu 7 huwa emendat hekk kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:
"2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.";
(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.
3) fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kummissjoni tista' tadotta adattamenti tekniċi neċessarji ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).
F'dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagwardja jista' jżommhom sakemm jidħlu fis-seħħ l-adattamenti.".
2.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal- 5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili [3]
Fir-rigward tad-Direttiva 93/15/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta d-Direttiva biex titqies kwalunkwe emenda futura tar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u biex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14, it-tieni paragrafu. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 93/15/KEE billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 93/15/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 13
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Il-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe materja li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fil-paragrafu 3, miżuri ta' implimentazzjoni partikolarment biex titqies kwalunkwe emenda futura tar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.";
2) it-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"L-Istati Membri għandhom jaċċertaw jekk impriżi bħal dawn ikollhomx sistema sabiex jagħtu kont tal-isplussivi b'dak il-mod li dawk li jkollhom xi splussivi jkunu jistgħu jiġu identifikati f'kull żmien. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(4).".
2.3. Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra [4]
Fir-rigward tad-Direttiva 2000/14/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għall-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/14/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2000/14/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 18 għandu jkun emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar;
2) l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu 18a
Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex ikun hemm adattament għall-progress tekniku tal-Anness III, sakemm dawn ma jkollhomx xi impatt dirett fuq il-livell imkejjel tal-qawwa tal-ħoss tal-apparat elenkat fl-Artikolu 12, b'mod partikolari permezz tal-inklużjoni ta' referenzi għall-istandards Ewropej rilevanti.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).";
3) fl-Artikolu 19, il-punt(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"(b) jassisti lill-Kummissjoni fl-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III.".
2.4. Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti [5]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-annessi tagħha għall-progress tekniku, biex tadatta l-metodi ta' kejl, it-teħid ta' kampjuni u analiżi, biex tadotta regoli li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri ta' kontroll u biex tinkludi tipi ġodda ta' fertilizzanti tal-KE. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Il-Kummissjoni għandha tadatta u timmodernizza l-metodi ta' kejl, tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi u għandha, fejn ikun possibbli, tuża Standards Ewropej. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 32(3). L-istess proċedura għandha tapplika għall-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa biex jiġu speċifikati l-miżuri ta' kontroll previsti f'dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8, 26 u 27. Dawn ir-regoli għandhom b'mod partikolari jikkunsidraw il-kwistjoni tal-frekwenza li biha l-eżamijiet għandhom jiġu ripetuti, kif ukoll il-miżuri li huma intenzjonati biex jiżguraw li l-fertilizzant imqiegħed fis-suq hu identiku għall-fertilizzant eżaminat.";
2) l-Artikolu 31 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:
"1. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I biex jinkludi tipi ġodda ta' fertilizzanti.";
(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi biex jitqies il-progress tekniku.";
(ċ) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:
"4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 32(3).";
3) l-Artikolu 32 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 32
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
2.5. Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (Verżjoni kodifikata) [6]
Fir-rigward tad-Direttiva 2004/9/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Anness I għall-progress tekniku u tbiddel il-formula fl-Artikolu 2(2). Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/9/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/9/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 6(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Jekk il-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa emendi għal din id-Direttiva biex jissolvew il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tadotta dawk l-emendi.
Bawn il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).";
2) l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva u tal-Kunsill 67/548/KEE [], minn hawn ‘il quddiem "il-Kumitat".
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3) l-Artikolu 8(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dawn li ġejjin:
(a) l-adattament tal-formula msemmija fl-Artikolu 2(2);
(b) l-adattament tal-Anness I biex jitqies il-progress tekniku.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).".
2.6. Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata) [8]
Fir-rigward tad-Direttiva 2004/10/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Anness I għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/10/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/10/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu 3a
Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Anness I għall-progress tekniku, fir-rigward tal-prinċipji tal-GLP.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).";
2) l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3) fl-Artikolu 5(2) it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tintroduċi adattamenti tekniċi neċessarji għal din id-Direttiva.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).
Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Istat Membru li jkun adotta l-miżuri ta' salvagwardja jista' jżommhom sad-dħul fis-seħħ ta' dawk l-adattamenti.".
2.7. Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga [10]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta miżuri ta' implimentazzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 14 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) is-sentenza introduttorja għandha jiġi sostitwita b'dan li ġej:
"Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni dwar dan li ġej:";
(b) għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
"Il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel paragrafu, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).
Il-miżuri msemmija fil-punt (f) tal-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 15(2).";
2) l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 15
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
2.8. Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti [12]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-annessi tagħha u tadotta kwalunkwe emendi jew żiediet meħtieġa biex jiġu applikati r-regoli ta' dak ir-Regolament għad-deterġenti b'bażi ta' solventi fejn ikun meħtieġ. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) il-premessa 27 għandha titħassar;
2) l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 12
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
3) l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 13
Adattament tal-Annessi
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda meħtieġa biex tadatta l-Annessi u, safejn hu possibbli, tuża l-Istandards Ewropej.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda jew żieda meħtieġa biex tapplika r-regoli ta' dan ir-Regolament għal deterġenti b'bażi ta' solventi.
3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmija fl-Artikolu 12(3).";
4) Fl-Anness VII, punt A, is-sitt paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Jekk limiti individwali ta' konċentrazzjoni bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni ta' fwieħa jiġu stabbiliti wara bl-SCCFP, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-adozzjoni ta' limiti bħal dawn biex jissostitwixxu l-limitu ta' 0.01 % imsemmi hawn fuq. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).".
2.9. Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [13]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet u annessi, biex tadotta dispożizzjonijiet ġodda, u biex tniżżel kondizzjonijiet speċifiċi ta' applikazzjoni. Peress li dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 3(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Wara li jkun ġie kkonsultat il-kumitat kompetenti tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista' tadatta l-Anness għall-progress tekniku u xjentifiku u tista' tadotta kull emenda meħtieġa mingħajr ma testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura ċentralizzata.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adotatti skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
2) fl-Artikolu 14(7), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħal din. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
3) l-Artikolu 16(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, għandha tadotta dispożizzjonijiet adatti biex ikunu eżaminati varjazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f'forma ta' regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
4) l-Artikolu 24 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-marketing għal prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem għandu jiżgura li l-effetti sekondarji serji suspettati mhux mistennija kollha u kull trażmissjoni suspetta permezz ta' prodott mediċinali ta' xi aġent li jinfetta li jseħħ fit-territorju ta' pajjiż terz jiġu rrappurtati fil-pront lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, u mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għar-rappurtar ta' effetti sekondarji suspettati mhux mistennija li m'humiex serji, kemm jekk iseħħu fil-Komunità kemm jekk f'pajjiż terz. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
(b) il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jemendaw il-paragrafu 3 minħabba l-esperjenza miksuba bit-tħaddim tiegħu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
5) l-Artikolu 29 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 29
Il-Kummissjoni tista' tadotta kull emenda li tista' tkun meħtieġa biex taġġorna d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
6) fl-Artikolu 41(6) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"6. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, għandha tadotta dispożizzjonijiet adatti biex ikunu eżaminati varjazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f'forma ta' regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
7) l-Artikolu 49 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-marketing għall-prodott mediċinali veterinarju għandu jiżgura li l-effetti sekondarji suspettati serji mhux mistennija kollha, u effetti sekondarji mill-bniedem, u kull trażmissjoni suspetta permezz ta' prodott mediċinali ta' xi aġent li jinfetta li jseħħu fit-territorju ta' pajjiż terz jiġu rrappurtati fil-pront lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għar-rappurtar ta' reazzjonijiet kuntrarji suspettati mhux mistennija li m'humiex serji, kemm jekk iseħħu fil-Komunità kemm jekk f'pajjiż terz. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
(b) il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jemendaw il-paragrafu 3 minħabba l-esperjenza miksuba bit-tħaddim tiegħu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
8) l-Artikolu 54 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 54
Il-Kummissjoni tista' tadotta kull emenda li tista' tkun meħtieġa biex taġġorna d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
9) l-Artikolu 70(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet li jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi fejn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jistgħu jħallsu ħlasijiet imnaqqsa, jiddeferixxu l-pagament tal-ħlas, jew jirċievu għajnuna amministrattiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
10) fl-Artikolu 84(3) l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Fuq talba tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista' timponi penali finanzjarji fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-marketing mogħtija taħt dan ir-Regolament jekk jonqsu milli jħarsu ċerti obbligi stabbiliti fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet. L-ammonti massimi kif ukoll il-kondizzjonijiet u l-metodi għall-ġbir ta' dan il-penali għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).";
11) l-Artikolu 87 huwa b'dan emendat hekk kif ġej:
(a) il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.";
(b) il-paragrafu 4 għandu jitħassar.
