Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 tad- 9 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 39, 10.2.2009, p. 29–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
HR.ES Chapter 05 Volume 002 P. 167 - 170
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009
tad- 9 ta’ Frar 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal- 21 ta’ Marzu 1972 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,
Billi:
(1) Ċerti Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 574/72.
(2) L-emendi proposti huma bbażati fuq deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri kkonċernati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jagħżlu l-awtoritajiet li huma responsabbli sabiex jassiguraw li l-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali hi implimentata skont il-liġi tal-Komunità.
(3) L-arranġamenti bilaterali għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma elenkati fl-Anness 5 ta’ dak ir-Regolament.
(4) Intlaħqet l-opinjoni unanima tal-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għal Ħaddiema Emigranti,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi minn 2 sa 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Vladimír Špidla
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS
L-Annessi 2 – 5 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati kif ġej:
1. L-Anness 2 huwa emendat kif ġej:
(a) Fit-taqsima "R. L-OLANDA", il-punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:
"5. Benefiċċji mogħtija lill-familja:
L-Att dwar il-Benefiċċji Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet) u r-Regolamenti li jistabbilixxu kontribuzzjonijiet biex tfal b’diżabilità fiżika jinżammu jgħixu d-dar 2000 (Regeling tegemoetkoming onderhoudskosten thuiswonende gehandicapte kinderen 2000, TOG):
(a) meta l-persuna ntitolata għall-benefiċċji tkun toqgħod fl-Olanda:
- l-uffiċċju lokali tal-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank) fid-distrett fejn toqgħod;
(b) meta l-persuna ntitolata għall-benefiċċji tkun toqgħod barra mill-Olanda, imma min iħaddimha joqgħod jew huwa stabbilit fl-Olanda:
- l-uffiċċju lokali tal-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank) tad-distrett fejn min iħaddimha jkun joqgħod jew huwa stabbilit;
(c) każijiet oħra:
- il-Bank tas-Sigurtà Soċjali (Sociale Verzekeringsbank), Postbus 1100, 1180 BH Amstelveen.
L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet Kinderopvang) u l-Att dwar il-Baġit relatat mat-Tfal (Wet op het kindgebonden budget):
- l-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst / Toeslagen), Utrecht."
(b) It-Taqsima "T IL-POLONJA" il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:
"5. Il-Qagħad:
(a) benefiċċji mhux fi flus:
Narodowy Fundusz Zdrowia, Warszawa (Il-Fond Nazzjonali tas-Saħħa, il-Varsavja),
(b) benefiċċji fi flus:
wojewódzkie urzędy pracy (uffiċċji voivodeship Latour) b’ġurisdizzjoni territorjali fuq il-post tar-residenza jew fejn wieħed joqgħod."
2. L-Anness 3 huwa emendat kif ġej:
(a) Fit-taqsima "R. L-OLANDA", il-punt 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:
"5. Benefiċċji mogħtija lill-familja:
L-Att dwar il-Benefiċċji Ġenerali tat-Tfal (Algemene Kinderbijslagwet) u r-Regolamenti li jistabbilixxu kontribuzzjonijiet biex tfal b’diżabilità fiżika jinżammu jgħixu d-dar 2000 (Regeling tegemoetkoming onderhoudskosten thuiswonende gehandicapte kinderen 2000, TOG):
- l-uffiċċju lokali tal-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (Districtskantoor van de Sociale Verzekeringsbank) fid-distrett fejn il-membru tal-familja joqgħod;
L-Att dwar il-Kura tat-Tfal (Wet Kinderopvang) u l-Att dwar il-Baġit relatat mat-Tfal (Wet op het kindgebonden budget):
- l-Uffiċċju tat-Taxxa/tas-Servizz ta’ Benefiċċji (Belastingsdienst / Toeslagen), Utrecht."
(b) It-Taqsima "T. IL-POLONJA" hi emendata kif ġej:
(i) il-Punt 2(g) jinbidel b’dan li ġej:
"(g) għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni b’mod esklussiv:
1. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fi Spanja, fil-Portugall, fl-Italja, fil-Greċja, f’Ċipru jew f’Malta;
2. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Łódź – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fl-Ungerija, fis-Slovakkja, fis-Slovenja jew fl-Iżvizzera;
3. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Opole – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fil-Ġermanja;
4. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – Fergħa f’Szczecin – għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fid-Danimarka, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fil-Litwanja, fil-Latvja jew fl-Estonja;
5. Zakład Ubezpieczeń Społecznych (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali – ZUS) – I Oddział w Warszawie – Centralne Biuro Obsługi Umów Międzynarodowych (Fergħa f’Varsavja – Uffiċċju Ċentrali għall-Ftehim Internazzjonali) għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni, inklużi perjodi li ntemmew dan l-aħħar fil-Belġju, fi Franza, fl-Olanda, fil-Lussemburgu, fl-Irlanda jew fir-Renju Unit."
(ii) il-punt 3(b)(ii) huwa mibdul b’dan li ġej:
"(ii) id-diżabilità jew mewt ta’ dak li jaqla’ l-paga ewlenija:
- għal persuni li riċentement ġew impjegati jew bdew jaħdmu għal rashom (għajr il-bdiewa li jaħdmu għal rashom):
unitajiet tal-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(a),
- għal persuni li riċentement bdew jaħdmu għal rashom bħala bdiewa:
unitajiet tal-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Agrikoltura (Kasa Rolniczego Ubezpieczenia Społecznego) elenkati fil-punt 2(b),
- għas-suldati u l-uffiċjali professjonali elenkati fil-punt 2 sottopunt (c), fil-każ ta’ perjodi Pollakki tas-servizz militari, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu tas-servizz militari jew servizz f’wieħed mit-taħriġ elenkati fil-punt 2 sottopunt (c) u l-perjodi barranin tal-assigurazzjoni:
Wojskowe Biuro Emerytalne w Warszawie (l-Uffiċċju tal-Pensjonijiet Militari f’Varsavja), jekk hija l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) it-tielet inċiż;
- għal uffiċjali Gwardjani tal-Ħabsijiet, fil-każ ta’ perjodi Pollakki ta’ servizz, jekk l-aħħar perjodu kien il-perjodu ta’ servizz imsemmi u perjodi barranin ta’ assigurazzjoni:
Biuro Emerytalne Służby Więziennej w Warszawie (l-Uffiċċju tal-Pensjonijiet ta’ Servizz fil-Ħabsijiet f’Varsavja), jekk hija l-istituzzjoni kompetenti msemmija fl-Anness 2(3)(b)(ii) il-ħames inċiż,
- għall-imħallfin u l-prosekuturi:
entitajiet speċjalizzati tal-Ministeru tal-Ġustizzja,
- għal persuni li temmew perjodi barranin ta’ assigurazzjoni b’mod esklussiv:
unitajiet tal-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali (Zakład Ubezpieczeń Społecznych) elenkati fil-punt 2(g)."
3. L-Anness 4 huwa emendat kif ġej:
(a) Fit-taqsima "G. IL-GREĊJA", qed jiżdied punt 5 ġdid kif ġej:
"5. Għall-bdiewa:
L-Organizzazzjoni tal-Assigurazzjoni tal-Agrikoltura (OGA), Ateni ("Οργανισμός Γεωργικών Ασφαλίσεων, Αθήνα")."
(b) Fit-taqsima "R. L-OLANDA", qed jiżdied punt 3 ġdid kif ġej:
"3. Il-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni nazzjonali u tal-assigurazzjoni tal-impjegati:
L-Uffiċċju tat-Taxxa/Servizz tal-Benefiċċji/FIOD-ECD International, Amsterdam (De Belastingdienst/FIOD-ECD International, Amsterdam)."
4. L-Anness 5 huwa emendat kif ġej:
(a) It-Taqsima "283. IL-LUSSEMBURGU – IL-FINLANDJA" tinbidel b’dan li ġej:
"283. IL-LUSSEMBURGU - IL-FINLANDJA
L-ebda Konvenzjoni"
(b) It-Taqsima "323. L-AWSTRIJA – IR-RENJU UNIT" tinbidel b’dan li ġej:
"(a) L-Artikoli 18 (1) u (2) tal-Arranġament tal- 10 ta’ Novembru 1980 għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat- 22 ta’ Lulju 1980 kif emendata mill-Arranġamenti Supplementari Nru 1 tas- 26 ta’ Marzu 1986 u Nru 2 tal- 4 ta’ Ġunju 1993 fir-rigward tal-persuni li ma jistgħux jikklejmjaw trattament skont Kapitoli 1 tat-Titlu III tar-Regolament.
(b) …
(c) L-Arranġament tat- 30 ta’ Novembru 1994 dwar ir-rimborż ta’ spejjeż għall-benefiċċji soċjali."
--------------------------------------------------
| Fuq |