32009R0078


Titolu u referenza

Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 14 ta’ Jannar 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan il-għan teżisti sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għal vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal- persuni mexjin għandhom jiġu armonizzati sabiex jevitaw l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor u sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq tas-suq intern.

(2) Dan ir-Regolament huwa wieħed mill-atti regolatorji separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja taħt id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal vetturi tali (id-Direttiva Qafas) [3]. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-premessa 1 ta’ dan ir-Regolament, l-Annessi I, III, IV, VI u XI għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom ikunu emendati.

(3) L-esperjenza wriet li leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam ma’ vetturi bil-mutur ħafna drabi tkun ta’ kontenut tekniku ddettaljat ħafna. Għalhekk huwa xieraq li jiġi adottat Regolament minflok Direttiva sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi bejn miżuri ta’ transpożizzjoni u livell mhux meħtieġ ta’ leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, billi ma jkunx hemm bżonn ta’ traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk, id-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Novembru 2003 dwar il-protezzjoni ta’ pedestrians u utenti vulnerabbli oħra tat-triq qabel u fil-każ ta’ xi ħabta ma’ vettura bil-mutur [4] u d-Direttiva 2005/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ottubru 2005 dwar l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fuq vetturi bil-mutur [5] li tipprovdi rekwiżiti għall-installazzjoni u l-użu ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fuq vetturi, u għalhekk livell ta’ ħarsien għall- persuni mexjin, għandhom jinbidlu b’dan ir-Regolament sabiex tiġi żgurata konsistenza f’dan il-qasam. Dan jimplika li l-Istati Membri jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta’ transpożizzjoni tad-Direttivi imħassra.

(4) Ir-rekwiżiti għat-tieni fażi ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/102/KE irriżultaw bħala mhux fattibbli. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta kwalunkwe proposti meħtieġa li jegħlbu l-problemi ta’ fattibilità ta’ dawn ir-rekwiżiti u possibbilment tagħmel użu minn sistemi ta’ sikurezza attivi, filwaqt li tiżgura li ma kienx kemm tnaqqis fil-livelli ta’ sikurezza pprovduti lill-utent tat-triq vulnerabbli.

(5) Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni juri li l-ħarsien ta’ persuni mexjin jista’ jittejjeb b’mod sinifikanti premezz ta’ taħlita ta’ miżuri passivi u attivi li jagħtu livell ogħla ta’ ħarsien mid-dispożizzjonijiet eżistenti qabel. B’mod partikulari, l-istudju juri li s-sistema ta’ sikurezza attiva ta’ "Assistenza fl-Ibbrejkjar", ikkombinata ma’ tibdil fir-rekwiżiti ta’ sikurezza passivi, iżżid b’mod sinifikanti l-livell ta’ ħarsien tal-persuni mexjin. Għalhekk, huwa xieraq li ssir dispożizzjoni għall-installazzjoni obbligatorja ta’ sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar f’vetturi bil-mutur ġodda. Madankollu, dan m’għandux jissostitwixxi, iżda pjuttost għandu jikkumplimenta, s-sistemi ta’ sikurezza passivi ta’ livell għoli.

(6) Vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jistgħu ma jkollhomx jissodisfaw ċerti rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament sal-punt li jkunu jistgħu jevitaw ħabtiet ma’ persuni mexjin aktar milli sempliċiment itaffu l-effetti ta’ ħabtiet bħal dawn. Wara evalwazzjoni dwar jekk l-użu ta’ teknoloġija bħal din jistax b’mod effettiv jevita ħabtiet ma’ persuni mexjin u utenti vulnerabbli oħra tat-triq, il-Kummissjoni tkun tista’ tippreżenta proposti li jemendaw dan ir-Regolament biex tipprovdi għall-użu ta’ sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet.

(7) Bl-għadd dejjem jiżdied ta’ vetturi aktar goffi użati f’toroq urbani, huwa xieraq li dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ta’ persuni mexjin ma japplikawx biss għal vetturi ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, iżda wkoll, wara perjodu tranżitorju limitat, għal vetturi tal-kategoriji M1 u N1 li jaqbżu dan il-limitu.

(8) Sabiex isaħħu l-ħarsien tal-persuni mexjin fl-aktar stadju bikri possibbli, il-manifatturi li jixtiequ japplikaw għal approvazzjoni tat-tip b’konformità mar-rekwiżiti l-ġodda qabel ma dawn isiru obbligatorji għandhom ikunu jistgħu jagħmlu dan bil-kundizzjoni li l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa ikunu diġà fis-seħħ.

(9) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(10) B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-test u miżuri ta’ implimentazzjoni msejsa fuq ir-riżultati ta’ sorveljanza. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(11) Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/102/KE u 2005/66/KE għal dan ir-Regolament, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi diferita b’ċertu perjodu wara id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(12) Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri it-twettiq tas-suq intern permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni dwar il-ħarsien tal- persuni mexjin, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant jista’, minħabba l-iskala tiegħu jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti għall-bini u t-tħaddim ta’ vetturi bil-mutur u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem sabiex jonqos l-għadd u s-severità ta’ tidrib ta’ persuni mexjin u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li jintlaqtu bin-naħa ta’ quddiem ta’ vetturi u sabiex jiġu evitati ħabtiet tali.

Artikolu 2

L-Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawn li ġejjin:

(a) vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punt 1 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II tiegħu, soġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b) vetturi bil-mutur tal-kategorija N1 kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punt 2 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II tiegħu, soġġett għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c) sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem mmuntati bħala tagħmir oriġinali mal-vetturi msemmija fil-punti (a) u (b) jew fornuti bħala unitajiet tekniċi separati maħsuba għall-immuntar ma’ tali vetturi.

2. It-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament m’għandhomx japplikaw għal:

(a) vetturi tal-kategorija N1; u

(b) vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1 u ta’ massa massima li tisboq l-2500 kg;

fejn "punt-R" tal-pożizzjoni tas-sewwieq tkun jew aktar ‘il quddiem mill-fus ta’ quddiem jew lonġitudinalment aktar lura mill-linja ċentrali trasversali tal-fus ta’ quddiem b’massimu ta’ 1100 mm.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) "Pilastru-A" tfisser l-appoġġ tas-saqaf l-aktar ‘il quddiem u l-aktar ‘il barra, li jestendi mill-qafas tal-qiegħ tal-vettura (chassis) sas-saqaf tal-vettura;

(2) "sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar" tfisser funzjoni tas-sistema ta’ brejkjar li tidentifika każ ta’ brejkjar ta’ emerġenza minn karatteristika tad-domanda ta’ brejk tas-sewwieq u, taħt dawn il-kundizzjonijiet:

(a) tassisti lix-xufier biex jipprovdi r-rata ta’ brejkjar massima li tista’ tinkiseb; jew

(b) hija bizzejjed biex tikkawża ċiklu sħiħ tas-Sistema ta’ Brejkjar li ma teħilx;