3. L-AMBJENT
3.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat- 3 ta' Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta' sorveljanza u monitoraġġ ta' ambjenti milquta mill-iskart tal-industrija tad-dijossidu ta' titanju [14]
Fir-rigward tad-Direttiva 82/883/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-kontenut tal-Annessi fir-rigward tal-parametri elenkati fil-kolonna "determinazzjoni mhux obbligatorja" u l-metodi ta' referenza ta' kejl. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 82/883/KEE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 82/883/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 9 għandu għall-progress xjentifiku u tekniku li ġej:
"Artikolu 9
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-kontenuti tal-Annessi fir-rigward tal-parametri elenkati fil-kolonna "determinazzjoni mhux obbligatorja" u l-metodi ta' referenza għall-kejl.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).";
2) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
3.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat- 12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura [15]
Fir-rigward tad-Direttiva 86/278/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku d-dispożizzjonijiet tal-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 86/278/KEE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 86/278/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 13
Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku d-dispożizzjonijiet tal-Annessi għad-Direttiva, bl-eċċezzjoni għall-parametri u l-valuri elenkati fl-Annessi I A, I B u I C, kwalunkwe fattur li x'aktarx jaffettwa l-evalwazzjoni tal-valuri, u l-parametri għall-analiżi msemmija fl-Annessi II A u II B.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).";
2) l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 15
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
3.3. Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ [16]
Fir-rigward tad-Direttiva 94/62/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex teżamina u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-eżempji illustrattivi għad-definizzjoni ta' imballaġġ u biex tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom livelli ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal preżenti fl-imballaġ jew fil-komponenti tal-imballaġ ma japplikawx għal ċerti materjali u ċirkwiti tal-prodotti, it-tipi ta' mballaġġ eżenti mill-ħtieġa rigward il-livelli ta' konċentrazzjoni u l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jitrattaw kull diffikultà li wieħed jiltaqa' magħha fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 94/62/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) fl-Artikolu 3, punt (1), ir-raba' subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, teżamina u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-eżempji illustrattivi dwar id-definizzjoni ta' imballaġġ mogħtija fl-Anness I. L-oġġetti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati bħala prijorità: kaxxi tas-CD u l-vidjo, qsari, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, karta approprjata għal tikketti bi twaħħil proprju u karti għat-tgeżwir. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).";
2) l-Artikolu 11(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom il-livelli tal- konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma japplikawx għall-materjali riċiklati u għaċ-ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f'katina magħluqa jew kontrollata, kif ukoll it-tipi ta' imballaġġ li huma eżenti mir-rekwiżiti msemmija fit-tielet inċiż tal-paragrafu 1.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).";
3) l-Artikolu 12(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tad-data provduta u biex id-data tal-Istati Membri ssir kompatibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data disponibbli tagħhom f'formati li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Anness III, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).";
4) l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 19
Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku
1. L-emendi meħtieġa għall-adattament tal-progress xjentifiku u tekniku tas-sistema ta' identifikazzjoni (kif imsemmija fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, l-aħħar inċiż) u tal-formati relatati mas-sistema tad-database (kif imsemmija fl-Artikolu 12(3) u l-Anness III) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex l-eżempji illustrattivi għad-definizzjoni ta' imballaġġ (kif imsemmija fl-Anness I) jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).";
5) l-Artikolu 20(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri tekniċi meħtieġa biex titratta kwalunkwe diffikultà li tinqala' fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inerenti, imqiegħda fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (i.e. madwar 0,1 % bl-użin) fil-Komunità, l-imballaġġ primarju għall-apparat mediku u prodotti farmaċewtiċi, imballaġġ żgħir u imballaġġ ta' lussu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).";
6) l-Artikolu 21(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
3.4. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi [17]
Fir-rigward tad-Direttiva 1999/32/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi kriterji għall-użu ta' teknoloġiji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet minn bastimenti ta' kull bandiera f'portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità u biex tadotta l-emendi meħtieġa biex tagħmel adattamenti tekniċi għal xi dispożizzjonijiet fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/32/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 1999/32/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 4c(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji mill-Kummissjoni għall-użu tat-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet minn bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera f'portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-kriterji lill-IMO.";
2) l-Artikolu 7(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Kwalunkwe emenda meħtieġa biex isiru adattamenti tekniċi fl-Artikolu 2, il-punti 1, 2, 3, 3a, 3b u 4 jew fl-Artikolu 6(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2). Dawn l-adattamenti m'għandhomx jirriżultaw f'bidliet diretti tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew fil-limiti fuq il-kubrit fil-karburant speċifikati f'din id-Direttiva.";
3) l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 9
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
3.5. Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi [18]
Fir-rigward tad-Direttiva 2001/81/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taġġorna l-metodoloġiji li għandhom jintużaw skont l-Anness III. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/81/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 7(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej
"4. Kwalunkwe aġġornament tal-metodoloġiji li għandhom jintużaw skont l-Anness III, għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";
2) l-Artikolu 13(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
3.6. Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità [19]
Fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11b(5) biex ikunu adottati linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet, biex ikun adottat Regolament għal sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjoni inklużi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-użu u l-identifikazzjoni tas-CERs u l-ERUs fl-iskema tal-Komunità u l-monitoraġġ tal-livell ta' dan l-użu, biex temenda l-Anness III kif stabbilit fl-Artikolu 22, biex tapprova l-inklużjoni ta' attivitajiet u gassijiet serra li m'humiex elenkati fl-Anness I, biex tfassal kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti skont l-istrumenti ta' ftehim ma' pajjiżi terzi u biex tadotta metodi standardizzati jew aċċettati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra oħra. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/87/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2003/87/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) fl-Artikolu 11b, il-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"7. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, b'mod partikolari fir-rigward tal-evitar ta' għadd doppju, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu fejn il-parti ospitanti tissodisfa r-rekwiżiti ta' eliġibilità kollha għall-attivitajiet tal-proġett JI. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).";
2) fl-Artikolu 14(1), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' gassijiet serra speċifikati fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).";
3) l-Artikolu 19(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Sabiex timplimenta din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għal sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjoni fil-għamla ta' databases elettroniċi u standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta' informazzjoni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, sabiex jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku u għall-kunfidenzjalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment li jkun inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto. Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta' CERSs u ERUs fl-iskema tal-Komunità u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta' tali użu. Dik il-miżura, mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).";
4) l-Artikolu 22 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 22
Emendi għall-Anness III
Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III, minbarra l-kriterji 1, 5 u 7, għall-perjodu taż-żmien mill-2008 sal-2012 fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).";
5) l-Artikolu 23(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
6) l-Artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. Filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti kollha, b'mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema u l-affidabilità tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rappurtaġġ ippjanata, l-Istati Membri jistgħu, mill-2008, japplikaw għal skambji ta' kwoti ta' emissjonijiet skont din id-Direttiva għal:
(a) installazzjonijiet li m'humiex elenkati fl-Anness I, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-installazzjonijiet tkun approvata mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), u
(b) attivitajiet u gassijiet serra li m'humiex elenkati fl-Anness I, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).