(3) "bamper" tfisser kwalunkwe struttura fuq quddiem, fin-naħa t’isfel, fuq barra ta’ vettura, u inkluż tagħmir imwaħħal magħha, maħsuba sabiex tħares lill-vettura meta tkun involuta f’ħabta b’quddiem b’veloċità baxxa ma’ vettura oħra; hija ma tinkludix, madanakollu, kwalunkwe sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem;

(4) "sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem" tfisser struttura jew strutturi separata/i, bħal bull bar, jew bamper supplimentari li, b’żieda mat-tagħmir oriġinali ta’ bamper, tkun maħsuba għall-ħarsien tal-wiċċ estern tal-vettura minn ħsara f’każ ta’ ħabta ma’ xi oġġett, għajr għal strutturi li għandhom massa ta’ anqas minn 0,5 kg, maħsubin sabiex iħarsu l-fanali tal-vettura biss;

(5) "massa massima" tfisser il-massa ta’ tagħbija massima teknikament permessa kif iddikjarat mill-manifattur skond il-punt 2.8 ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(6) "vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M1" tfisser dawk il-vetturi tal-kategorija N1 li, ‘il quddiem mill-pilastri-A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta’ vettura tal-kategorija M1 li kienet teżisti qabel;

(7) "vetturi tal-kategorija M1 derivati minn N1" tfisser dawk il-vetturi ta’ kategorija M1 li, ‘il quddiem mill-pilastri-A, għandhom l-istess struttura u għamla ġenerali bħal ta’ vettura tal-kategorija N1 li kienet teżisti qabel.

KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-MANIFATTURI

Artikolu 4

Rekwiżiti tekniċi

1. Skond l-Artikolu 9, il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi li jitqiegħdu fis-suq huma mgħammra b’sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar approvata skond it-tip skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 4 ta’ l-Anness I u li vetturi bħal dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 jew 3 ta’ l-Anness I.

2. Skond l-Artikolu 10, il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, li jew ġew immuntati bħala tagħmir oriġinali ma’ vetturi li tqiegħdu fis-suq jew ġew fornuti bħala unitajiet tekniċi separati, jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5 u 6 ta’ l-Anness I.

3. Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni bid-data xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tat-test tal-vettura u tas-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. Id-data għandha tinkludi t-tagħrif meħtieġ sabiex jiġi ċċekjat l-operat ta’ kwalunkwe apparat ta’ sikurezza attiv installat fil-vettura.

4. Fil-każ ta’ sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandhom jiġu fornuti bħala unitajiet tekniċi separati, il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni bid-data xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistemi u l-kundizzjonijiet tat-test.

5. Is-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, bħala unitajiet tekniċi separati, ma għandhomx jitqassmu, jiġu offerti għall-bejgħ jew jinbiegħu ħlief jekk ikunu akkumpanjati minn lista ta’ tipi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, kif ukoll minn struzzjonijiet ċari għall-immuntar. L-istruzzjonijiet għall-immuntar għandu jkollhom preskrizzjonijiet ta’ installazzjoni speċifiċi, inklużi l-modi ta’ kif jitwaħħlu mal-vetturi li l-unità tkun ġiet approvata għalihom, sabiex b’hekk il-komponenti approvati jkunu jistgħu jiġu mmuntati ma’ dik il-vettura b’mod li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Taqsima 6 ta’ l-Anness I.

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament inter alia billi jżidu magħhom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 5

Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

1. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin.

Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip vettura li hija rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata.

2. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.

Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip, vettura li hija rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. Fuq talba ta’ dak is-servizz tekniku, il-manifattur għandu jibgħat ukoll komponenti speċifiċi jew kampjuni tal-materjali użati.

3. Il-manifattur għandu jibgħat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni id-dokument ta’ tagħrif, stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness II, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-KE għal unità teknika separata ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.

Il-manifattur għandu jibgħat lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip kampjun wieħed tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi approvata. Fejn iqis li huwa meħtieġ, is-servizz tekniku jista’ jitlob għal aktar kampjun(i). Il-kampjuni għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-fabbrika ta’ l-applikant u d-deżinjazzjoni tat-tip. Il-manifattur għandu jagħmel dispożizzjoni għall-wiri obbligatorju sussegwenti tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

KAPITOLU III

OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 6

L-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE

1. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jiġu sodisfatti, l-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond is-sistema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE.

2. Għall-iskopijiet tat-Taqsima 3 ta’ dak in-numru ta’ approvazzjoni tat-tip, għandha tintuża waħda minn dawn l-ittri:

(a) Għall-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni mexjin:

- "A" jekk il-vettura tikkonforma mat-Taqsima 2 ta’ l-Anness I;

- "B" jekk il-vettura tikkonforma mat-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.

(b) Għall-approvazzjoni ta’ vettura rigward il-fatt li hija tkun mgħammra b’sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem jew l-approvazzjoni ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata:

- "A" jekk is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem tikkonforma mat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-punti 5.1.1.1, 5.1.2.1, 5.2 u 5.3 tiegħu;

- "B" jekk is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem tikkonforma mat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-punti 5.1.1.2, 5.1.2.1, 5.2 u 5.3 tiegħu;

- "X" jekk is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem tikkonforma mat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tal- punti 5.1.1.3, 5.1.2.2, 5.2 u 5.3 tiegħu.

3. L-awtorità ta’ approvazzjoni ma għandiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem.

4. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tibgħat iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skond dan li ġej:

(a) il-mudell stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness III għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi;

(b) il-mudell stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness III għal tip ta’ vettura li magħha tkun se tiġi mmuntata sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem;

(c) il-mudell stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness III għal tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata.

Artikolu 7

Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Kull sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem approvata skond dan ir-Regolament taħt l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha jew taħt l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unita teknika separata, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u għandha tingħata, u konsegwentement ikollha fuqha, il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE mwaqqfa skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 8

Modifika tat-tip u emendi għall-approvazzjonijiet

Kwalunkwe modifika tal-vettura li tkun aktar ‘ilquddiem minn pilastri-A jew mis-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li taffetwa l-istruttura, id-dimensjonijiet ewlenin, il-materjali ta’ l-uċuħ ta’ barra tal-vettura, il-metodu ta’ iffissar jew l-arranġament estern jew intern tal-komponenti, u li tista’ tinfluwenza b’mod sinifikanti r-riżultati tat-testijiet, għandha titqies bħala emenda skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2007/46/KE u għalhekk teħtieġ applikazzjoni ġdida għall-approvazzjoni tat-tip.

Artikolu 9

Skeda ta’ applikazzjoni għal vetturi

1. B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 16, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

(a) kategorija M1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness I;

(b) kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg li m N1a jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 2 jew it-Taqsima 3 ta’ l-Anness I;

(c) kategorija N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 2 u 4 jew it-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I.

2. B’effett mill- 24 ta' Frar 2011, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda li ġejjin li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament:

(a) vetturi tal-kategorija M1;

(b) vetturi tal-kategorija N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2500 kg.