Mill-2005, l-Istati Membri jistgħu japplikaw taħt l-istess kondizzjonijiet l-iskambji ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I taħt il-limiti tal-kapaċità msemmija f'dak l-Anness.";
(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, jew fuq talba ta' Stat Membru tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtar għall-emissjonijiet minn attivitajiet, installazzjonijiet u gassijiet bl-effett serra li mhumiex elenkati fl-Anness I jekk il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta' dawn l-emmisjonijiet jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).";
7) l-Artikolu 25(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Fejn jiġi konkluż ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa relatata mar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti ta' dak il-ftehim. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).";
8) fl-Anness IV, il-paragrafu taħt it-titolu "Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra" għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni mal-partijiet rilevanti kollha. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).".
3.7. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti [20]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi ċerti limiti tal-konċentrazzjoni fl-annessi, biex temenda l-annessi kull meta xi sustanza titniżżel fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, biex timmodifika l-annotazzjonijiet eżistenti u biex tadatta l-annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 4, il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"(a) skart li jkun fih jew li jkun kontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista' bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità, bil-kondizzjoni li l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart għandu jkun taħt il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness IV. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3). Sa dak iż-żmien li l-limiti tal-konċentrazzjoni jiġu stabbiliti skont din il-proċedura, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tadotta jew tapplika limiti tal-konċentrazzjoni jew rekwiżiti tekniċi speċifiċi dwar ir-rimi jew l-irkupru ta' skart taħt dan il-punt.";
(b) fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Il-limiti tal-konċentrazzjoni fl-Anness V, il-parti 2 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-paragrafu 4(b) ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).";
2) l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 14
Emendi għall-Annessi
1. Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Annessi I, II u III kif meħtieġ.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
2. Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Anness IV kif meħtieġ.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki għall-annotazzjonijiet eżistenti fl-Annessi I, II u III, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki tal-annotazzjonijiet eżistenti fl-Anness IV u modifiki għall-Anness V, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).";
3) l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
4) l-Artikolu 17(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
3.8. Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali [21]
Fir-rigward tad-Direttiva 2004/107/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet u Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/107/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/107/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"9. Irrispettivament mil-livelli ta' konċentrazzjoni għandu jiġi installat post wieħed fejn jinġabru l-kampjuni ta' sfond kull 100000km2 għall-kejl indikattiv fl-arja ambjentali, tal-arseniku, il-kadmju, in-nikil, il-merkurju gassuż totali, il-benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8, u tad-depożizzjoni totali ta' arseniku, kadmju, merkurju, nikil, benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas stazzjon ta' kejl wieħed. Madankollu, bi ftehim u skont linji gwida li jridu jiġu mfassla taħt il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 6(2), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu stazzjon jew diversi stazzjonijiet komuni ta' kejl li jkopru ż-żoni ġirien fl-Istati Membri kontigwi, sabiex tintlaħaq riżoluzzjoni tal-ispazju meħtieġ. Il-kejl ta' merkurju bivalenti gassuż u ta' partikulati ta' merkurju hu wkoll rakkomandat. Fejn xieraq, il-monitoraġġ għandu jkun ikkoordinat mal-istrateġija ta' monitoraġġ u l-programm ta' kejl tal-Monitoraġġ u l-Istima ta' Sustanzi li Jniġġsu (EMEP). Is-siti ta' fejn jinġabru l-kampjuni ta' dawn is-sustanzi li jniġġsu għandhom jintgħażlu b'tali mod li l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzi fuq perijodu twil jistgħu jiġu identifikati. Għandhom japplikaw is-Sezzjonijiet I, II, u II tal-Anness III.";
(b) Il-paragrafu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"15. Kwalunkwe emenda meħtieġa sabiex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u tas-Sezzjoni II tal-Anness II u tal-Annessi III, IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Dawn jistgħu ma jirriżultawx f'xi tibdil dirett jew indirett fil-valuri ta' mira.";
2) l-Artikolu 5(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2), kwalunkwe arranġament dettaljat biex tingħadda l-informazzjoni li hija mitluba taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.";
3) l-Artikolu 6(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
4) l-Anness V, il-punt V għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"V. It-tekniki ta' referenza ta' mudellar tal-kwalità tal-arja
Fil-preżent it-tekniki ta' referenza ta' mudellar għall-kwalità tal-arja ma jistgħux jiġu speċifikati. Il-Kummissjoni tista' tagħmel emendi biex tadatta dan il-punt għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).".
3.9. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart [22]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-annessi kif stabbiliti fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u biex tadotta ċerti miżuri addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 inter alia billi jissuplimentawhom b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) fl-Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Jekk ma tinstabx soluzzjoni sodisfaċenti, kwalunkwe mill-Istati Membri jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tiddetermina l-kwistjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).";
2) l-Artikolu 58 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 58
Emendi għall-Annessi
1. Il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi biex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 59a(3). B'żieda ma' dan:
(a) l-Annessi I, II, III, IIIA, IV u V għandhom jiġu emendati sabiex jitqiesu l-bidliet miftehma taħt il-Konvenzjoni ta' Basel u d-Deċiżjoni tal-OECD;
(b) jistgħu jiġu miżjuda tipi ta' skart mhux klassifikat mal-Annessi IIIB, IV jew V fuq bażi proviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi rilevanti tal-Konvenzjoni ta' Basel jew id-Deċiżjoni tal-OECD;
(ċ) fuq il-preżentazzjoni ta' talba ta' xi Stat Membru, jistgħu jiġu kkunsidrati taħlitiet ta' żewġ tipi jew iżjed ta' skart elenkati fl-Anness III sabiex jiġu inklużi fl-Anness IIIa fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) fuq bażi proviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi pertinenti mal-Konvenzjoni ta' Basel jew mad-Deċiżjoni tal-OECD. L-Anness IIIA jista' jinkludi l-kondizzjoni li xi entrata jew aktar m'għandhiex tapplika għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD;
(d) għandhom jiġu determinati l-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 3(3) u, fejn ikun meħtieġ, skart bħal dan għandu jiżdied mal-Annessi IVA u V u mħassra mill-Anness III;
(e) l-Anness V għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti l-bidliet miftiehma għal-lista ta' skart perikoluż adottati skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE;
(f) l-Anness VIII għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-konvenzjonijiet u l-istrumenti ta' ftehim internazzjonali rilevanti.
2. Meta jiġi emendat l-Anness IX, il-Kumitat stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23 ta' Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi dwar l-ambjent [] għandu jkun assoċjat bis-sħiħ mad-deliberazzjonijiet.
3) l-Artikolu 59 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 59
Miżuri addizzjonali
1. Il-Kummissjoni tista' tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2), il-miżuri addizzjonali li ġejjin relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament:
(a) linji gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(g);
(b) linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 relatati mal-identifikazzjoni u s-sorveljanza ta' skart sottopost għal bidliet sostanzjali fl-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju;
(ċ) linji gwida għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' vjeġġi illegali kif imsemmija fl-Artikolu 24;
(d) rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għall-implimentazzjoni prattika tal-iskambju tad-data elettronika biex ikunu ppreżentati d-dokumenti u l-informazzjoni skont l-Artikolu 26(4);
(e) aktar gwida dwar l-użu tal-lingwi kif imsemmi fl-Artikolu 27;
(f) aktar kjarifika tar-rekwiżiti proċedurali tat-Titolu II fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għall-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet u t-tranżitu tal-iskart minn, lejn u ġewwa l-Komunità;
(g) aktar rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw termini legali mhux definiti.
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni dwar dawn li ġejjin:
(a) metodu biex tiġi kkalkulata l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti kif stabbilit fl-Artikolu 6;
(b) aktar kondizzjonijiet u rekwiżiti relatati ma' faċilitajiet ta' rkupru li dwarhom ikun hemm qbil minn qabel kif imsemmija fl-Artikolu 14.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 59a(3).";
4) l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
"Artikolu 59a
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/12/KE.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
5) l-Artikolu 63 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Bl-eċċezzjoni ta' skart tal-ħġieġ, skart tal-karta u skart tat-tajers pnewmatiċi, dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2012 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).";
(b) fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:
"Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2012 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).";
(ċ) il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
(i) it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2015 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).";
(ii) il-ħames subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2015 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59a(2).".
4. L-EUROSTAT
4.1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad- 19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali [24]
Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taġġorna l-lista ta' prodotti li għandhom x'jaqsmu ma' dak ir-Regolament. Għandha tingħatalha setgħa wkoll biex tadotta regoli dettaljati dwar ir-rappreżentattività u l-perjodiċità ta' ċerti prodotti u biex tistabbilixxi l-arranġamenti għall-kontenut tal-istħarriġ u miżuri ta' implimentazzjoni, inklużi miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku dwar il-ġbir tad-data u l-ipproċessar tar-riżultati. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91, inter alia biex jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 2(6) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"6. Il-lista Prodcom u l-informazzjoni li tkun fil-fatt ġiet miġbura għal kull intestatura għandhom jiġu aġġornati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";
2) l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 2 il-kliem "skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10" għandhom jiġu mibdula bil-kliem "skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 10(2).";
(b) il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"5. Regoli dettaljati biex jiġi applikat il-paragrafu 3, inklużi miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";
3) l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"L-Artikolu 4
Il-Perjodi ta' Stħarriġ
L-istħarriġ għandu jkopri perjodu annwali ta' sena kalendarja waħda.
Madankollu, fil-każ ta' ċerti intestaturi fil-Lista Prodcom, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li għandu jitwettaq stħarriġ ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";
4) l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. L-informazzjoni meħtieġa għandha tinġabar mill-Istati Membri permezz ta' kwestjonarji għall-istħarriġ li l-kontenut tagħhom għandu jkun konformi mal-arranġamenti definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";
5) l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 6
L-ipproċessar tar-riżultati
L-Istati Membri għandhom jipproċessaw il-kwestjonarji kkompletati msemmija fl-Artikolu 5(1) jew l-informazzjoni minn sorsi oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) skont ir-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";
6) fl-Artikolu 7(2) il-kliem "b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10" għandhom jiġu mibdula bil-kliem "skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 10(2).";
7) l-Artikolu 9 għandu jitħassar;
8) l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 10
Proċedura ta' kumitati
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
4.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad- 19 ta' Marzu 1996 dwar stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [26]
Fir-rigward tad-Direttiva 96/16/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta d-definizzjonijiet dwar l-azjendi agrikoli li fosthom l-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ dwar il-produzzjoni tal-ħalib u l-użu tiegħu, tadotta l-lista tal-prodotti tal-ħalib koperti mill-istħarriġ u biex tfassal definizzjonijiet standard li għandhom jintużaw fil-komunikazzjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/16/KE billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/16/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) fl-Artikolu 1, il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. għandhom iwettqu stħarriġ annwali dwar il-produzzjoni ta' ħalib u l-użu tiegħu fl-azjendi agrikoli kif definiti mill-Kummissjoni. Il-miżuri li jiddefinixxu l-azjendi agrikoli mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).";
2) l-Artikolu 3(2) u (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Il-lista ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-istħarriġ għandha tkun adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).
3. Id-definizzjonijiet standard li għandhom jintużaw fil-komunikazzjoni tar-riżultati għall-prodotti varji għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmmija fl-Artikolu 7(3).";
3) fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6(1), il-kliem "skont il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "skont il-proċedrua regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2)".
4) l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, imwaqqaf mid-Deċiżjoni 72/279/KEE.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
4.3. Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta' pjantazzjonijiet ta' xi speċje ta' siġar tal-frott [27]
Fir-rigward tad-Direttiva 2001/109/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-lista ta' speċi ta' siġar tal-frott kif ukoll it-tabella tal-ispeċi li huma s-suġġett ta' stħarriġ fl-Istati Membri, biex tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċerti artikoli u biex tiddetermina l-limiti taż-żoni ta' produzzjoni għall-Istati Membri. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/109/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/109/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Il-lista ta' dawn l-ispeċi u t-tabella msemmija jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).";
2) l-Artikolu 2(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Ir-regoli dettaljati għall-organizzazzjoni ta' stħarriġ li jipprovdi riżultati rilevanti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).";
3) l-Artikolu 3(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Ir-regoli dettaljati għall-ġbir każwali ta' kampjuni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).";
4) l-Artikolu 4(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Ir-riżultati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti għal kull żona ta' produzzjoni. Il-limiti taż-żoni ta' produzzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).";
5) l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 8
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u 5(a), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
4.4. Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija [29]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta d-definizzjonijiet u biex tadotta l-miżuri addizzjonali, biex tadatta l-kontenut tal-Annessi u biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapporti dwar il-kwalità u l-paragunar tar-riżultati. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Id-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu adattati, u d-definizzjonijiet addizzjonali meħtieġa sabiex jiżguraw l-armonizzazzjoni tal-istatistika jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).";
2) l-Artikolu 4 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. L-Annessi B u D jistabbilixxu rekwiżiti ta' rappurtaġġ issemplifikati, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri bħala alternattiva għar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ ddettaljat normali stabbiliti fl-Annessi A u Ċ għall-impriżi li l-volum totali ta' merkanzija jew passiġġieri huwa inqas minn 500 miljun tunnellata metrika-kilometri jew 200 miljun passiġġieri-kilometri rispettivament. Dawk il-limiti jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).";
(b) il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"5. Il-kontenut tal-Annessi jista' jiġi adattat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).";
3) l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 10
Il-proċeduri ta' implimentazzjoni
1. L-arranġamenti għat-trasmissjoni tad-data lill-Eurostat għandhom isiru skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:
(a) l-adattament tal-limiti għar-rappurtaġġ issimplifikat (l-Artikolu 4);
(b) l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali (l-Artikolu 3(2));
(ċ) l-adattament tal-kontenut tal-annessi (l-Artikolu 4);
(d) l-ispeċifikazzjoni ta' informazzjoni li trid tiġi pprovduta għar-rapporti dwar il-kwalità u l-paragunar tar-riżultati (l-Artikolu 8(2)).
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).";
4) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
Il-proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika mwaqqaf bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(a) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
5) fil-punt 5 tal-Anness H, il-kliem "skont il-proċedura tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 11(2)" għandhom jinbidlu bil-kliem "skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).".
4.5. Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru [30]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 437/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi standards ta' preċiżjoni, tispeċifika fajls tad-data u tadotta ċerti miżuri ta' implimentazzjoni. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 437/2003, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 5
L-eżatezza tal-istatistika
Il-ġbir tal-informazzjoni għandu jkun ibbażat fuq prospetti kompletati, ħlief jekk jiġu stabbiliti standards oħra tal-eżatezza mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).";
2) l-Artikolu 7(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi skont il-fajls tal-informazzjoni li jidhru fl-Anness I. Il-fajls għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).