3. B’effett mill- 24 ta' Frar 2013, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

(a) kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I;

(b) vetturi N1 derivati minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2500 kg li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.

4. B’effett mill- 31 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ġejjin li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 2 jew Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament:

(a) vetturi tal-kategorija ta’M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg,

(b) vetturi tal-kategorija N1 derivata minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2500 kg.

5. B’effett mill- 24 ta' Frar 2015 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward tat-tipi ta’ vetturi ġodda li ġejjin:

(a) kategorija M1 ta’ massa massima li taqbeż l-2500 kg li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I,

(b) kategorija N1 li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I.

6. B’effett mill- 24 ta' Awwissu 2015 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda ta’ kategorija N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-taqsima 4 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

7. B’effett mill- 24 ta' Frar 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-vetturi ġodda li ġejjin:

(a) vetturi ta’ kategorija M1 ta’ massa massima li ma taqbiżx l-2500 kg, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament;

(b) vetturi ta’ kategorija N1 derivata minn M1 u ta’ massa massima li ma tisboqx l-2500 kgli ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

8. B’effett mill- 24 ta' Awwissu 2019, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin bil-mixi, iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal- vetturi ġodda li ġejjin:

(a) vetturi ta’ kategorija M1 ta’ massa massima li taqbeż l-2500 kg, li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament,

(b) vetturi ta’ kategorija N1 li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

9. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa’ 8 ta’ dan l-Artikolu u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri adottati skond l-Artikolu 4(6), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-persuni mexjin, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura ġdida jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jekk il-vettura kkonċernata tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tekniċi stipulati fit-Taqsimiet 3 u 4 ta’ l-Anness I.

Artikolu 10

Applikazzjoni għal sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ġdid ta’ vettura fir-rigward tat-tagħmir tagħha b’sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, jew approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ unità teknika separata ta’ tip ġdid ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I.

2. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem, iqisu li ċ-ċertifikati ta’ konformità m’għadhomx aktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3. Ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw għal sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuti bħala unitajiet tekniċi separati għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 11

Sistemi ta’ Prevenzjoni ta’ Ħabtiet

1. Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni l-vetturi mgħammra b’sistemi ta’ prevenzjoni ta’ ħabtiet jista’ jkun li ma jkollhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test stipulati fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi, jew biex jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-analiżi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti li jemendaw dan ir-Regolament jekk ikun xieraq.

Kull miżura proposta għandha tiżgura livelli ta’ ħarsien li huma minn ta’ l-anqas ekwivalenti, f’termini ta’ effettività attwali, għal dawk ipprovduti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness I.

Artikolu 12

Sorveljanza

1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bir-riżultat tas-sorveljanza msemmija fil-punti 2.2, 2.4 u 3.2 ta’ l-Anness I fuq bażi annwali u minn ta’ l-anqas sat-28 ta’ Frar tas-sena wara dik li jinkisbu fiha.

Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawk ir-riżultati għandha tieqaf tapplika mill- 24 ta' Frar 2014.

2. Il-Kummissjoni tista’, fuq il-bażi tar-riżultati tas-sorveljanza mwettqa taħt il-punti 2.2, 2.4 u 3.2 ta’ l-Anness I, taddotta miżuri ta’ implimentazzjoni kif xieraq.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2007/46/KE.

3. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi fuq il-bażi ta’ informazzjoni rilevanti kkomunikata mill-awtoritajiet li japprovaw u l-partijiet interessati kif ukoll fuq il-bażi ta’ studji indipendenti, għandha tissorvelja l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tar-rekwiżiti tas-sikurezza passiva mtejba, l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u teknoloġiji oħrajn ta’ sikurezza attiva li jistgħu jipprovdu ħarsien aħjar lil utenti vulnerabbli tat-triq.

4. Sal- 24 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-possibilità li jkunu attivati u applikati rekwiżiti ta’ sikurezza passivi msaħħa bħal dawn. Hija għandha tirrevedi t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-użu u l-effettività ta’ l-Assistenza fl-Ibbrejkjar u ta’ teknoloġiji ta’ sikurezza attiva oħrajn.

5. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat minn proposti dwar is-suġġett kif xieraq.

Artikolu 13

Pieni

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni applikabbli għal ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnottifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-disposizzjonijiet, sal- 24 ta' Awwissu 2010 u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2. It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal multa għandhom jinkludu minn ta’ l-anqas dan li ġej:

(a) dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura;

(b) falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip;

(c) iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal sejħa lura jew irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip;

(d) rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għat-tagħrif.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 14

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata skond l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Revoka

Id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE għandhom jiġu mħassra b’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- 24 ta' Novembru 2009 bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 9(9) li għandhom japplikaw mill-jum tad-dħul fis-seħħ u ta’ l-Artikolu 9(2) sa (8) li għandu japplika mid-dati stabbiliti fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l- 14 ta' Jannar 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. Pöttering

Għall-Kunsill

Il-President

A. Vondra

[1] ĠU C 211, 19.8.2008, p. 9.

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008

[3] ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

[4] ĠU L 321, 6.12.2003, p. 15.

[5] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 37.

[6] OJ L 184, 17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

Anness I Dispożizzjonijiet tekniċi għall-ittestjar ta’ vetturi u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

Anness II Dokumenti ta’ Tagħrif dwar il-Mudell li għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur

Parti 1 Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi.

Parti 2 Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha.

Parti 3 Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuta bħala unità teknika separata.

Anness III Mudelli taċ-Ċertifikati ta’ Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

Parti 1 Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

Parti 2 Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

Parti 3 Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fornuta bħala unità teknika separata

Anness IV Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

Appendiċi Eżempju tal-Marka ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

Anness V Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

--------------------------------------------------

ANNESS I

Dispożizzjonijiet tekniċi għall-ittestjar ta’ vetturi u sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

1. Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.1. "ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit" tfisser in-naħa ta’ quddiem tal-istruttura ta’ fuq, ta’ barra inkluż il-bonit u l-madgards, il-partijiet ta’ fuq u tal-ġnub madwar il-fanali u kwalunkwe tagħmir ieħor;

1.2. "linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit" tfisser it-traċċa ġijometrika tal-punti ta’ kuntatt bejn xifer dritt ta’ tul ta’ 1000 mm u l-wiċċ ta’ quddiem tal-bonit, meta x-xifer dritt, miżmum parallel mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u inklinat lura b’50° u mat-tarf ta’ isfel 600 mm ‘l fuq mill-art, huwa traversat tul u f’kuntatt max-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit. Għal vetturi li għandhom il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit inklinat b’essenzjalment 50°, sabiex ix-xifer dritt jagħmel kuntatt kontinwu jew kuntatti multipli minflok kuntatt ma’ punt, il-linja ta’ refenza hija stabbilita max-xifer dritt inklinat lura f’angolu ta’ 40°. Għal vetturi ta’ għamla tali li t-tarf t’isfel tax-xifer dritt jagħmel l-ewwel kuntatt, dak il-kuntatt jitqies bħala l-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit, f’dik il-pożizzjoni laterali. Għal vetturi ta’ għamla tali li t-tarf ta’ fuq tax-xifer dritt jagħmel l-ewwel kuntatt, it-traċċa ġeometrika ta’ 1000 mm ta’ distanza perimetrika tintuża’ bħala l-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit f’dik il-pożizzjoni laterali. Ix-xifer ta’ fuq tal-bamper għandu jitqies ukoll bħala x-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jekk jiġi f’kuntatt max-xifer dritt matul din il-proċedura;