Il-mezz li għandu jintuża għat-trażmissjoni għandu jiġi speċifikat mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).";
3) l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 10
Il-miżuri tal-implimentazzjoni
1. Il-miżuri tal-implimentazzjoni li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2):
- il-lista ta' ajruporti tal-Komunità koperti mill-Artikolu 3(2),
- id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet ta' d-data u l-mezz li għandu jintuża biex jiġu trażmessi r-riżultati lill-Kummissjoni (l-Artikolu 7),
- id-disseminazzjoni tar-riżultati statistiċi (l-Artikolu 8).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:
- l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet fl-Annessi ta' dan ir-Regolament,
- l-adattament tal-karatteristiċi tal-ġbir tal-informazzjoni (l-Artikolu 3),
- l-eżatezza tal-istatistika (l-Artikolu 5),
- id-deskrizzjoni tal-fajls tad-data (l-Artikolu 7).
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).";
4) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
Il-proċedura ta' kumitati
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5) a) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
4.6. Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija tal-azzar għas-snin ta' referenza 2003-2009 [31]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 48/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taġġorna l-lista ta' karatteristiċi kkonċernati minn dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 48/2004, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 7
Miżuri ta' implimentazzjoni
1. Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-formati ta' trażmissjoni u l-ewwel perijodu ta' trażmissjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 8(2).
2. Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-aġġornament tal-lista ta' karatteristiċi, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3), bil-kondizzjoni li l-ebda piż addizzjonali sinifikanti ma jkun impost fuq l-Istati Membri,.";
2) l-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
5. IS-SUQ INTERN
Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri [32]
Fir-rigward tad-Direttiva 2004/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) għall-kontenut tad-dokument tal-offerta. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Id-Direttiva 2004/25/KE ipprovdiet għal restrizzjoni fiż-żmien dwar is-setgħa ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fl-istqarrija tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni stqarrew li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jifli b'reqqa l-implimentazzjoni ta' strumenti adotatti skont il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tingħata setgħa ta' implimentazzjoni mingħajr limitu ta' żmien. Wara d-dħul tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dik ir-restrizjoni ta' żmien fid-Direttiva 2004/25/KE għandha titħassar.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 6(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli li jimmodifikaw il-lista fil-paragrafu 3. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).";
2) l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.
6. IS-SAĦĦA U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATURI
6.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat- 2 ta' April 1979 dwar il-marketing ta' għalf kompost [33]
Fir-rigward tad-Direttiva 79/373/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta eżenzjonijiet għad-dispożizzjonijiet fuq l-ippakkjar tal-għalf, u biex temenda l-Anness. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 79/373/KEE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 79/373/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 4(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-eżenzjonijiet għall-prinċipju tal-paragrafu 1 li għandhom jiġu aċċettati fil-livell Komunitarju. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3), bil-kondizzjoni li jiġu żgurati l-identifikazzjoni u l-kwalità tal-għalf kompost.";
2) l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 10
Fid-dawl tal-avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni għandha:
(a) tistabbilixxi l-kategoriji li jiġbru fihom diversi materjali għall-għalf tal-annimali;
(b) tadotta l-metodu tal-kalkolu tal-valur tal-enerġija tal-għalf kompost;
(ċ) tadotta emendi għall-Anness.
Il-miżuri kollha msemmija hawn fuq, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";
3) l-Artikolu 13(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
6.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat- 30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali [34]
Fir-rigward tad-Direttiva 82/471/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta emendi u biex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għad-definizzjoni tal-prodotti inklużi fid-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 82/471/KEE billi jissuplimentwha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Għal raġunijiet ta' urġenza, jeħtieġ li tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE biex ikunu adottati l-emendi għad-Direttiva.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 82/471/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 6 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:
"1. L-emendi li għandhom isiru fl-Anness fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Fil-każ tal-prodotti msemmija fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2 tal-Anness, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment tal-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.
Madankollu, fil-każ ta' prodotti miksuba minn ħmira tal-varjetà "Candida" u kkultivati fuq n-alkanes, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni fi żmien sentejn min-notifika ta' din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment tal-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.";
(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Kriterji li jagħmluha possibbli li wieħed jiddefinixxi l-prodotti inklużi f'din id-Direttiva, partikolarment il-kriterji tal-kompożizzjoni u l-purità u l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";
2) fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), il-kliem "il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2).";
3) l-Artikolu 8(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li huma meħtieġa xi emendi għal din id-Direttiva sabiex ittaffi d-diffikultajiet msemmija fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, hija għandha tadotta dawn il-miżuri. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4). L-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagwardja jista' f'dak il-każ iżommhom sakemm jidħlu fis-seħħ l-emendi.";
4) l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
(b) il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
5) l-Artikolu 14 għandu jitħassar.
6.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad- 29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' materjali tal-għalf tal-bhejjem [35]
Fir-rigward tad-Direttiva 96/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi u temenda l-lista tal-materjali li ċ-ċirkolazzjoni jew l-użu tagħhom għal skopijiet tal-alimentazzjoni tal-annimali huma projbiti jew limitati u biex temenda l-anness fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/25/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Meta, għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, ma jistgħux jiġu rrispettati l-perijodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-emenda tal-lista tas-sustanzi li ċ-ċirkulazzjoni jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta' alimentazzjoni tal-annimali hija limitataq jew ipprojbita.
Għal raġunijiet ta' effikaċja, il-perijodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu mqassra għall-adozzjoni tal-emendi għall-Anness fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/25/KE hija emendata kif ġej:
1) it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(g) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
- "— Il-miżuri Komunitarji inklużi fil-lista li għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";
2) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
1. Sistema ta' kodifikazzjoni numerika għall-materjali tal-għalf tal-annimali elenkati bbażati fuq glossarji konnessi mal-oriġini, il-parti mill-prodott/prodott sekondarju użat, l-ipproċessar, il-maturità/kwalità tal-materjali tal-għalf tal-annimali li jippermetti li l-għalf tal-annimali jiġi identifikat fuq livell internazzjonali – b'mod partikolari bl-isem u d-deskrizzjoni, tista' tiġi adottata, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2).
2. Il-lista tal-materjali li ċ-ċirkolazzjoni jew l-użu għall-iskopijiet ta' nutriment tal-annimali hija ristretta jew ipprojbita għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni sabiex tkun żgurata l-konformità tagħhom mal-Artikolu 3. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).
3. Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi emendata mill-Kummissjoni fid-dawl ta' avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(5) bil-għan li jiġu adottati dawk il-miżuri.
4. L-emendi li għandhom isiru fl-Anness bħala riżultat tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(4).";
3) l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
(b) il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:
"4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodi stabbiliti fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.
5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
6.4. Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali [36]
Fir-rigward tad-Direttiva 2002/32/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-Annessi I u II u biex tadattahom fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, u biex tistabbilixxi kriterji addizzjonali għall-proċessi ta' ditossifikazzjoni. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/32/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Meta, għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-perjodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu rrispettati, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adattament tal-Annessi I u II fid-dawl tal-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2002/32/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Għandha tittieħed deċiżjoni immedjata dwar jekk l-Annessi I u II għandhomx jiġu emendati. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(4).";
2) l-Artikolu 8(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi I u II fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3). Għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(4) bil-għan li jiġu adottati dawk l-emendi.
2. Barra minn hekk il-Kummissjoni:
- għandha tadotta perijodikament verżjonijiet konsolidati tal-Annessi I u II li jkunu jinkorporaw fihom kwalunkwe adattament magħmul skont il-paragrafu 1, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2),
- tista' tiddefinixxi kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' ditossifikazzjoni li jiżdiedu mal-kriterji previsti għall-prodotti mmirati għall-għalf tal-annimali li kienu sottomessi għal dawn il-proċessi. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).";
3.) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Għalf tal-Annimali, imwaqqaf bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/372/KEE [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
4). l-Artikolu 12 għandu jitħassar.
6.5. Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets [38].