1.3. "1000 mm ta’ distanza perimetrika" tfisser it-traċċa ġijometrika deskritta fuq il-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq min- naħa waħda ta’ tejp flessibbli twil 1000 mm, meta jinżamm fi pjan vertikali fuq quddiem u fuq wara tal-vettura u traversat tul il-biċċa ta’ quddiem tal-bamper tal-bonit u tas-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem. It-tejp jinżamm stiż tul l-operazzjoni b’tarf wieħed f’kuntatt mal-livell ta’ referenza ta’ l-art, vertikalment taħt il-wiċċ ta’ fuq tal-bamper u t-tarf l-ieħor jinżamm f’kuntatt mal-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq. Il-vettura trid tkun fl-orjentament normali tat-tħaddim;

1.4. "il-wiċċ tal-bonit" tfisser l-istruttura ta’ barra li tinkludi l-wiċċ ta’ fuq ta’ l-istrutturi kollha ta’ barra għajr għall-windskrin, il-pilastri A u l-istrutturi aktar lura minnhom; għalhekk jinkludi, iżda mhux limitat għal, il-bonit, il-madgards, il-faxxa esterna bejn il-karozzerija u l-bonit, l-assi tal-wajpers u l-qafas ta’ isfel tal-windskrin;

1.5. "il-wiċċ ta’ quddiem ta’ fuq" tfisser l-istruttura ta’ barra li tinkludi l-wiċċ ta’ fuq ta’ l-istrutturi kollha ta’ barra għajr għall-windskrin, il-pilastri A u l-istrutturi aktar lura minnhom;

1.6. "il-livell ta’ referenza ta’ l-art" tfisser il-pjan orizzontali parallel mal-livell ta’ l-art, li jirrappreżenta l-livell ta’ l-art għal vettura wieqfa fuq wiċċ ċatt bil-ħandbrejk imtella’ u bil-vettura fl-orjentament normali tat-tħaddim;

1.7. "orjentament normali tat-tħaddim" tfisser l-orjentament tal-vettura għat-tħaddim pożizzjonata fuq l-art bit-tajers minfuħin bil-pressa rakkomandata, ir-roti ta’ quddiem jippuntaw ‘il quddiem, b’kapaċità massima tal-fluidi kollha meħtieġa għall-operazzjoni tal-vettura, bit-tagħmir standard kollu kif provdut mill-manifattur tal-vettura, b’massa ta’ 75 kg imqiegħda fuq is-sit tas-sewwieq u b’massa ta’ 75 kg imqiegħda fuq is-sit tal-passiġier ta’ quddiem, u bis-sospensjoni stabbilita għal veloċità ta’ sewqan ta’ 40 km/h jew 35 km/h f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali speċifikati mill-manifattur (speċjalment għal vetturi b’sospensjoni attiva jew tagħmir għall-invellar awtomatiku);

1.8. "il-windskrin" tfisser il-glejżing ta’ quddiem tal-vettura li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE KE tas- 27 ta’ Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kamp viżiv tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur [1];

1.9. "Il-Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras" (HPC — Head Performace Criterion) tfisser il-kalkolu, tul perjodu ta’ ħin speċifikat, ta’ l-aċċelerazzjoni massima li tirriżulta li tkun esperjenzata matul l-impatt. Dan għandu jiġi kkalkulat mir-riżultat ta’ l-aċċelazzjoni skond il-ħin bħala riżultat massimu (jiddependi minn t1 u t2) ta’ l-ekwazzjoni:

HPC =

1

t

t

2a dt2,5t2 – t1

F’din il-formola, "a" hija l-aċċelerazzjoni riżultanti bħala multiplu ta’ "g" u t1 u t2 huma iż-żewġ istanti ta’ ħin (espressi f’sekondi) matul l-impatt, li jiddefinixxu l-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għaliha l-valur ta’ HPC huwa massimu. Il-valuri ta’ HPC li għalihom l-intervall ta’ ħin (t1 — t2) huwa akbar minn 15 ms huma injorati għall-għanijiet tal-kalkolu ta’ valur massimu;

1.10. "ir-raġġ tal-kurvatura" tfisser ir-raġġ ta’ l-arka ta’ ċirku li hija l-eqreb għall-forma tonda tal-komponent li qed jitqies.

2. It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:

2.1. Il-Forma tar-Riġel lejn il-Bamper:

Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin:

(a) Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’velocità ta’ impatt ta’ 40 km/h. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-21,0°, u l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-200 g;

(b) Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7.5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm.

2.2. Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandix taqbeż il-mira possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument tal-liwi fuq l-impakter tat-test għandu jiġi rreġistrat u mqabbel mal-mira possibbli ta’ 300 Nm.

Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati b’mod sħiħ.

2.3. Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żghir lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 3,5 kg. L- HPC m’għandux jaqbeż l-1000 fuq 2/3 taż-żona tat-test tal-bonit u 2000 għat-1/3 li jibqa’ taż-żona tat-test tal-bonit.

2.4. Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta lejn il-windskrin:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 4,8 kg. L-HPC għandu jiġi rreġistrat u mqabbel mal-mira possibbli ta’ 1000.

Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati b’mod sħiħ.

3. It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:

3.1. Il-Forma tar-Riġel lejn il-Bamper:

Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin:

(a) Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-19,0°, u l-ispostament dimaniku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-170 g.

B’żieda ma’ dan, il-manifattur jista’ jistabbilixxi wisa’ tat-test tal-bamper ta’ mhux aktar minn 264 mm fejn l-aċċelerazzjoni mkejla fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandiex taqbeż il-250 g;

(b) Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7,5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm.

3.2. Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin għandha titqabbel ma’ massimu possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test għandu jitqabbel ma’ massimu possibbli ta’ 300 Nm.

Dan it-test għandu jitwettaq għal għanijiet ta’ sorveljanza biss u r-riżultati għandhom jiġu rreġistrati kompletament.

3.3. Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żghir lejn in-naha ta’ fuq tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 3,5 kg. L-HPC għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 3.5.

3.4. Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta lejn il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit:

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test ta’ 4,5 kg. L-HPC għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 3.5.

3.5. L-HPC irreġistat m’għandux jaqbeż l-1000 fuq aktar min-nofs taż-żona ta’ test tal-forma tar-ras ta’ tifel u, b’żieda ma’ dan, m’għandux jaqbeż aktar minn 2/3 taż-żoni ta’ test ikkombinati tal-forma tar-ras ta’ tifel u persuna adulta. L-HPC taż-żoni li jibqa’ m’għandhomx jaqbżu l-1700 għaż-żewġ forom tar-ras.

4. It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq il-vetturi:

4.1. Test ta’ referenza li jidentifika l-punt ta’ operazzjoni tas-sistema li fih tiġi s- Sistema ta’ Brejkjar li ma teħilx (ABS).

4.2. Test li jivverifika li l-operat tas-sistema ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar jattiva ruħu kif suppost biex japplika l-karratteristiċi tad-diċelerazzjoni massima li tista’ tinkiseb mill-vettura.

5. It-testijiet li ġejjin jeħtieġ li jitwettqu fuq is-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem (FPS):

5.1. Jeħtieġ li jitwettaq wieħed mit-testijiet li ġejjin fuq il-forma tar-riġel, skond il-punti 5.1.1 jew 5.1.2:

5.1.1. Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn l-FPS:

It-testijiet kollha jseħħu b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h.

5.1.1.1. Għal FSP approvat sabiex jitqiegħed fil-vetturi li jikkonformaw mar-rekweżiti tat-Taqsima 2 l-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-21,0°, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-200 g.

5.1.1.2. Għal FSP approvat sabiex jitqiegħed fil-vetturi li jikkonformaw mar-rekweżiti tat-Taqsima 3 l-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż il-19,0°, u l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-6,0 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhiex taqbeż il-170 g.

5.1.1.3. Għal FPS approvat sabiex jiġu mmuntati biss fuq vetturi li ma jikkonformawx kemm mat-Taqsima 2 kif ukoll mat-Taqsima 3 ir-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.1.1 jew fil-punt 5.1.1.2 jistgħu jiġu sostitwiti mar-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.1.3.1 jew fil-punt 5.1.1.3.2.

5.1.1.3.1. L-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-24,0°, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa m’għandux jaqbeż is-7,5 mm, u l-aċċelerazzjoni mkelja fit-tarf ta’ fuq tat-tibja m’għandhix taqbeż il-215 g.

5.1.1.3.2. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet fuq il-vettura, wieħed bl-FPS immuntata, u t-tieni mingħajr l-FPS. Kull par testijiet għandu jitwettaq f’lokalitajiet ekwivalenti kif miftiehem ma’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni rilevanti. Il-valuri għall-angolu dinamiku massimu tal-liwi ta’ l-irkoppa, l-ispostament dinamiku massimu laterali ta’ l-irkoppa u l-aċċelerazzjoni mkejla fit-tarf ta’ fuq tat-tibja għandhom jiġu rreġistrati. F’kull każ il-valur irreġistrat għal vettura mmuntata bl-FPS m’għandux jaqbeż id-90 % tal-valur irreġistrat għall-vettura mingħajr l-FPS immuntata.

5.1.2. Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn l-FPS:

It-testijiet kollha jseħħu b’veloċità ta’ impatt ta’ 40 km/h.

5.1.2.1. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-7,5 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-510 Nm.

5.1.2.2. Għal FPS approvati sabiex jiġu mmuntati biss fuq vetturi li ma jikkonformawx kemm mat-Taqsima 2 kif ukoll mat-Taqsima 3, ir-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.2.1 jistgħu jiġu sostitwiti mar-rekwiżiti tat-test stipulati fil-punt 5.1.2.2.1 jew fil-punt 5.1.2.2.2.

5.1.2.2.1. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin m’għandhiex taqbeż is-9,4 kN u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-640 Nm.

5.1.2.2.2. Għandhom jitwettqu żewġ testijiet fuq il-vettura, wieħed bl-FPS immuntata, u t-tieni mingħajr l-FPS. Kull par testijiet għandu jitwettaq f’lokalitajiet ekwivalenti kif miftiehem ma’ l-awtorità ta’ l-approvazzjoni rilevanti. Il-valuri tas-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt u l-mument ta’ liwi fuq l-impakter tat-test għandu jiġi rreġistrat. F’kull każ il-valur irreġistrat għal vettura mmuntata bl-FPS m’għandux jaqbeż id-90 % tal-valur irreġistrat għall-vettura mingħajr l-FPS immuntata.

5.2. Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett ta’ l-FPS

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ mhux aktar minn 40 km/h. Is-somma istantanja tal-forzi ta’ l-impatt fir-rigward tal-ħin, tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa ta’ isfel ta’ l-impakter, m’għandix taqbeż il-mira possibbli ta’ 5,0 kN u l-mument tal-liwi fuq l-impakter tat-test m’għandux jaqbeż il-mira possibbli ta’ 300 Nm. Iż-żewġ riżultati għandhom jiġu rreġistrati għall-għanijiet ta’ sorveljanza.

5.3. Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir lejn l-FPS

It-test iseħħ b’veloċità ta’ impatt ta’ 35 km/h bl-użu ta’ impakter tat-test tal-forma tar-ras ta’ 3,5 kg għat-tifel/adult żgħir. L-HPC ikkalkulat mir-riżultat ta’ l-aċċelazzjoni skond il-ħin m’għandux jaqbeż l-1000 fil-każijiet kollha.

6. Dispożizzjonijiet ta’ Bini u Installazzjoni għal FPS:

6.1. Ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw bl-istess mod għal FPS mmuntati ma’ vetturi ġodda u FPS li għandhom jiġu fornuti bħala unitajiet tekniċi separati għall-immuntar ma’ vetturi speċifiċi.

6.1.1. Il-komponenti ta’ l-FPS għandhom jiġu ddisinjati b’tali mod li l-uċuħ riġidi kollha li jistgħu jintmessu bi sfera ta’ 100 mm, ikollhom raġġ minimu ta’ kurvatura ta’ 5 mm.

6.1.2. Il-massa totali ta’ l-FPS, inklużi l-brakits u l-ingasti kollha, m’għandhix taqbeż l-1,2 % tal-massa massima tal-vettura li jitfasslu għaliha, soġġetta għal massimu ta’ 18 kg.

6.1.3. L-għoli ta’ l-FPS, meta mmuntata ma’ vettura, m’għandux jaqbeż il-50 mm fuq l-għoli tal-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit.

6.1.4. L-FPS m’għandhiex iżżid il-wisa’ tal-vettura li tiġi mmuntata magħha. Jekk il-wisa’ totali tal-FPS ikun aktar minn 75 % tal-wisa’ tal-vettura, it-trufijiet tal-FPS għandhom jiddawwru ‘l ġewwa lejn il-wiċċ estern sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ ħbit. Dan ir-rekwiżit huwa meqjus bħala li ġie ssodisfat jekk il-FPS tkun imdaħħla jew integrata fil-bini tal-karozzerija tal-vettura jew jekk it-tarf tal-FPS jiddawwar ‘l ġewwa b’tali mod li ma jintmessx minn sfera ta’ 100 mm u l-vojt bejn it-tarf tal-FPS u l-karozzerija tal-vettura ta’ madwaru ma jaqbiżx l-20 mm.