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-lista tal-ispeċi tal-annimali stabbilita fil-Parti Ċ tal-Anness I u l-listi ta' pajjiżi u territorji stabbiliti fil-Partijiet B u Ċ tal-Anness II, tħejji rekwiżiti speċifiċi għal mard għajr ir-rabja fir-rigward tal-Istati Membri u t-territorji elenkati fit-taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II, tadotta l-kondizzjonijiet applikabbli għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi mniżżla fil-Parti Ċ tal-Anness I minn pajjiżi terzi u tadotta rekwiżiti ta' natura teknika għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkata fil-Partijiet A u B tal-Anness I. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal raġunijiet ta' effiċjenza, l-iskadenzi normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom ikunu limitati għall-adozzjoni tal-lista ta' ċerti pajjiżi terzi.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 7
Il-moviment bejn l-Istati Membri jew minn territorju elenkat fit-taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta' annimali ta' speċi elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness I m'għandu jkun suġġett għall-ebda rekwiżit li għandu x'jaqsam mar-rabja. Il-Kummissjoni għandha tfassal, jekk meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi, inkluż il-possibilità ta' limitu fuq in-numru ta' annimali, fir-rigward ta' mard ieħor. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4). Jista' jitfassal ukoll mudell ta' ċertifikat li jintbagħat mal-annimal skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2).";
2) l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 9
Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness I minn pajjiżi terzi għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4). Il-mudell ta' ċertifikat li għandu jakkumpanja l-moviment ta' annimali għandu jkun imfassal skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2).";
3) l-Artikolu 10 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) il-frażi introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
"Il-lista ta' pajjiżi terzi prevista fil-parti Ċ tal-Anness II għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni. Biex ikun inkluż f'dik il-lista, pajjiż terz jeħtieġ li l-ewwel juri l-istatus tiegħu dwar ir-rabbja u li:";
(b) is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(5).";
4) fl-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:
"Għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, il-Kummissjoni tista' tadotta rekwiżiti ta' natura teknika barra dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).";
5) l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 19
Il-Parti Ċ tal-Anness I u l-partijiet B u Ċ tal-Anness II jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni biex iqisu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni fil-Komunità jew fil-pajjiżi terzi rigward il-mard li jaffettwa l-ispeċi tal-annimali koperti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari r-rabbja, u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jillimitaw, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, in-numru ta' annimali li jkunu jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).";
6) l-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 21
“Kull dispożizzjoni tranżitorja tista' tiġi adottata mill-Kummissjoni sabiex tippermetti l-bidla mill-arranġamenti attwali għall-arranġamenti stabbiliti b'dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).";
7) l-Artikolu 24 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
(b) il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.".
6.6. Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta' żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi [39]
Fir-rigward tad-Direttiva 2003/99/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi programmi koordinati ta' monitoraġġ dwar żoonożi u l-aġenti żoonetiċi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/99/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal raġunijiet ta' urġenza, il-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE jeħtieġ li tkun applikata għall-adozzjoni tal-emendi tal-Anness I tad-Direttiva 2003/99/KE biex żoonożi u aġenti żoonetiċi jiżdiedu mal-listi provduti jew jitneħħew minnhom.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2003/99/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-frażi introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
"L-Anness I jista' jiġi emendat mill-Kummissjoni biex żoonożi u aġenti żoonetiċi jiżdiedu jew jitneħħew mil-listi tiegħu, waqt li jitqiesu b'mod partikolari l-kriterji li ġejjin:";
(b) is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"Dawk il miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(4).";
2) l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. Jekk id-data miġbura permezz tal-monitoraġġ regolari b'konformità mal-Artikolu 4 ma tkunx suffiċjenti, programmi koordinati ta' monitoraġġ li jikkonċernaw waħda jew aktar żoonożi u/jew l-aġenti żoonetiċi jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni, speċjalment fejn ikunu identifikati ħtiġijiet speċifiċi, biex ikunu vvalutati r-riskji jew biex ikunu stabbiliti l-valuri tal-linja-bażi relatati maż-żoonożi jew l-aġenti żoonetiċi fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-Komunità. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";
3) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
Emendi għall-Annessi u miżuri ta' tranżizzjoni jew ta' implimentazzjoni
L-Annessi II, III u IV jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Miżuri tranżizzjonali ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).";
4) l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
(b) il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
6.7. Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel [40]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dispożizzjonijiet dwar regoli speċifiċi ta' iġjene u dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti, u biex tagħti derogi għall-Annessi I u II taħt ċerti kondizzjonijiet. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 4(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"4. Il-kriterji, il-ħtiġiet u l-miri msemmija fil-paragrafu 3, u l-metodi assoċjati tal-kampjunar u l-analiżi għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).";
2) il-punt (c) tal-Artikolu 6(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"(ċ) b'deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).";
3) l-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 12
Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).";
4) l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
(i) is-sentenza introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
"L-Annessi I u II jistgħu jiġu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni filwaqt li jkun ikkunsidrat:";
(ii) is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).";
(b) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Jistgħu jingħataw derogi għall-Annessi I u II mill-Kummissjoni, partikolarment biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward ta' negozji żgħar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi ta' riskji rilevanti bil-kondizzjoni li dawn id-derogi ma jaffettwawx it-twettiq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).";
5) l-Artikolu 14(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
6.8. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali [41]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dispożizzjonijiet relatati mal-obbligi ġenerali tal-operaturi fin-negozju tal-ikel u mal-garanziji speċjali għat-tqegħid fis-su q tal-prodotti tal-ikel fl-Isvezja u l-Finlandja, u biex tippermetti derogi għall-Annessi soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) fl-Artikolu 3(2), l-ewwel sentenza għandha jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"L-operaturi fin-negozju tal-ikel m'għandhomx juża l-ebda sustanza oħra ħlief l-ilma li jista' jinxtorob – jew, meta r-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew dan ir-Regolament jippermettu l-użu tiegħu, l-ilma nadif – biex jitneħħa t-tniġġis superfiċjali minn fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali, ħlief jekk l-użu ta' sustanza jkun ġie approvat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";
2) l-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. (a) Il-ħtiġiet tal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu aġġornati mill-Kummissjoni, b'mod partikolari biex jitqies it-tibdil fil-programmi ta' kontroll tal-Istati Membri jew tal-adozzjoni ta' kriterji mikrobijoloġiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
(b) Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' oġġetti tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu estiżi, parzjalment jew totalment, għal kull Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru li jkollu programm ta' kontroll rikonoxxut ekwivalenti għal dak approvat għall-Isvezja u l-Finlandja dwar l-oġġetti tal-ikel ikkonċernati ta' oriġini mill-annimali.";
3) l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 9
Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).
Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).";
4) l-Artikolu 10 huwa b'dan emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
(i) il-formulazzjoni introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
"L-Annessi II u III jistgħu jiġu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun ikkunsidrat:";
(ii) is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:
"Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";
(b) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-Annessi II u III mill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li dawn ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";
5) il-formulazzjoni introduttorja tal-Artikolu 11 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
"Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1), miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), u emendi tal-Annessi II jew III, bħala miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3),";
6) l-Artikolu 12(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
6.9. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali mfassla għall-konsum uman [42]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda jew tadatta l-annessi tiegħu u biex tadotta miżuri tranżitorji, b'mod partikolari speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 16
Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).
Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).";
2) l-Artikolu 17(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. L-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jiġu emendati jew supplimentati mill-Kummissjoni biex jiġi kkunsidrat il-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).