6.1.5. Soġġett għall-punt 6.1.4, il-vojt bejn il-komponenti ta’ l-FPS u l-wiċċ estern ta’ taħt m’għandux jaqbeż it-80 mm. Twaqqif lokali fil-linja ġenerali tal-karozzerija ta’ taħt (bħal aperturi fix-xibka, il-bokka ta’ l-arja, eċċ) għandhom jiġu injorati.

6.1.6. Fi kwalunkwe pożizzjoni laterali tul il-vettura, sabiex ikunu ppreservati l-benefiċċji tal-bamper tal-vettura, id-distanza lonġitudinali bejn l-parti l-aktar il-quddiem tal-bamper u l-parti l-aktar il-quddiem ta’ l-FPS m’għandiex taqbeż il-50 mm.

6.1.7. L-FPS m’għandux inaqqas b’mod sinifikanti l-effettività tal-bamper. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala li ġie ssodisfat jekk ma jkunx hemm aktar minn żewġ komponenti vertikali u l-ebda komponent orrizontali ta’ l-FPS li jirkeb fuq il-bamper.

6.1.8. L-FPS m’għandux ikun inklinat aktar il-quddiem mill-vertikali. Il-partijiet ta’ fuq ta’ l-FPS m’għandhomx jestendu l-fuq jew lura (lejn il-windskrin) aktar minn 50 mm mill-linja ta’ referenza tax-xifer ta’ quddiemnett tal-bonit tal-vettura mingħajr l-FPS.

6.1.9. Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura m’għandhomx ikunu kompromessi bl-immuntar ta’ FPS.

7. B’deroga mit-Taqsimiet 2, 3 u 5, l-awtorità ta’ approvazzjoni rilevanti tista’ tqis ir-rekwiżiti għal kwalunkwe mit-testijiet stipulati fihom bħala li ġew issodisfati minn kwalunkwe testijiet rilevanti mwettqa taħt ir-rekwiżiti ta’ test ieħor skond dan l-Anness.

[1] ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1..

--------------------------------------------------

ANNESS II

Dokumenti ta’ Tagħrif dwar il-Mudell li għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur

Parti 1

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

Parti 2

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

Parti 3

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

PARTI 1

MUDELL

Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin

It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet koppji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, it-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom għandu jiġi fornut.

0. ĠENERALI

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura [b] Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ tagħrif, tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (e.g. ABC??123??). [2]:

0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:

0.4. Kategorija tal-vettura [c] Ikklassifikata skond id-definizzjonijiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-BINI TAL-VETTURA

1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

1.6. Pożizzjoni u arranġament tal-magna:

9. IL-KAROZZERIJA TAL-VETTURA

9.1. Tip ta’ karozzerija:

9.2. Materjal użat u metodi tal-bini:

9.23. Il-ħarsien tal-persuni mexjin

9.23.1. Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata, inklużi ritratti u/jew disinji, tal-vettura fir-rigward ta’ l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji ta’ referenza rilevanti u l-materjali li jiffurmaw l-parti ta’ quddiem tal-vettura (minn ġewwa u minn barra). Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi dettall ta’ kwalunkwe sistema ta’ ħarsien attiva installata.

PARTI 2

MUDELL

Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jagħmlu użu minn materjali speċjalizzati, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura [b] Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ tagħrif, tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (e.g. ABC??123??). [2]:

0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:

0.4. Kategorija tal-vettura [c] Ikklassifikata skond id-definizzjonijiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-BINI TAL-VETTURA

1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura:

2. MASSA U DIMENSJONIJIET: (f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)

2.8. Massa ta’ tagħbija massima teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur:

2.8.1. Distribuzzjoni ta’ din il-massa tul il-fusien (mass. u min.):

9. IL-KAROZZERIJA TAL-VETTURA

9.1. Tip ta’ karozzerija:

9.24. Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

9.24.1. Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem:

9.24.2. Disinji u/jew ritratt, fejn rilevanti, ta’ xbieki tad-dħul ta’ l-arja, xbieki tar-radjatur, raqam dekorattiv, stemmi, emblemi u tiswir ‘il ġewwa u kull projezzjoni esterna u partijiet tal-wiċċ fuq barra li jistgħu jitqiesu bħala kritikċi (eż. tagħmir tad-dawl). Jekk il-partijiet elenkati fl-ewwel sentenza mhumiex kritiċi, għall-għanijiet ta’ dokumentazzjoni dawn jistgħu jinbidlu b’ritratti, akkumpanjati jekk meħtieġ mid-dettalji dimensjonali u/jew it-test:

9.24.3. Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:

9.24.4. Disinn tal-bampers:

9.24.5. Disinn tal-linja ta’ l-art fit-tarf ta’ quddiem tal-vettura:

PARTI 3

MUDELL

Dokument ta’ tagħrif Nru. … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

It-tagħrif li ġej, fejn applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, l-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jagħmlu użu minn materjali speċjalizzati, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

0.8. Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

1. DESKRIZZJONI TA’ L-APPARAT

1.1. Deskrizzjoni teknika dettaljata (li tinkludi ritratti jew disinji):

1.2. Istruzzjonijiet għall-immuntar, inklużi t-torques meħtieġa:

1.3. Lista tat-tipi ta’ vetturi li tista’ titwaħħal magħhom:

1.4. Kwalunkwe restrizzjonijiet għall-użu u l-kundizzjonijiet għall-immuntar:

[2] Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet fejn xejn ma jrid ikun imħassar meta tkun applikabbli aktar minn partita waħda.)

--------------------------------------------------

ANNESS III

Mudelli taċ-Ċertifikati ta’ Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

Parti 1:

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

Parti 2:

Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem magħha

Parti 3:

Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

PARTI 1

(MUDELL)

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-KE Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip

Komunikazzjoni dwar

- Approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi

fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …

emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… [2].

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura [3]:

0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:

0.4. Kategorija tal-vettura [4]:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8. L-ismijiet u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

TAQSIMA II

1. Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli) (ara l-Addendum)

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3. Id-data tar-rapport tat-test:

4. In-numru tar-rapport tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm) (ara l-Addendum):

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

Pakkett ta’ tagħrif.