2. Eżenzjonijiet mill-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li dawn ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).";
3) il-formulazzjoni introduttorja tal-Artikolu 18 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
"Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1), jistgħu jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2), u emendi għall-Annessi I, II, III, IV, V jew VI, bħala miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3), biex jispeċifikaw:";
4) l-Artikolu 19(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
6.10. Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Jannar 2005 li jistabilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf [43]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddefinixxi l-kriterji mikrobijoloġiċi u l-miri li għandhom jikkonformaw magħhom l-operaturi fin-negozju tal-għalf tal-annimali, biex tadotta miżuri relatati mal-approvazzjoni tal-istabbilimenti, biex temenda l-Annessi I, II u III u biex tagħti derogi għal dawk l-annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Il-kriterji u l-miri msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).";
2) fl-Artikolu 10, il-punt (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"(3) hija meħtieġa l-approvazzjoni b'Regolament adottat mill-Kummissjoni. Din il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).";
3) l-Artikolu 27 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 27
Emendi għall-Annessi I, II u III
L-Annessi I, II u III jistgħu jiġu emendati biex jikkunsidraw:
(a) l-iżvilupp ta' kodiċi ta' prattika tajba;
(b) l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-HACCP skont l-Artikolu 6;
(ċ) l-iżviluppi teknoloġiċi;
(d) l-pariri xjentifiċi, b'mod partikolari valutazzjonijiet tar-riskju ġodda;
(e) l-iffissar ta' miri tas-sigurtà tal-għalf;
u
(f) l-iżvilupp ta' ħtiġijiet marbutin ma' operazzjonijiet speċifiċi.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).";
4) l-Artikolu 28 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 28
Derogi mill-Annessi I, II u III
Jistgħu jingħataw derogi mill-Annessi I, II u III mill-Kummissjoni għal raġunijiet partikolari, bil-kondizzjoni li dawn id-derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet stabbiliti ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).";
5) l-Artikolu 31(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
7. ENERĠIJA U TRASPORT
7.1. Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 1985 dwar l-apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq [44]
Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tagħmel l-emendi meħtieġa biex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) fl-Artikolu 5, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Is-sigurtà tas-sistema għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I B. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Anness imsemmi jistipula li l-apparat ta' reġistrazzjoni jista' ma jingħatax l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip KE sakemm is-sistema kollha (l-apparat ta' reġistrazzjoni nnifsu, il-karta tas-sewwieq u l-konnessjonijiet elettriċi tal-gearbox) ma tagħtix prova tal-kapaċità tagħha li tirreżisti tentattivi biex isiru tbagħbis jew alterazzjonijiet fid-data dwar il-ħinijiet tas-sewqan. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2). It-testijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit dan għandhom isiru minn esperti li jkunu midħla ma' modi ta' teknika aġġornati ta' tbagħbis.";
2) l-Artikolu 17(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. L-emendi meħtieġa biex jiġu adattati l-annessi għall-progress tekniku, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).";
3) l-Artikolu 18 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 18
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
7.2. Id-Direttiva 97/70/KE tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar [45]
Fir-rigward tad-Direttiva 97/70/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dispożizzjonijiet għall-interpretazzjoni armonizzata ta' dispożizzjonijiet tal-Anness tal-Protokoll ta' Torremolinos u, għall-implimentazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa biex temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva u tal-Annessi tagħha sabiex jiġu applikati, għall-finijiet tad-Direttiva, l-emendi sussegwenti tal-Protokoll ta' Torremolinos li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni tad-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 97/70/KE, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 97/70/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) fl-Artikolu 4(4)(b), il-kliem "skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 9" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).";
2) fl-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"L-adattamenti li ġejjin, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3):
(a) dispożizzjonijiet jistgħu jiġu adottati u mdaħħla għal:
- interpretazzjoni armonizzata ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Anness għall-Protokoll ta' Torremolinos li tħallew fid-diskrezzjoni tal-amministrazzjonijiet tal-partijiet kontraenti individwali, sa fejn hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom fil-Komunità,
- l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha.
(b) l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu ikunu adattati u l-Annessi tagħha jistgħu jiġu emendati biex jiġu applikati, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-emendi għall-Protokoll ta' Torremolinos li jkunu daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.";
3) l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 9
Proċedura ta' kumitati
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [], filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
7.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad- 29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta'veloċità kbira għall-passiġġieri [48]
Fir-rigward tad-Direttiva 1999/35/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Annessi, id-definizzjonijiet, u r-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u l-istrumenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) biex jinġiebu konformi mal-miżuri tal-Komunità jew tal-IMO li daħlu fis-seħħ sussegwentement. Għandha tingħata setgħa, ugwalment, lill-Kummissjoni biex temenda l-annessi sabiex ittejjeb is-sistema stabbilita mid-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/35/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 1999/35/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) fl-Artikolu 4(1), l-aħħar sentenza, l-Artikolu 11(6) u (8), u l-Artikolu 13(3), it-tieni u l-aħħar sentenzi, il-kliem "il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16" għandu jinbidel bil-kliem "il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2).";
2) l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 16
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3) l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 17
Proċedura ta' emenda
L-Annessi ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijet, ir-referenzi għal strumenti tal-Komunità u r-referenzi għal strumenti tal-IMO jistgħu jiġu adattati sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex jinġiebu konformi ma' miżuri tal-Komunità jew tal-IMO li jkunu daħlu fis-seħħ, iżda mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
L-Annessi ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu adattati wkoll meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mtejba l-arranġamenti stabbiliti minn din id-Direttiva, iżda mingħajr ma jitwessa’ l-kamp tal-applikazzjoni tagħha.
Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.".
7.4. Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed [50]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 417/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda ċerti referenzi għar-Regolamenti rilevanti fil-MARPOL 73/78 u għar-Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u 94(46), sabiex ir-referenzi jiġu allinjati mal-emendi għal dawn ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), sakemm dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 417/2002, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 10
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
2) fl-Artikolu 11, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni tista' temenda r-referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolamenti tal-Anness I għall-MARPOL 73/78, kif ukoll għar-Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u 94(46) kif emendata bir-Riżoluzzjonijiet MEPC 99(48) u 112(50), sabiex ir-referenzi jiġu allinjati mal-emendi għal dawk ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-IMO, sa fejn dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).".
7.5. Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti [52]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 782/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi reġim armonizzat ta' perizja u ċertifikazzjoni għal ċerti bastimenti, biex tieħu ċerti miżuri dwar il-bastimenti li jtajru bandiera ta' Pajjiż terz, biex tistabbilixxi proċeduri għall-kontrolli mill-Istat tal-port, u biex temenda ċerti referenzi u annessi biex jiġi kkunsidrat l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-IMO, jew sabiex issaħħaħ l-effikaċja ta' dak ir-Regolament meta titqies l-esperjenza miksuba. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 782/2003, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1(b), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi reġim armonizzat ta' perizja u ċertifikazzjoni għal dawn il-bastimenti. Billi din il-miżura hija mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).";
(b) il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:
"3. Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ sa [l- 1 ta' Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri adatti sabiex tippermetti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat terz li juru l-konformità tagħhom mal-Artikolu 5. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).";
2) fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ fl-[ 1 ta' Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri adatti għal dawn il-kontrolli. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).";
3) l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 8
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u b'mod partikolari fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew biex titjieb l-effettività ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza, il-Kummissjoni tista' temenda r-referenzi għall-Konvenzjoni AFS, għaċ-Ċertifikat AFS, għad-Dikjarazzjoni AFS u għad-Dikjarazzjoni dwar il-Konformità AFS u l-Annessi ma' dan ir-Regolament, inklużi l-linji gwida rilevanti tal-IMO b'rabta mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni AFS. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).";
4) l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 9
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
7.6. Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija [54]
Fir-rigward tad-Direttiva 2004/8/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tirrevedi l-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għall-produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana, biex tadatta l-limiti ta' valuri stabbiliti fl-Artikolu 13 għall-progress tekniku, u biex tistabbilixxi u tadatta għall-progress tekniku l-linji gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II ta' dik id-Direttiva, inkluża d-determinazzjoni tal-proporzjon ta' enerġija elettrika għall-enerġija termali. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/8/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/8/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 4(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana msemmija fil-paragrafu 1, għall-ewwel darba fil- 21 ta' Frar 2011, u kull erba' snin minn dakinhar, biex tieħu qies tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-kambjamenti fid-distribuzzjoni tal-għejjun tal-enerġija. Kull miżura li tirriżulta minn dan l-eżami, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).";
2) l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 13
Adattament għall-progress tekniku
1. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-limiti tal-valuri użati għall-kalkolazzjoni ta' elettriċità mill-koġenerazzjoni imsemmija fl-Anness II(a) għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
2. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-limiti ta' valuri għall-kalkolazzjoni ta' effiċjenza tal-produzzjoni tal-koġenerazzjoni u tfaddil ta' enerġija primarja msemmija fl-Anness III(a) għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
3. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-linji gwida biex jiġu stabbiliti l-proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali msemmija fl-Anness II(d) għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).";
3) l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 14
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.";
4) fl-Anness II, il-punt (e) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"(e) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II, inkluża d-determinazzjoni tal-proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).".