Rapport tat-test.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-ħarsien ta’ persuni għaddejjin bil-mixi fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 78/2009

1. Tagħrif addizzjonali

1.1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-istruttura tagħha, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti:

1.2. Fejn tinsab il-magna: quddiem/wara/ċentrali [1]

1.3. Sewqan: rota ta’ quddiem/rota ta’ wara [1]

1.4. Massa tal-vettura mibgħuta għall-ittestjar (kif definit skont il-punt 1.7 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009):

- Fus ta’ quddiem:

- Fus ta’ wara:

- Total:

1.5. Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009:

1.5.1. Taqsima 2 riżultati tat-test:

Test | Valur irreġistrat | Għadda/Weħel [2] |

Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-Bamper (fejn imwettaq) | Angolu tal-liwi | … … | gradi | |

Spostament laterali | … … | mm | |

Aċċelerazzjoni fit-tibja | … … | g | |

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper. (fejn imwettaq) | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | |

Mument tal-liwi | … … | Nm | |

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett tal-bonit | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | [3] |

Mument tal-liwi | … … | Nm | [3] |

Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit | Valuri ta’ l-HPC fiż-Żona A (12-il riżultat [4]) | | | |

Valuri ta’ l-HPC fiż-Żona B (6 riżultati [4]) | | | |

Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta (4,8 kg) lejn il-windskrin | Valuri ta’ l-HPC (5 riżultati [4]) | | | [3] |

1.5.2. Taqsima 3 riżultati tat-test:

Test | Valur irreġistrat | Għadda/Weħel [5] |

Il-forma tar-riġel ta’ isfel lejn il-Bamper (fejn imwettaq) | Angolu tal-liwi | … … | gradi | |

Spostament laterali | … … | mm | |

Aċċelerazzjoni fit-tibja | … … | g | |

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn il-bamper. (fejn imwettaq) | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | |

Mument tal-liwi | … … | Nm | |

Il-forma tar-riġel ta’ fuq lejn it-tarf ta’ quddiemnett tal-bonit | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | [6] |

Mument tal-liwi | … … | Nm | [6] |

Il-forma tar-ras ta’ Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn in-naħa ta’ fuq tal-bonit | Valuri ta’ l-HPC (9 riżultati [7]) | | | |

Il-forma tar-ras ta’ persuna adulta (4,5 kg) lejn il-wiċċ ta’ fuq tal-bonit | Valuri ta’ l-HPC (9 riżultati [7]) | | | |

Rimarki: (eż., validi għal vetturi b’sewqan fuq ix-xellug u b’sewqan fuq il-lemin)

1.5.3. Taqsima 4 rekwiżiti:

Dettalji tas-sistema pprovduta ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar [8] | |

Rimarki [9]: | |

PARTI 2

(MUDELL)

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-KE Awtorità ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip

Komunikazzjoni dwar

- Approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar magħha ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem

fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …

emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… [2].

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli):

0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura [3]:

0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:

0.4. Kategorija tal-vettura [4]:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Lok u metodu ta’ kif ġiet imwaħħla l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

0.8. Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

TAQSIMA II

1. Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Addendum

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3. Id-data tar-rapport tat-test:

4. In-numru tar-rapport tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

Pakkett ta’ tagħrif.

Rapport tat-test.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-immuntar magħha ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009

1. Tagħrif addizzjonali, jekk hemm:

2. Rimarki:

3. Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) 78/2009

Test | Valur irreġistrat | Għadda/Weħel |

Il-forma tal-parti t’isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem — 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) | Angolu tal-liwi | … … | gradi | |

Spostament laterali | … … | mm | |

Aċċelerazzjoni fit-tibja | … … | g | |

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem — 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | |

Mument tal-liwi | … … | Nm | |

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tas-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem — 3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (sorveljanza biss) | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | |

Mument tal-liwi | | Nm | |

Il-forma tar-Ras tat-Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem | Valuri ta’ l-HPC (mill-anqas 3 valuri) | | | |

PARTI 3

(MUDELL)

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-KE Awtorità ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip

Komunikazzjoni dwar

- Approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

- irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE [1]

ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata

fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Jannar 2009 kif implimentat minn …

emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru …/… [2].

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):

0.2. Tip:

0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem [3]:

0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:

0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7. Fejn u kif twaħħlet il-marka ta’ l-approvazzjoni tal-KE:

0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar:

0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti):

TAQSIMA II

1. Tagħrif addizzjonali: Ara l-Addendum

2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:

3. Id-data tar-rapport tat-test:

4. In-numru tar-rapport tat-test:

5. Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6. Post:

7. Data:

8. Firma:

Pakkett ta’ tagħrif.

Rapport tat-test.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru … dwar it-tip ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem li għandha tiġi fornuta bħala unità teknika separata fir-rigward tar-Regolament (KE) 78/2009

1. Tagħrif addizzjonali,

1.1. Metodu ta’ immuntar:

1.2. Istruzzjonijiet għall-immuntar:

1.3. Lista ta’ vetturi li magħhom tista’ tiġi mmuntata is-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem, kull restrizzjoni għall-użu u kundizzjonijiet meħtieġa għall-immuntar:

2. Rimarki:

3. Riżultati tat-test skond ir-rekwiżiti tat-Taqsima 5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009

Test | Valur irreġistrat | Għadda/Weħel |

Il-forma tal-parti t’isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem —3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) | Angolu tal-liwi | … … | gradi | |

Spostament laterali | … … | mm | |

Aċċelerazzjoni fit-tibja | … … | g | |

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem —3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (fejn imwettaq) | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | |

Mument tal-liwi | … … | Nm | |

Il-forma tal-parti ta’ fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta’ quddiemnett tas-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem —3 pożizzjonijiet ta’ ittestjar (sorveljanza biss) | Somma tal-forzi ta’ l-impatt | … … | kN | |

Mument tal-liwi | | Nm | |

Il-forma tar-Ras tat-Tifel/Adult Żgħir (3,5 kg) lejn is-Sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem | Valuri ta’ l-HPC (mill-anqas 3 valuri) | | | |

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Daħħal in-numru tar-Regolament li jemenda.

[3] Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, il-komponenti jew it-tipi ta’ unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ tagħrif, karattri tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu "?" (e.g. ABC??123??).

[4] Kif definita skond it-Taqsima A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Id-Direttiva Qafas) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

[1] Ħassar fejn ma japplikax.

[2] Skond il-valuri speċifikati fit-Taqsima 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009.

[3] Għal skopijiet ta’ monitoraġġ biss.

[4] Skont il-Kummissjoni [leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni]

[5] Skond il-valuri speċifikati fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009.

[6] Għal għanijiet ta’ sorveljanza biss.

[7] Skond il-Kummissjoni [leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni].

[8] Agħti d-dettalji tal-metodu ta’ l-operazzjoni tas-sistema.

[9] Agħati d-dettalji ta’ l-ittestjar imwettaq sabiex jivverifika s-sistema.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

1. Din il-marka għandu jkun fiha:

1.1. Rettangolu madwar l-ittra żgħira "e" segwiti min-numru distintiv jew ittra(i) ta’ l-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE

— | 1 | għall-Ġermanja |

— | 2 | għal Franza |

— | 3 | għall-Italja |

— | 4 | għall-Olanda |

— | 5 | għall-Iżvezja |

— | 6 | għall-Belġju |

— | 7 | għall-Ungerija |

— | 8 | għar-Repubblika Ċeka |

— | 9 | għal Spanja |

— | 11 | għar-Renju Unit |

— | 12 | għall-Awstrija |

— | 13 | għal-Lussemburgu |

— | 17 | għall-Finlandja |

— | 18 | għad-Danimarka |

— | 19 | għar-Rumanija |

— | 20 | għall-Polonja |

— | 21 | għall-Portugall |

— | 23 | għall-Greċja |

— | 24 | għall-Irlanda |

— | 26 | għas-Slovenja |

— | 27 | għas-Slovakkja |

— | 29 | għall-Estonja |

— | 32 | għal-Latvja |

— | 34 | għall-Bulgarija |

— | 36 | għal-Litwanja |

— | 49 | għal Ċipru |

— | 50 | għal Malta |

1.2. Viċin ir-rettangolu, in-"numru ta’ approvazzjoni ta’ bażi" li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE, u qablu iż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza mogħti lill-aħħar emenda teknika maġġuri għal dan ir-Regolament fid-data meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. In-numru tas-sekwenza ta’ din id-Direttiva huwa 02.