7.7. Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità [55]
Fir-rigward tad-Direttiva 2004/52/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taddatta l-anness u biex tieħu d-deċiżjonijiet relatati mad-definizzjoni tas-servizz Ewropew tas-sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq. Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa biex tieħu d-deċiżjonijiet tekniċi relatati mat-twettiq tas-servizz Ewropew tas-sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/52/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/52/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Meta xieraq, l-Anness jista' jiġi adattat għal raġunijiet tekniċi. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).";
(b) il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
"4. Id-deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni tas-servizz Ewropew ta' sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq għandhom jittieħdu mill-Kummmissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss jekk il-kondizzjonijiet kollha, valutati fuq il-bażi ta' studji xierqa, ikunu disponibbli biex l-interoperabilità tkun tista' taħdem mill-aspetti kollha, inklużi l-kondizzjonijiet tekniċi, ġuridiċi u kummerċjali.
5. Id-deċiżjonijiet tekniċi dwar it-twettiq tas-servizz Ewropew ta' sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).";
2) l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 5
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat dwar Ġbir Elettroniku tat-Taxxa tat-Toroq.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha."
7.8. Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet [56]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddeċiedi jekk l-emendi għall-Annessi, li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti miżuri speċjali biex itejbu s-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, u tal-Kodiċi Internazzjonali dwar is-sigurtà tal-vapuri u tal-portijiet, li japplikaw awtomatikament għat-traffiku internazzjonali għandhomx japplikaw ukoll għal vapuri li joperaw servizzi lokali u l-portijiet li jagħtuhom is-servizzi. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-miżuri ta' sigurtà u huwa bbażat fuq strumenti internazzjonali li jistgħu jiġu emendati. Meta, għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-limiti normali ta' żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu osservati, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 10(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-integrazzjoni ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 rigward il-vapuri li joperaw servizzi lokali u l-portijiet li jagħtuhom is-servizzi, li għalihom japplika dan ir-Regolament, sakemm dawn jikkostitwixxu aġġornar tekniku tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SOLAS u tal-Kodiċi ISPS. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4); għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(5). Il-proċedura għall-iċċekkjar tal-konformità stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika f'dawn il-każijiet.";
2) l-Artikolu 10(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kummissjoni tista' tadotta dispożizzjonijiet sabiex tiddefinixxi proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS, mingħajr ma twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).
Għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(5).";
3) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 6(b) u (c) rispettivament tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal xahar.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
7.9. Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità [57]
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 789/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda ċerti definizzjonijiet biex tikkunsidra l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), u biex tagħmel ir-Regolament aktar effikaċi meta jitqiesu l-esperjenza miksuba u l-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta' kaamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 789/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 7
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
2) Fl-Artikolu 9(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"1. Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u biex tikber l-effikaċja ta' dan ir-Regolament bis-saħħa tal-esperjenza miksuba u l-progress tekniku, il-Kummissjoni tista' temenda d-definizzjonijiet li jidhru fl-Artikolu 2 safejn dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni tiegħu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).".
7.10. Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità [59]
Fir-rigward tad-Direttiva 2005/44/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taddatta l-annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/44/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2005/44/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 10
Proċedura ta' emenda
L-Annessi I u II jistgħu jiġu emendati fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u adattati għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).";
2) l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 11
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas- 16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma [].
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta perijodikament lir-rappreżentanti tas-settur.
7.11. Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet [61]
Fir-rigward tad-Direttiva 2005/65/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Annessi tagħha. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/65/KE, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Id-Direttiva 2005/65/KE tistabbilixxi rekwiżiti u miżuri ta' sigurtà u hija bbażata fuq strumenti internazzjonali li jistgħu jkunu emendati. Meta għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-limiti normali ta' żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu osservati, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adattament tal-Annessi tagħha.
Għal din ir-raġuni, l-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2005/65/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
"Artikolu 14
Adattamenti
Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi I sa IV mingħajr ma' twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).
Għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 15
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) 725/2004.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.".
[1] ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.
[2] ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.
[3] ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.
[4] ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1.
[5] ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
[6] ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28.
[] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1";
[8] ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44.
[] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1";
[10] ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.
[] ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.".
[12] ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.
[13] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
[14] ĠU L 378, 31.12.1982, p. 1.
[15] ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6.
[16] ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.
[17] ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.
[18] ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.
[19] ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
[20] ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.
[21] ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3.
[22] ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.
[] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.";
[24] ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1.
[] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.".
[26] ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27.
[27] ĠU L 13, 16.1.2002, p. 21.
[] ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.".
[29] ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1.
[30] ĠU L 66, 11.1.2003, p. 1.
[31] ĠU L 7, 13.1.2004, p. 1.
[32] ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.
[33] ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30.
[34] ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.
[35] ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35.
[36] ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.
[] ĠU L 170, 3.8.1970, p. 1.";
[38] ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
[39] ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.
[40] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
[41] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
[42] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
[43] ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.
[44] ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
[45] ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1.
[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.
[] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.".
[48] ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1.
[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.";
[50] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1.
[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.";
[52] ĠU L 115, 9.5.2003, p. 1.
[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.";
[54] ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.
[55] ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.
[56] ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.
[57] ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.
[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.";
[59] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.
[] ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.".
[61] ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28.
--------------------------------------------------
Indiċi kronoloġiku
1. Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal- 20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers
2. Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat- 2 ta' April 1979 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' għalf kompost
3. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat- 30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali
4. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat- 3 ta' Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta' sorveljanza u monitoraġġ ta' ambjenti milquta mill-iskart tal-industrija tad-dijossidu ta' titanju
5. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal- 20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq
6. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat- 12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura
7. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad- 19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali
8. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal- 5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili
9. Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal- 20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
10. Id-Direttiva 96/16/KE tal-Kunsill tad- 19 ta' Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib
11. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad- 29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' materjali tal-għalf tal-bhejjem
12. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal- 20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja
13. Id-Direttiva 97/70/KE tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar
14. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi
15. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad- 29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta'veloċità kbira għall-passiġġieri
16. Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra
17. Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi
18. Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta' pjantazzjonijiet ta' xi speċje ta' siġar tal-frott
19. Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed
20. Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali
21. Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija
22. Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru
23. Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti
24. Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets
25. Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti
26. Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità
27. Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta' żoonosi u tal-aġenti żoonotiċi
28. Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Diċembru 2003 dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija tal-azzar għas-snin ta' referenza 2003-2009
29. Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga
30. Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija
31. Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorju (GLP) (Verżjoni kodifikata)
32. Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata)
33. Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti
34. Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
35. Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet
36. Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità
37. Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri
38. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti
39. Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel
40. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
41. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman
42. Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità
43. Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali
44. Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf
45. Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità
46. Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet
47. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart
--------------------------------------------------
| Fuq |