1.3. L-ittri addizzjonali li ġejjin jinsabu fuq ir-rettangolu:

1.3.1. "A" tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata skond ir-rekwiżiti tal-punt 5.1.1.1 ta’ Anness I u hija xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li jikkonformaw mat-Taqsima 2 ta’ l-Anness I.

1.3.2. "B" tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata skond ir-rekwiżiti tal-punt 5.1.1.2 ta’ Anness I u hija xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li jikkonformaw mat-Taqsima 3 ta’ l-Anness I.

1.3.3. "X" tindika li s-sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem kienet approvata taħt il-konsiderazzjoni, għat-test ta’ l-impakter tal-forma tar-riġel, permessa mill-punti 5.1.1.3 jew 5.1.2.2 ta’ l-Anness I u hija biss xierqa biex tiġi mmuntata fuq vetturi li ma jikkonformawx ma’ l-ebda mit-Taqsimiet 2 jew 3 ta’ l-Anness I.

1.4. Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ tip tal-KE għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar, ma titħassarx u li tidher sew meta tiġi installata fuq il-vettura.

1.5. Fl-Appendiċi għal dan l-Anness hemm eżempju tal-marka ta’ approvazzjoni.

--------------------------------------------------

Appendiċi

Eżempju tal-Marka ta’ l-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE

+++++ TIFF +++++

L-apparat bil-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li tidher hawn fuq hija għal tip ta’ sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem approvata mill-Ġermanja (e1) skond dan ir-Regolament (02) taħt in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ bażi 1471.

L-ittra "X" tindika li s-sistema ta’ protezzjoni fuq quddiem kienet approvata taħt il-konsiderazzjoni, għat-test ta’ l-impakter tal-forma tar-riġel, permessa mill-punti 5.1.1.3 jew 5.1.2.2 ta’ l-Anness I.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1) Fl-Anness I, it-Taqsima 9.24 għandha tinbidel b’dan li ġej:

"9.24. Sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

9.24.1. Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem:

9.24.2. Disinji u/jew ritratt, fejn rilevanti, ta’ xbieki tad-dħul ta’ l-arja, xbieki tar-radjatur, raqam dekorattiv, stemmi, emblemi u tiswir ‘il ġewwa u kull projezzjoni esterna u partijiet tal-wiċċ fuq barra li jistagħu jitqiesu bħala kritikċi (eż. tagħmir tad-dawl). Jekk il-partijiet elenkati fl-ewwel sentenza mhumiex kritiċi, għall-għanijiet ta’ dokumentazzjoni dawn jistgħu jinbidlu b’ritratti, akkumpanjati jekk meħtieġ mid-dettalji dimensjonali u/jew it-test:

9.24.3. Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:

9.24.4. Disinn tal-bampers:

9.24.5. Disinn tal-linja ta’ l-art fit-tarf ta’ quddiem tal-vettura:"

(2) Fl-Anness III, il-Parti I, punt A, it-Taqsima 9.24 għandha tinbidel b’dan li ġej:

"9.24. Sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem

9.24.1. Arranġament ġenerali (disinji jew ritratti) li jindikaw il-pożizzjoni u t-twaħħil tas-sistemi ta’ protezzjoni ta’ quddiem:

9.24.3. Dettalji kompleti ta’ l-immuntar meħtieġ u l-istruzzjonijiet kollha, inklużi r-rekwiżiti tat-torque, għall-immuntar:"

(3) L-Anness IV huwa b’dan emendat kif ġej:

(a) Fil-Parti I:

(i) l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

"58.Persuni mixjin Protezzjoni | Regolament (KE) Nru …/2009 | L 35, 4.2.2009, p. 1 | X | | | X" | | | | | | |

(ii) In-nota tal-qiegħ 7 għandha titħassar.

(iii) L-intestatura 60 għandha titħassar.

(b) Fl-Appendiċi

(i) l-intestatura 58, għandha tinbidel b’dan li ġej:

"58. | Protezzjoni ta’ persuni mixjin: | Regolament (KE) Nru 78/2009 | L 35, 4.2.2009, p. 1 | M/A [*] |

(ii) L-intestatura 60 għandha titħassar.

(4) Fl-Anness VI, l-Appendiċi huwa b’dan emendat kif ġej:

(a) L-intestatura 58, għandha tinbidel b’dan li ġej:

"58. | Protezzjoni ta’ persuni mixjin: | Regolament (KE) Nru 78/2009" | | |

(b) L-intestatura 60 għandha titħassar.

(5) L-Anness XI huwa b’dan emendat kif ġej:

(a) Fl-Appendiċi 1,

(i) L-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

"58. | Protezzjoni ta’ persuni mixjin: | Regolament (KE) Nru 78/2009 | X | M/A [**] | | |

(ii) L-intestatura 60 għandha titħassar.

(b) Fl- Appendiċi 2:

(i) l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

"58. | Protezzjoni ta’ persuni mixjin: | Regolament (KE) Nru 78/2009 | M/A | | | M/A" | | | | | | |

(ii) l-intestatura 60 għandha titħassar.

(c) Fl-Appendiċi 3:

(i) l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

"58. | Protezzjoni ta’ persuni mexjin: | Regolament (KE) Nru 78/2009 | X" |

(ii) l-intestatura 60 għandha titħassar.

(d) Fl-Appendiċi 4:

(i) l-intestatura 58 għandha tinbidel b’dan li ġej:

"58. | Protezzjoni ta’ persuni mixjin: | Regolament (KE) Nru 78/2009 | | | M/A [***] | | | | | | |

(ii) l-intestatura 60 għandha titħassar.

[*] Kull sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem ipprovduta mal-vettura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 78/2009, għandha tkun provduta b’numru ta’ approvazzjoni ta’ tip u għandha tkun immarkata b’mod xieraq."

[**] Kwalunkwe sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem ipprovduta mal-vettura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 78/2009, għandha tkun provduta b’numru ta’ approvazzjoni ta’ tip u għandha tkun immarkata b’mod xieraq."

[***] Kwalunkwe sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem ipprovduta mal-vettura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 għandha tkun provduta b’numru ta’ approvazzjoni ta’ tip u għandha tkun immarkata b’mod xieraq."

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet