32009L0075


Titolu u referenza

Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

 ĠU L 261, 3.10.2009, p. 40–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat- 13 ta’ Lulju 2009

dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku)

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2]

Billi:

(1) Id-Direttiva 79/622/KEE tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) [3] ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi [4]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata.

(2) Id-Direttiva 79/622/KEE hija waħda mid-Direttivi partikolari li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unijajiet separati teknici [5], u li stabbilietpreskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, fir-rigward tal-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (kontroll statiku). Dawn il-preskrizzjonijet tekniċi ji jimmiraw lejn l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE, li għandha tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar sistemi tal-vetturi rigward tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jingibed u li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici japplikaw għal din id-Direttiva.

(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi msemmija fl-Anness X, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għat-tratturi kif definiti u fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) spazju ħieles taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1000 mm;

(b) wisa’ fissa minima aġġustabbli tat-track ta’ waħda mill-fwies tas-sewqan ta’ 1150 mm jew aktar;

(c) possibilità li jitwaħħlilha strument għall-multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u żbarra għall-irmunkar;

(d) massa ta’ 800 kg jew aktar, li tikkorrispondi mal-massa bla piż tat-trattur mhux mgħobbi kif definit fil-punt 2.1.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2003/37/KE, li jinkludi l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib mgħammra skont din id-Direttiva u tyres tal-akbar daqs rakkomandat mill-manifattur.

Artikolu 2

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip KE għal komponent E għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur skont ir-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni u kontroll stabbiliti fl-Annessi I sa V.

2. Stat Membru li ta approvazzjoni tat-tip KE għal komponentgħandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkontrolla, sa fejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ protezzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Tali kontroll għandha tkun limitata għal kontrolli fuq il-post.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur approvati skont l-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li tikkonforma mal-mudell esibit f’Anness VI.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jimpedixxu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont l-Artikolu 2 u tagħmir ieħor.

Artikolu 4

L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom fuq tratturi għal raġunijiet relatati mall-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent.

Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent u li jonqsu konsistentement milli jikkkonformaw mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, kopji taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, li eżempju tagħhom huwa mogħti fl-Anness VII, kompluti għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li huma japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 6

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jsib li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ma jikkonformawx mat-tip li huwa jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu jestendu għall-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent fejn ikun hemm nuqqas ta’ konformità serja u ripetuta.

L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent u dwar ir-raġunijiet għat-teħid ta’ tali miżura.

Artikolu 7

Kull deċiżjoni meħuda skont id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, jew li tipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tispeċifika fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata bir-rimedji ġudizzjarji disponibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien permess għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip KE jew li joħorġu id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur għal raġunijiet marbuta mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IX ġew sodisfatti.

2. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fiċ-ċirkulazzjoni għall-ewwel darba jew l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet marbuta mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa XI ġew sodisfatti.

Artikolu 10

Għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE, kwalunkwe trattur li jirreferi għalih l-Artikolu 1 għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IV.

Madankollu t-tratturi definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/57/KE tat- 13 ta’ Lulju 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [6] jistgħu, għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE, jkunu mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I sa IV ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 11

L-emendi neċessarji biex ir-rekwiżiti fl-Annessi I sa IX jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Id-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata mill-atti msemmija fl-Anness X, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi msemmija fl-Anness X, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it- 13 ta’ Lulju 2009

Għall-Parlament Ewropew

Il-president

H.-G. Pöttering

Għall-Kunsill

Il-president

E. Erlandsson

[1] ĠU C 211, 19.8.2008, p. 17.

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 2009.

[3] ĠU L 179, 17.7.1979 p. 1.

[4] Anness X, Parti A.

[5] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

[6] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

ANNESS I Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent

ANNESS II Rekwiżiti għall-kontroll tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi

ANNESS III Proċeduri għall -kontroll

ANNESS IV Figuri

ANNESS V Mudell tar-rapport tal-kontroll ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ta’ struttura ta’ protezzjoni (qafas jew kabina tas-sigurtà) rigward is-saħħa tagħha kif ukoll is-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur

ANNESS VI Marki

ANNESS VII Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent

ANNESS VIII Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE

ANNESS IX Mudell ta’ Anness għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ trattur dwar is-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħhom mat-trattur (kontrolli statiċi)

ANNESS X Parti A: Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħhaParti B: Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ANNESS XI Tabella ta’ korrelazzjoni

--------------------------------------------------

ANNESS I

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent1.

1. DEFINIZZJONI

1.1. "Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib" (safety cab jew qafas), minn issa ’il quddiem msejħa "struttura ta’ protezzjoni", tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lis-sewwieq li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali.

1.2. L-istrutturi msemmija f’1.1 huma karatterizzati mill-fatt li waqt lil-kontrolli preskritti fl-Annessi II u III jiżguraw spazju mhux mfixkel ġewwa fihom kbir biżżejjed biex jipproteġi lis-sewwieq.

2. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1. Kull struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun hekk disinjata u mibnija sabiex tilħaq l-għan ewlieni stabbilit fil-punt 1.

2.2. Din il-kondizzjoni titqies milħuqa jekk ir-rekwiżiti tal-Annessi II u III jiġu sodisfatti.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL KOMPONENT

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent dwar is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha ma’ trattur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mill-manifattur tal-istruttura ta’ protezzjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu.

3.2. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin hawn taħt fit-tliet kopji u bil-partikolari li ġejjin:

- tpinġija ġenerali tal-arranġament jew fuq skala mmarkata fuq it-tpinġija jew inkella li tagħti d-dimensjonijiet tal-istruttura ta’ protezzjoni. Din it-tpinġija għandha partikolarment turi dettalji tal-komponenti tat-twaħħil;

- ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji tat-twaħħil;

- deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ protezzjoni li tinkludi t-tip ta’ kostruzzjoni, dettalji tat-twaħħil fuq it-trattur u, fejn neċessarju, dettalji dwar cladding, mezzi ta’ aċċess u ħarba, dettalji dwar kuttunament interjuri u karatteristiċi li jipprevjenu qlib kontinwu u dettalji ta’ sħana u ventilazzjoni;

- dettalji ta’ materjali wżati fil-partijiet strutturali li jinkludu saljaturi u serraturi ta’ twaħħil (Ara Anness V).

3.3. Trattur li jirrapreżenta t-tip ta’ trattur li għalih huwa maħsub li l-istruttura ta’ protezzjoni li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jiġi mgħammar bl-istruttura ta’ protezzjoni.

3.4. Min għandu approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jista’ jitlob l-estensjoni tagħha għal tipi oħrajn ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li kienet tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent għandha tagħti l-estensjoni jekk l-istruttura ta’ protezzjoni approvata u t-tip(i) ta’ trattur li għalihom tintalab l-estensjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

- il-massa tat-trattur mingħajr saborra, kif definita fil-punt 1.3 tal-Anness II, ma testendix b’aktar minn 5 % il-massa ta’ riferenza użat fil-kontroll;

- il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li miegħu twaħħlu huma identiċi;

- il-komponenti bħal mudguards u bonnet cowls li jistgħu jagħtu għajnuna għall-istruttura ta’ protezzjoni huma identiċi;

- il-pożizzjoni u d-dimensjonijiet kritiċi tas-sedil fl-istruttura ta’ protezzjoni u l-posizzjonijiet relattivi tal-istruttura ta’ protezzjoni u t-trattur għandhom jkunu tali li ż-żona ta’ spazju tibqa’ fil-protezzjoni tal-istruttura mgħawġa waqt il-kontroll kollha.

4. MARKI

4.1. Kull struttura ta’ protezzjoni li tikkonforma mat-tip approvat għandu jkollha l-marki li ġejjin:

4.1.1. il-marka tan-negozju jew l-isem;

4.1.2. marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li tikkonforma mal-mudell fl-Anness VI;

4.1.3. numru serjali tal-istruttura ta’ protezzjoni;

4.1.4. Ditta u tip(i) tat-trattur(i) li għaliha jew għalihom hija maħsuba l-istruttura ta’ protezzjoni.

4.2. Dawn il-partikolari kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira.

4.3. Dawn il-marki għandhom ikunu viżibbli, li jistgħu jinqraw u ma jitħassrux.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Rekwiżiti għall-kontroll tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi

1. REKWIŻITI ĠENERALI

1.1. Għanijiet tal-kontroll

Kontrolli li jsiru bl-użu ta’ riggijiet speċjali huma maħsuba li jissimulaw tali tagħbijiet bħalma jiġu imposti fuq struttura ta’ protezzjoni meta jinqaleb it-trattur. Dawn -il-kontrolli, deskritti fl-Anness III, jippermettu li jsiru osservazzjonijiet dwar is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni u kwalunkwe saljatura mwaħħla mat-trattur u kwalunkwe parti tat-trattur li titrasmetti l-forza tal-kontroll.

1.2. Preparazzjoni għall-kontroll

1.2.1. L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tas-serje. Għandha tiġi mwaħħla skont il-metodu tat-twaħħil dikjarat mill-manifattur ma’ waħda mit-tratturi li ġiet disinjata għaliha. Mhux meħtieġ trattur komplet għall-kontroll; madankollu l-istruttura ta’ protezzjoni u partijiet tat-trattur li jitwaħħal fuqhom-għall-kontrolli għandhom jirrapreżentaw stallazzjoni li topera, minn hawn ‘il quddiem se tiġi msejjħa bħala "l-assemblea".

1.2.2. L-assemblea għandha titwaħħal mal-bedplate biex il-membri li jgħaqqdu l-assemblea u l-bedplate ma jitgħawġux b’mod sinjifikanti b’relazzjoni mal-istruttura ta’ protezzjoni taħt tagħbija. Il-metodu ta’ twaħħil tal-assemblea mal-bedplate ma jistax minnu nnifsu jimmodifika s-saħħa tal-assemblea.

1.2.3. L-assemblea għandha tiġi miżmuma u mwaħħla jew tiġi modifikata sabiex l-enerġija kollha tal-kontroll tiġi assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mal-komponenti riġidi tat-trattur.

1.2.3.1. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ punt 1.2.3, il-modifikazzjoni għandha ssakkar kwalunkwe sospensjoni tar-rikba tat-trattur sabiex jiġi żgurat li ma jassorbi l-ebda enerġija tal-kontroll.

1.2.4. Għall-kontroll it-trattur għandu jiġi mgħammar bil-komponenti strutturali kollha tal-produzzjoni tas-serje li tista’ tinfluwenza s-saħħa tal-istruttura tal-protezzjoni jew li tista’ tkun meħtieġa għall-kontroll tas-saħħa.

Komponenti li jistgħu jikkrejaw riskju fiż-żona ħielsa għandhom wkoll jiġu mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati biex jiġi kontrollat jekk ġewx milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 4.

Kull komponent li s-sewwieq stess jista’ jneħħi għandhom jitneħħew meta jsiru l-kontrolli. Jekk huwa possibbli li l-bibien u t-twieqi jinżammu miftuħin jew li jitneħħew meta t-trattur jkun qiegħed jintuża, iridu jinżammu miftuħin jew jitneħħew waqt li jsiru l-kontrolli, sabiex ma tiżdiedx is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib. Jekk, f’din il-pożizzjoni, jikkostitwixxu perikolu lis-sewwieq jekk it-trattur jinqaleb, ir-rapport tal-kontroll irid jirreferi għal dan il-fatt.

1.3. Massa tat-trattur

Il-massa ta’ referenza mt, tintuża fil-formoli (ara Anness III) biex jiġu kkalkolati l-enerġiji u l-forza ta’ tgħaffiġ, għandha tkun għall-anqas dik definita fil-punt 2.1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE (i.e. teskludi aċċessjori mhux obbligatorji imma tinkludi coolant, żjut, karburanti, għodda u s-sewwieq) kif ukoll l-istruttura ta’ protezzjoni u jitnaqqsu 75 kg.

Mhumiex inklużi tagħbiiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew wara, saborra tat-tyre, implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjaliżżati.

2. APPARAT U TAGĦMIR

2.1. Kontrolli għal tagħbija orizzontali (ġenb u lonġitudinali)

2.1.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li l-assemblea hija mwaħħla sew mal-bedplate, independentement mit-tyre jekk preżenti.

2.1.2. Mezzi biex tiġi applikata forza orizzontali fuq l-istruttura ta’ protezzjoni bi travu iebes kif muri fil-Figuri 1 u 2 tal-Anness IV.

2.1.2.1. It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta’ 150 mm.

2.1.2.2. Għandha issir disposizzjoni sabiex it-tagħbija jista’ jiġi distribwit uniformament għad-direzzjoni tat-tagħbija u ma’ travu li huwa ta’ tul ta’ wieħed mill-multipli eżatti ta’ 50 bejn 250 u 700 mm.

2.1.2.3. It-trufijiet tat-travu f’kuntatt mal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tkun mgħawwġa fit-tond b’radius massimu ta’ 50 mm.

2.1.2.4. Ġunti universali – jew l-ekwivalenti – għandhom jiġu inkorporati biex jiġi żgurat li l-attrezzatura tat-tagħbija ma tkaxkarx l-istruttura fit-tidwir jew fiċ-ċaqliq f’kwalunkwe direzzjoni minbarra d-direzzjoni tat-tagħbija.

2.1.2.5. Fejn it-tul orizzontali tal-istruttura ta’ protezzjoni li għaliha għandha tiġi applikata t-tagħbija ma tikkostitwix linja dritta normali għad-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija, l-ispazju għandu jiġi mimli sabiex it-tagħbija tiġi distribwita ma’ dan it-tul.

2.1.3. Tagħmir għall-kejl, sa fejn teknikament possibbli, tal-enerġija assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u l-partijiet riġidi tat-trattur li magħha hija mwaħħla, per eżempju billi tkejjel il-forza applikata matul id-direzzjoni tal-applikazzjoni tagħha u t-tagħwiġa relativa li tikkorrispondi mall-punt fuq ix-chassis tat-trattur.

2.1.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta’ protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skont il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.2. Kontrolli ta’ tgħaffiġ (wara u quddiem)

2.2.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li t-trattur huwa mwaħħal sew mal-bedplate, indipendentement mit-tyres.

2.2.2. Mezzi biex tiġi applikata forza vertikali għall-istruttura ta’ protezzjoni, bħalma huwa muri fil-figura 3 tal-Anness IV, inkluż travu iebes li jgħaffeġ li huwa wiesa’ 250 mm.

2.2.3. Tagħmir biex titkejjel il-forza vertikali totali applikata.

2.2.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta’ protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skont il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.3. Tolleranza fil-kejl

2.3.1. Dimensjonijiet: ± 3 mm.

2.3.2. Tagħwiġa: ± 3 mm.

2.3.3. Massa tat-trattur ± 20 kg.

2.3.4. Tagħbijiet u forzi: ± 2 %.

2.3.5. Direzzjoni tat-tagħbija: devjazzjoni mid-direzzjonijiet orizzontali u vertikali speċifikati fl-Anness III:

- mill-bidu tal-kontroll, taħt tagħbija żero: ± 2°,

- waqt il-kontroll, taħt tagħbija: 10° fuq u 20° taħt l-orizzontali. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżammu fil-minimu.

3. KONTROLL

3.1. Rekwiżiti ġenerali

3.1.1. Sekwenza tal-kontroll

3.1.1.1. Is-sekwenza tal-kontroll għandha tkun kif ġej:

3.1.1.1.1. Tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.2)

Għal tratturi b’min tal-anqas 50 % tal-massa kif definita fil-punt 1.3 fuq ir-roti ta’ wara t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara (każ 1). Għal tratturi oħra t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn quddiem (każ 2).

3.1.1.1.2. L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ:

L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fl-istess tarf tal-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

- fuq wara f’każ 1 (Anness III, punt 1.5), jew

- fuq quddiem f’każ 2 (Anness III, punt 1.6),

3.1.1.1.3. Tagħbija mill-ġenb (Anness III, punt 1.3)

3.1.1.1.4. It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ:

It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fit-tarf oppost minn dak tal-istruttura ta’ protezzjoni għat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

- fuq quddiem f’każ 1 (Anness III, punt 1.6), jew

- fuq wara f’każ 2 (Anness III, punt 1.5),

3.1.1.1.5. It-tieni tagħbija lonġitudinali (Anness III, punt 1.7):

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata għal tratturi li huma mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni disinjata biex titmejjel meta d-direzzjoni tal-applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali (ara punt 3.1.1.1.1) ma tkunx mejlet l-istruttura ta’ protezzjoni.

3.1.1.2. Jekk, waqt il-kontroll, tinkiser jew tiċċaqlaq kwalunkwe parti mit-tagħmir li jrażżan, il-kontroll għandu jinbeda mill-ġdid.

3.1.1.3. Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.

3.1.2. Wisa’ tas-serbut tar-roti

Ir-roti għandhom jitneħħew jew jiġu ffissati f’wisa’ tas-serbut li jiżgura li ma tista’ ssir l-ebda interferenza mal-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.

3.1.3. Tneħħija tal-komponenti li ma joħolqux periklu

Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni li, bħala unitajiet kompleti, jikkostitwixxu protezzjoni għas-sewwieq – inkluża protezzjoni tat-temp – għandhom jiġu pprovduti kompleti fuq trattur għall-ispezzjoni.

L-istruttura ta’ protezzjoni li tiġi kontrollata ma’ għandhiex għalfejn tiġi mgħammra bi twieqi ta’ quddiem, tal-ġenb jew ta’ wara bil-ħġieġ tas-sigurtà jew material simili, jew bi kwalunkwe pannell, tagħmir u aċċessorji li ma’ għandhomx funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistax joħloq periklu fil-każ ta’ qlib.

3.1.4. Strumentazzjoni

L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi strumentata bit-tagħmir meħtieġ biex tiġi akkwistata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi mpinġi d-dijagramma tad-tagħwiġa tal-forza (ara figura 4 tal-Anness IV). Tagħwiġa totali u permanenti tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi mkejjla u nnotata għal kull stadju tal-kontroll (ara figura 5 tal-Anness IV)

3.1.5. Direzzjoni tat-tagħbija

F’każ ta’ trattur li fih s-sedil mhux fuq il-pjan medju tat-trattur u/jew saħħa mhux simmetrika tal-istruttura, it-tagħbija fuq il-ġenb tkun fuq it-trattur li x’aktarx l-aktar iwassal għal vjolazzjoni taż-żona ta’ spazju waqt il-kontrolli (ara wkoll Anness III, punt 1.3).

4. REKWIŻITI TAL-AĊĊETTAZZJONI

4.1. Struttura ta’ protezzjoni sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha titqies li ssodisfat ir-rekwiżiti tas-saħħa jekk wara l-kontrolli tissoddisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

4.1.1. L-istruttuta tal-protezzjoni ma tkunx daħlet fl-ebda parti miż-żona ta’ spazju ħieles kif deskritta fil-punt 3.2 tal-Anness III jew dejjem ħarset iż-żona ħielsa matul il-kontrolli speċifikati fil-punti 1.2, 1.3, 1.5, 1.6 u, fejn addattat, 1.7 tal-Anness III.

Jekk ikun sar kontroll ta’ tagħbija eċċessiva, il-forza applikata meta l-enerġija speċifikata hija assorbita għandha tkun akbar minn 0.8 tal-forza massima li jkun hemm kemm matul il-kontroll prinċipali u kemm matul il-kontroll ta’ tagħbija eċċessiva kkonċernati (ara l-figuri 4b u 4c tal-Anness IV).

4.1.2. Waqt il-kontrolli l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ għandiex timponi pressjoni fuq l-istruttura tas-sedil.

4.1.3. Fil-punt meta l-livell ta’ enerġija mitluba jintlaħaq f’kull waħda mill-kontrolli speċifikati ta’ tagħbija orizzontali, l-forza għandha taqbeż 0.8 tal-forza massimas.

4.2. Addizzjonalment, ma’ għandu jkun hemm l-ebda karatteristika li tippreżenta periklu partikolari lis-sewwieq, e.g. nuqqas ta’ kuttunament fis-saqaf jew kull post ieħor fejn tista’ tintlaqat ras is-sewwieq.

5. RAPPORT TAL-KONTROLL

5.1. Ir-rapport tal-kontroll għandu jitwaħħal maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent msemmi fl-Anness VII. Il-presentazzjoni tar-rapport għandha tkun kif muri fl-Anness V. Għandu jinkludi:

5.1.1. deskrizzjoni ġenerali tal-forma u l-kostruzzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni (ara Anness V għad-dimensjonijiet obbligatorji), li jinkludu d-disposizzjonijiet għall-entratura, ħruġ normali u ħruġ ta’ emerġenza; id-disposizzjonijiet għas-sistemi ta’ sħana u ta’ ventilazzjoni, u aċċessorji oħra fejn dawn huma disponibbli u fejn jistgħu jaffettwaw iż-żona ta’ spazju ħieles jew jistgħu joħolqu periklu.

5.1.2. Dettalji ta’ karatteristiċi speċjali bħal strumenti biex jipprevenu t-tgerbib kontinwu tat-trattur.

5.1.3. Deskrizzjoni qasira ta’ kuxxinament interjuri.

5.1.4. Dikjarazzjoni tat-tip tal-windscreen u glazing użat u ta’ marki ta’ approvazzjoni KE jew oħrajn inkorporati.

5.2. Jekk l-approvazzjoni tat-tip KE qed tiġi estiża għal tipi oħra ta’ tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport tal-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent kif ukoll indikazzjonijiet preċiżi dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fis-sezzjoni 3.4 tal-Anness I.

5.3. Ir-rapport għandu jidentifika biċ-ċar it-tip ta’ trattur (ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali, eċċ) użat għall-kontroll u t-tipi li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija maħsuba.

6. SIMBOLI

mt = massa ta’ riferenza ta’ trattur (kg) kif definit fil-punt 1.3.

D = tagħwiġa (mm) ta’l-istruttura fil-punt ta’ u f’linja mal-applikazzjoni tat-tagħbija.

D’ = tagħwiġa (mm) tal-istruttura għall-enerġija kkalkulata mitluba.

F = forza ta’ tagħbija statika (N:newtons).

Fmax = forza statika ta’ -tagħbija massima li ssir waqt tagħbija, (N) ħlief għal tagħbija żejda.

F’ = il-forza tal-enerġija kkalkulata mitluba.

F-D = kurva ta’ forza/tagħwiġa.

Eis = penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija mill-ġenb (J:joules).

Eil 1 = penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija lonġitudinali (J).

Eil 2 = il-penetrazzjoni ta’ enerġija li trid tiġi assorbita matul l-applikazzjoni tat-tieni tagħbija lonġitudinali (J).

Fr = forza applikata fuq wara fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N).

Ff = forza applikata fuq quddiem fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N).

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURA TAL-KONTROLL

1. KONTROLL GĦAT-TAGĦBIJA ORIZZONTALI U TGĦAFFIĠ

1.1. Dispożizzjonijiet ġenerali għal kontrolli ta’ tagħbija orizzontali

1.1.1. It-tagħbijiet applikati lill-istruttura ta’ protezzjoni għandhom jiġu distribwiti permezz ta’ travu iebes, li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2 tal-Anness II, mqiegħda normali għad-direzzjoni tal-applikazzjoni ta’ tagħbija; it-travu iebes jista’ jkun mgħammar b’mezzi li jiprevenu iċ-ċaqliq tagħha lejn il-ġenb. Ir-rata ta’ tagħwiġa taħt tagħbija ma’ għandhiex tkun akbar minn 5 mm/s. Waqt li tiġi applikata it-tagħbija, il-valuri F u D għandhom jiġu rreġistrati simultanjament f’żidiet ta’ tagħwiġa ta’ 15-il mm jew inqas, biex tiġi żgurata l-preċiżjoni. Ladarba tkun bdiet l-applikazzjoni inizzjali, it-tagħbija ma għandhiex titnaqqas sakemm jitlesta l-kontroll; imma huwa permess li ma tiżdiedx aktar it-tagħbija jekk mixtieq, e.g. biex jiġi reġistrat il-kejl.

1.1.2. Jekk il-membru strutturali li għalih tiġi applikata it-tagħbija huwa kkurvat, għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2.5 tal-Anness II. L-applikazzjoni ta’ tagħbija għandha, madankollu, tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sezzjoni 1.1.1 fuq u s-sezzjoni 2.1.2 tal-Anness II.

1.1.3. Jekk ma jeżisti l-ebda membru strutturali msallab fil-punt tal-applikazzjoni, travu sostitut għall-kontroll li ma jżidx saħħa mal-istruttura jista’ jintuża għall-proċedura tal-kontroll.

1.1.4. L-istruttura għandha tiġi viżwalment ikkontrollata meta t-tagħbija titneħħa wara li kull tagħbija tkun kompluta. Jekk saru tixqiq jew tqattigħ waqt tagħbija, il-kontroll ta’ tagħbija żejda speċifikat f’1.4 hawn taħt għandu jsir qabel ma wieħed jgħaddi għat-tagħbija li jmiss fis-sekwenza mogħtija fis-sezzjoni 3.1.1.1 tal-Anness II.

1.2. Tagħbija lonġitudinali (ara l-Figura 2 tal-Anness IV)

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan vertikali tat-trattur.

Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom, kif definita fil-punt 1.3 tal-Anness II, fuq ir-roti ta’ wara, it-tagħbija lonġitudinali ta’ wara u t-tagħbija laterali għandha tiġi applikata fuq naħat differenti tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni. Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom fuq ir-roti ta’ quddiem, it-tagħbija lonġitudinali ta’ quddiem għandha tkun fuq l-istess naħa tal-pjan lonġitudinali medjan tal-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija laterali.

Għandha tiġi applikata fuq il-parti strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni (jiġifieri, l-parti li x’aktarx tolqot l-art l-ewwel fil-każ ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun mqiegħed f’distanza ta’ wieħed minn sitta tal-wisa’ tan-naħa ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni "l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa" tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tittieħed bħala d-distanza ta’ bejn iż-żewġ linji paralleli mal-pjan medjan vertikali tat-trattur li jmiss l-estremitajiet ta’ barra tal-istruttura ta’ protezzjoni fi pjan orizzontali li jmiss in-naħa ta’ fuq tal-membri strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq.

It-tul tat-travu ma’ għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritt qabel) u mhux aktar minn 49 mm akbar minn dan il-minimu.

It-tagħbija lonġitudinali hija applikata minn wara jew minn quddiem, kif definit fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness II.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a) l-enerġija tat-tensjoni assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija ugwali għal jew akbar mid-penetrazzjonital-enerġija meħtieġa Eil 1 (fejn Eil 1 = 1,4 mt);

(b) l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli liż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

1.3. Tagħbija mill-ġenb (ara Figura 1 tal-Anness IV)

It-tagħbija għandha tiġi applikata orizzontalment 90° mall-pjan medju vertikali tat-trattur. Għandha tiġi applikata għall-estremità l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni f’punt ta’ 300 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil, bis-sedil fil-pożizzjoni l-aktar lura kif definita fit-taqsima 2.3.1. hawn taħt. Jekk l-istruttura ta’ protezzjoni għandha xi proġezzjoni fil-ġenb li żgur tiġi l-ewwel f’kuntatt mal-art waqt qlib lejn il-ġenb, it-tagħbija għandha tiġi applikata f’dak il-punt. Fil-każ ta’ trattur b’pożizzjoni riversibbli, it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq in-naħa ta’ fuqnett tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fin-nofs bejn iż-żewġ punti ta’ referenza tas-sedil.

It-travu għandu jkun twil kemm huwa prattikabbli, iżda mhux itwal minn 700 mm.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a) l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija daqs jew aktar mill-penetrazzjoni tal-enerġija meħtieġa Eis (fejn Eis = 1,75 mt); jew

(b) l-istruttura ta’ protezzjoni tikser iż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

1.4. Kontroll ta’ tagħbija żejda (ara Figuri 4a, 4b u 4ċ f’Anness IV)

1.4.1. Il-kontroll ta’ tagħbija żejda għandu jitwettaq jekk il-forza tonqos b’aktar mit-3 % waqt l-aħħar 5 % tat-tagħwiġa miksuba, fejn l-enerġija meħtieġa tinxtorob mill-istruttura (ara Figura 4b).

1.4.2. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b’żidiet ta’ 5 % tal-enerġija inizzjali mitluba sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-figura 4 c).

1.4.2.1. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b’5 %, 10 % jew 15 % f’enerġija mitluba, il-forza tonqos b’anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa’ aktar minn 0.8 Fmass.

1.4.2.2. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbiet 20 % ta’ enerġija miżjuda, il-forza taqbeż 0.8 Fmass.

1.4.2.3. Matul il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huma permessi xquq jew tiċritiet addizzjonali u/jew il-penetrazzjoni fi jew in-nuqqas ta’ protezzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles minħabba diformazzjoni elastika. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma’ għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles, li għandha tkun protetta kompletament.

1.5. Tgħaffiġ fuq wara

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ wara l-aktar ‘il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jinsabu fil-pjan vertikali lonġitudinali referut. Għandha tiġi applikata forza Fr = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ wara tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma jreġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt tal-istruttura ta’ protezzjoni li tkun tista’ imbagħad treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Imbagħad għandha tiġi applikata l-forza Fr.

Il-forza Fr għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tat- tagħwiġa li tidher viżibbilment.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf jekk l-istruttura tikser ż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

1.6. Tgħaffiġ fuq quddiem

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ quddiem l-aktar ‘il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali ta’ referenza. Għandha tiġi applikata forza Ff = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni ma jreġġix il-forza li tgħaffeġ kollha, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi mgħawweġ biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt tal-istruttura ta’ protezzjoni li treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Għandha imbagħad tiġi applikata l-forza Ff.

Il-forza Ff għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tat- tagħwiġa li tidher viżibbilment.

Waqqaf il-kontroll jekk l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli ż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

1.7. It-tieni tagħbija lonġitudinali

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontalment parallela mal-pjan medju vertikali tat-trattur.

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara jew minn quddiem kif definit fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness II.

Għandha tkun applikata fid-direzzjoni opposta għal u fil-kantuniera l-iżjed ‘il bogħod mit-tagħbija lonġitudinali fis-sezzjoni 1.2.

Għandha tiġi applikata fuq il-membru strutturali trasvers l-aktar ‘il fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni (i.e. dik il-parti li x’aktarx tmiss l-art f’inċident ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun f’distanza ta’ wieħed minn sitta mill-wisa’ ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni "l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa" tal-istruttura ta’ protezzjoni titqies bħala d-distanza bejn żewġ linji paralleli mal-pjan medju vertikali tat-trattur li tmiss l-estremitajiet fuq barra tal-istruttura ta’ protezzjoni fil-pjan orizzontali li jmiss fuq tal-membri strutturali trasversi l-aktar ‘il fuq.

It-tul tat-travu m’għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritta qabel) u mhux aktar minn 49 mm aktar minn dan il-minimu.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a) l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura hija daqs jew akbar mill-penetrazzjonital-enerġija meħtieġa Eil2 (fejn Eil2 = 0.35 mt); jew

(b) l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

2. ŻONA TA’ SPAZJU

2.1. Iż-żona ta’ spazju hija murija fil-figura 6 tal-Anness IV u definita f’relazzjoni mal-pjan ta’ referenza vertikali ġeneralment lonġitudinali għat-trattur u li tgħaddi minn punt ta’ referenza tas-sedil, deskritt fis-sezzjoni 2.3, u ċ-ċentru tal-isteering wheel. Il-pjan ta’ referenza għandu jiġi assunt li jiċċaqlaq orizzontalment mas-sedil u l-isteering wheel waqt l-applikazzjoni tat-tagħbija iżda li jibqa’ perpendikolari mal-art tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni jekk dan jiġi armat kif kien.

Fejn l-isteering wheel huwa aġġustabli, il-pożizzjoni tiegħu għandha tkun dik għal sewqan normali bilqiegħda.

2.2. Il-limiti taż-żona għandhom jittieħdu bħala:

2.2.1. pjani vertikali ta’ 250 mm fuq kull naħa tal-pjan ta’ referenza li jestendi ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil għal 300 mm;

2.2.2. pjanijiet paralleli li jestendu mit-tarf l-aktar fil-għoli tal-pjan 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900 mm fuq il-punt ta’ referenza tas-sedil u mmejjel b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fil-ġenb li minnu t-tagħbija tiġi applikata huwa għall-inqas 100 mm mill-pjan ta’ referenza;

2.2.3. pjan orizzontali 900 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.4. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta’ referenza u li jinkludi punt 900 mm direttament ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil l-aktar fil-għoli u l-punt l-aktar lura tad-dahar tas-sedil;

2.2.5. wiċċ, jekk meħtieġ kurvat, b’serje ta’ linji dritti perpendikolari għall-pjan ta’ referenza li jestendi l-isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil f’kuntatt mad-dahar tas-sedil mat-tul tiegħu kollu;

2.2.6. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, f’radius ta’ 120 mm tanġent mal-pjanijiet 2.2.3 u 2.2.4;

2.2.7. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, b’radius ta’ 900 mm li jestendi ‘l quddiem għal 400 mm minn u tanġent mall-pjan 2.2.3 f’punt 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.8. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, li jingħaqad mal-wiċċ 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40 mm mill-isteering wheel. F’każ ta’ pożizzjoni għolja ta’ isteering, dan il-pjan jiġi sostitwit minn pjan li jmiss il-wiċċ fit-tarf 2.2.7;

2.2.9. pjan vertikali, perpendikolari għall-pjan ta’ referenza, 40 mm ‘il quddiem mill-isteering wheel;

2.2.10. pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.11. fil-każ ta’ trattur bil-pożizzjoni tas-sewqan riversibbli, l-ispazju ħieles għandu jkun taħlita taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ pożizzjonijiet tal-isteering wheel u s-sedil;

2.2.12. fil-każ ta’ trattur li jista’ jkun mgħammar b’sedili mhux obbligatorji, il-kontrolli għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju magħqud kif definit mill-punti ta’ referenza għal kull għażla possibbli. L-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju ħieles magħqud magħmul mill-varji punti ta’ referenza tas-sedili;

2.2.13. fejn sedil ġdid jiġi propost wara li jkun twettaq il-kontroll, irid ikun hemm kalkolu li jiddetermina jekk l-ispazju ħieles il-ġdid madwar il-punt ta’ referenza tal-post ġdid jinsab kompletament fl-ispazju ħieles diġa stabbilit. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jsir kontroll ġdid.

2.3. Lokazzjoni tas-sedil u punt ta’ referenza tas-sedil

2.3.1. Għall-għanijiet tad-definizzjoni taż-żona ta’ spazju f’punt 2.1, is-sedil għandu jkun fil-punt l-aktar lura ta’ kwalunkwe medda ta’ aġġustament orizzontali. Għandu jitqiegħed fl-ogħla punt tal-medda ta’ aġġustament orizzontali fejn dan hu independenti mill-aġġustament tal-pożizzjoni orizzontali tiegħu.

Il-punt ta’ referenza għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-apparat illustrat f’figuri 7 u 8 tal-Anness IV biex tiġi simulata tagħbija minn okkupant bniedem. L-apparat għandu jikkonsisti f’pan board tas-sedil u għuda għas-serħan tad-dahar. L-għuda għas-serħan tad-dahar għandu jiġi nperjat fir-reġjun tal-ħotbiet tal-ġenbejn (A) u ġenbejn (B), bil-ġonta (B) jkollha l-għoli aġġustabbli.

2.3.2. Il-punt ta’ referenza huwa definit bħala l-punt fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil fejn il-pjan tanġent mal-għuda tas-serħan t’isfel tad-dahar u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Dan il-pjan orizzontali jaqtal-wiċċ ta’ isfel tal-pan board tas-sedil 150 mm quddiem it-tanġent hawn fuq imsemmi.

2.3.3. Fejn sedil jinkorpora ċaqliq b’sospensjoni mqabbża liberalment, kemm jekk dan jista’ jiġi aġġustat għat-toqol tas-sewwieq jew le, is-sedil għandu jitqiegħed fil-punt nofsani ta’ dan iċ-ċaqliq.

L-apparat għandu jiġi posizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jitgħabba b’forza ta’ 550N f’ punt 50 mm ‘l quddiem mill-ġonta (A), u ż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar għandhom jingħafsu ħafif b’tanġent mad-dahar.

2.3.4. Jekk mhuwiex possibbli li jiġu determinati tanġenti definiti għal kull żona tas-serħan tad-dahar (taħt u fuq ir-reġjun lumbar) għandu jsir dan li ġej:

2.3.4.1. fejn l-ebda tanġent għaż-żona t’isfel mhux possibbli, il-parti t’isfel tal-għuda għas-serħan tad-dahar tingħafas mad-dahar vertikalment;

2.3.4.2. fejn l-ebda tanġent għaż-żona ta’ fuq mhux possibbli, il-ġonta (B) titwaħħal f’għoli li hu 230 mm ‘l fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil, jekk il-parti ta’ isfel tas-serħan tad-dahar hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-għuda għas-serħan tad-dahar jingħafsu ħafif mad-dahar.

3. KONTROLLI U KEJL LI GĦANDUU JSIRU

3.1. Żona ta’ spazju ħieles

Waqt kull kontroll, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk parti mill-istruttura ta’ protezzjoni daħlitx f’żona ta’ spazju ħieles madwar is-sedil tas-sewwieq kif definit fil-punt 2.1. Addizzjonalment, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi determinat jekk xi parti miż-żona ta’ spazju ħieles hiex barra mill-protezzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni. Għal dan il-għan, għandha titqies barra mill-protezzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun ġiet f’kuntatt mal-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni li minnha kienet applikata t-tagħbija. Għal dan il-għan, it-tyre u s-settjar tas-sriebet għandhom jitqiesu li huma l-iżgħar speċifikati mill-manifattur.

3.2. Tagħwiġa permanenti finali

Wara l-kontrolli, it-tagħwiġa permanenti finali tal-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel il-bidu tal-kontroll, il-pożizzjoni tal-membri ewlenija tal-istruttura ta’ protezzjoni f’relazzjoni mal-punt ta’ referenza tas-sedil għandhom jiġu rreġistrati.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

FIGURI

Figura 1 : Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija laterali

Figura 2 : Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali minn wara

Figura 3 : Eżempju ta’ arranġament għal kontroll ta’ tkissir

Figura 4a : Kurva forza/tagħwiġa - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija mhux meħtieġ

Figura 4b : Kurva forza/tagħwiġa - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija meħtieġ

Figura 4ċ : Kurva forza/tagħwiġa - il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija għandu jitkompla

Figura 5 : Illustrazzjoni tat-termini tagħwiġa permanenti, tagħwiġa elastika u tagħwiġa totali

Figura 6a : Veduta mill-ġenb taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6b : Veduta minn quddiem/minn wara taż-żona ta’ spazju ħieles

Figura 6ċ : Veduta isometrika

Figura 7 : Apparat għad-determinazzjoni tal-punt ta’ referenza tas-sedil

Figura 8 : Metodu ta’ kif jiġi ddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedil.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

1. Punt ta’ referenza aF’ = 0,95 D’

1.1. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tgħabija m’huwiex meħtieġ peress illi a F’ < 1, 03 F’

+++++ TIFF +++++

1. Punt ta’ referenza a F’ = 0,95 D’

1.1. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija mhux meħtieġ peress a F’ < 1, 03 F’

1.2. Il-kontroll ta’ tagħbija żejda mhux sodisfaċenti peress illi bF’ > u bF’ > 0,8 Fmax.

+++++ TIFF +++++

1. Punt ta’ referenza a F’ = 0,95 D’

1.1. Il-kontroll ta’ tagħbija zejda meħtieġ peress illi e a F’ < 1, 03 F’

1.2. Jekk bF huwa inqas minn 0,97 F’, il-kontroll tat-tagħbija żejda għandu jitwettaq

1.3. Peress illi cF’ < 0,97 bF’ il-kontroll ta’ tagħbija żejda għandu jitkompla

1.4. Peress illi dF’ < 0,97 cF’ il-kontroll ta’ tagħbija żejda ghandu jitkompla

1.5. Il-kontroll ta’ tagħbija żejdahuwa sodisfaċenti peress illieF’ > 0,8 Fmax

NB: Jekk fi kwalunkwe ħin F jaqa’ taħt 0,8 Fmax, l-istruttura hija miċħuda.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

MUDELL

Rapport dwar il-kontroll ta’ approvazzjoni tat-tip ke għal komponent ta’ struttura ta’ protezzjoni (qafas jew kabina tas-sigurtà) rigward is-saħħa tagħha kif ukoll is-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur

(Kontroll statiku)

Struttura ta’ protezzjoni

Għamla

Tip

Għamla tat-trattur

Tip tat-trattur

Identifikazzjoni tal-istazzjon tat-test

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal KE …

1. Marka jew isem tad-ditta tal-istruttura ta' protezzjoni: …

2. Isem u indirizz tal-manifattur tal-istruttura ta' protezzjoni u/jew tat-trattur: …

3. Jekk applikabbli, isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur tal-istruttura ta' protezzjoni u/ jew tat-trattur …

4. Speċifikazzjonijiet tat-trattur li fuqu jitwettqu t-testijiet:

4.1. Marka jew isem tad-ditta: …

4.2. Tip u deskrizzjoni kummerċjali: …

4.3. Numru serjali: …

4.4. Massa tat-trattur mħux ballastjat bl-istruttura ta' protezzjoni mgħammra, mingħajr xufier … kg.

Daqsijiet tat-tyres: quddiem: …

wara: …

5. Estensjoni(jiet) ta' l-approvazzjoni tat-tip għal tratturi oħrajn (1)

5.1. Marka jew isem tad-ditta: …

(1) Dawn id-dettalji għandħom jigu mtennija għal kull estensjoni

+++++ TIFF +++++

5.2. Tip u deskrizzjoni kummerċjali: …

5.3. Massa tat-trattur mħux ballastjat bl-istruttura ta' protezzjoni mgħammra, mingħajr xufier … kg

Daqsijiet tat-tyres: quddiem: …

wara: …

6. Speċifikazzjonijiet tal-istruttura ta' protezzjoni

6.1. Tpinġija tal-arranġament ġenerali tal-istruttura ta' protezzjoni u t-twaħħil tagħħa mat-trattur.

6.2. Ritratti minn quddiem u wara li juru d-dettalji tat-twaħħil.

6.3. Deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta' protezzjoni li tinkludi t-tip ta' kostruzzjoni, detttalji tat-twaħħil fuq it-trattur, dettalji tal-cladding, metodu ta' aċċess u ħarba, dettalji tal-kuxxinament interjuri, karatteristiċi li jipprevjenu qlib kontinwu u dettalji tas-sistema għas-shana u ventilazzjoni.

6.4. Dimensjonijiet.

6.4.1. Għoli tal-membri tas-saqaf 'il fuq mill-punt referent tas-sedil … mm

6.4.2. Għoli tal-membri tas-saqaf 'il fuq mill-pjanċa tat-trattur … mm

6.4.3. Wisa' interjuri tal-istruttura ta' protezzjoni 900mm 'il fuq mill-punt referent tas-sedil … mm

6.4.4. Wisa' interjuri tal-istruttura ta' protezzjoni f'punt 'il fuq mis-sedil u fil-livell ta' nofs l-isteering wheel … mm

6.4.5. Distanza min-nofs tal-isteering wheel sal-lemin tal-istruttura ta' protezzjoni … mm

6.4.6. Distanza min-nofs tal-isteering wheel sax-xellug tal-istruttura ta' protezzjoni … mm

6.4.7. Distanza minima mix-xifer tal-isteering wheel sal-istruttura ta' protezzjoni … mm

6.4.8. Wisa' tal-bibien:

Fuq … mm

Fin-nofs … mm

Isfel … mm

6.4.9. Għoli tal-bibien:

'il fuq mit-tarġa … mm

'il fuq mill-ogħla tarġa tat-tlugħ … mm

'il fuq mit-tarġa tat-tlugħ l-aktar baxxa … mm

+++++ TIFF +++++

6.4.10. Għoli totali tat-trattur mgħammar bl-istruttura ta' protezzjoni … mm

6.4.11. Wisa' totali tal'istruttura ta' protezzjoni (esklużi l-ġwienaħ) … mm

6.4.12. Distanza orizzontali għal wara tal-istruttura ta' protezzjoni mill-punt referent tas-sedil f'livell ta' 900mm … mm

6.5. Dettalji u kwalità tal-materjal użati, standards użati …

Qafas ewlieni … (materjal u dimensjonijiet)

Twaħħil … (materjal u dimensjonijiet)

Cladding … (materjal u dimensjonijiet)

Saqaf … (materjal u dimensjonijiet)

Kuxxinament interjuri … (materjal u dimensjonijiet)

Boltijiet tat-Twaħħil u l-armar … (materjal u dimensjonijiet)

Tip ta' windscreen u glejżjar u dettalji tal-marki …

7. Riżultati tat-test

7.1. Testijiet tat-tagħbija żejda u tat-tgħaffiġ

It-testijiet tat-tagħbija saru fuq ix-xellug/il-lemin (1) wara u fug ix-xellug/il-lemin (1) quddiem u fuq in-naħa tax-xellug/ il-lemin (1)

7.2. It-toqol riferent użat biex jiġi kkalkolat id-dħul ta' enerġija u forzi li jgħaffġu kien … kg

7.3. Il-ħtiġiet dwar xquq u tqattiegħ u l-protezzjoni taż-żona ta' spazju ġew sodisfati.

7.4. Enerġiji tat-tagħbija:

Wara/ quddiem (1) … kJ

Ġenb … kJ

Forza li tghaffeġ … kN

It-tieni test tat-taghbija lonġitudinali sar fuq quddiem/wara fil-leming/xellug (1) … kJ

7.5. Deflessjoni permanenti finali mkejla wara t-testijiet:

Wara: 'I quddiem/ lura (1)

Xellug … mm

Lemin … mm

Quddiem: 'iI quddiem/ lura (1)

Xellug … mm

Lemin … mm

(1) Ħassar fejn ma įapplikax.

+++++ TIFF +++++

Fuq in-naħa tal-ġenb:

Quddiem … mm

Wara … mm

Minn fuq 'l isfel/ 'l fuq (1):

Quddiem … mm

Wara … mm

8. Numru tar-rapport …

9. Data tar-rapport …

10. Firma …

(1) Ħassar fejn ma įapplikax.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

MARKI

Il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE għandha tikkonsisti f’rettangolu li ddawwar f’ittri żgħar l-ittra "e" segwita mill-ittra jew ittri distintivi tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:

1. għall-Ġermanja

2. għall-Franza

3. għall-Italja

4. għall-Olanda

5. għall-Isvezja

6. għall-Belġju

7. għall-Ungerija

8. għar-Repubblika Ċeka

9. għal Spanja

11. għar-Renju Unit

12. għall-Awstrija

13. għal-Lussemburgu

17. għall-Finlandja

18. għad-Danimarka

19. għar-Rumanija

20. għall-Polonja

21. għall-Portugall

23. għall-Greċja

24. għall-Irlanda

26. għas-Slovenja

27. għas-Slovakkja.

29. għall-Estonja

32. għal-Latvja

34. għall-Bulgarija

36. għal-Litwanja

49. għal Ċipru

50. għal Malta.

Għandu jinkludi wkoll fil-qrib tar-rettangolu in-numru tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent maħruġ rigward is-saħħa tat-tip tal-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur.

Eżempju ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi supplementata mis-simoblu addizzjonali "S"

Spjega : L-istruttura ta’ protezzjoni li għandha l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent murija hawn fuq hija struttura li għaliha ngħatat approvazjoni tat-tip KE għal komponentfil-Ġermanja (e 1) taħt in-numru 1471.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VII

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL KOMPONENT

Isem tal-Awtorità Kompetenti

Notifika dwar għotja, rifjut, revoka jew estensjoni ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE dwar is-saħħa ta' struttura ta' protezzjoni (kompartiment jew qafas għas-sigurtà) u għas-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur

(ittestjar statiku)

Nru ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE …

… estensjoni (1)

1. Isem jew marka tad-ditta tal-istruttura ta' protezzjoni …

2. Isem u indirizz tal-manifattur tal-isruttura ta' protezzjoni: …

3. Jekk applikabbli, isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur ta' l-istruttura ta' protezzjoni: …

4. Marka jew isem tad-ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali tat-trattur li għalih hija maħsuba l-istruttura ta' protezzjoni: …

5. Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE għat-tip(i) ta' trattur(i) li ġejjin: …

5.1. Il-massa tat-trattur mhux ballastjat, kif definita f' 1.3 tal-Anness II jeċċedi/ma jeċċedix (2) it-toqol ta' referenza wżat għat-test b'aktar minn 5 %.

5.2. Il-metodu ta' twaħħil u l-punti tat-twaħħil huma/mhumiex (2) identiċi.

5.3. Il-komponenti kollha li jistgħu jservu biex ireġġgħu l-istruttura ta' protezzjoni huma/mhumiex (2) identiċi.

5.4. Il-ħtiġiet tar-raba' inċiż tas-sezzjoni 3.4 tal-Anness I huma/mhumiex (2) milħuqa.

6. Sottomess għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE f' …

7. Stazzjoni tat-test …

8. Data u numru tar-rapport tal-istazzjon tat-test …

9. Data tal-għotja/rifjut/revoka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE (2) …

10. Data tal-għotja/rifjut/revoka tal-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE (2) …

11. Post …

12. Data …

13. Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponenti li jidher fuq, huma annessi ma' dan iċ-ċertifikat (e.g. rapport tal-istazzjon tat-test) …

14. Rimarki, jekk hemm …

15. Firma …

(1) Jekk japplika, għid jekk din hijiex l-ewwel, it-tieni, eċċ. estensjoni tal-approvazzjoni dwar tip tal-komponenti tal-KE oriġinali.

(2) Ħassar fejn ma jgħoddx.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE

1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ trattur, rigward is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2. Trattur li jirrappreżenta t-tip ta’ trattur għall-approvazzjoni, li fuqu struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha, debitament approvati, jiġu armati, għandhom jiġu sottomessi lis-servizzi tekniċi responsabbli biex imexxu l-kontrolli tal-approvazzjoni tat-tip.

3. Is-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli għall-approvazzjoni tat-tip għandu jikkontrolla jekk it-tip approvat tal-istruttura ta’ protezzjoni hijiex maħsuba li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip. Partikolarment, għandha taċċerta li t-twaħħil tal-istruttura ta’ protezzjoni tikkorrespondi ma’ dak li ġie tkontrollat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4. Min għandu approvazzjoni tat-tip KE jista’ jitlob li tiġi estiża għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni.

5. L-awtoritaijet kompententi għandom jagħtu tali estensjonijiet fuq il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.1. it-tip ta’ struttura ta’ protezzjoni ġdida u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur għandha approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE;

5.2. hija ddisinjata li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE;

5.3. it-twaħħil tal-istruttura ta’ protezzjoni mat-trattur tikkorrespondi ma’ dik li ġiet kontrollat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KE.

6. Għandu jiġi anness ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal kull approvazzjoni tat-tip jew estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip li ngħatat jew ġiet rifjutata.

7. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ trattur tiġi introdotta fl-istess ħin ma’ talba għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għal tip ta’ struttura ta’ protezzjoni li hija maħsuba li tintrama’ fuq it-tip ta’ trattur li għaliha ntalbet l-approvazzjoni tat-tip KE, ma jsirux il-kontrolli msemmija f’2 u 3.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

MUDELL

Isem tal-Awtorità Kompetenti

ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL TIP TA’ TRATTUR DWAR IS-SAĦĦA TAL-ISTRUTTURI TA’ PROTEZZJONI (KOMPARTIMENT JEW QAFAS GĦAS-SIGURTÀ) U T-TWAĦĦIL TAGĦHOM MAT-TRATTUR

(Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju rmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE)

Nru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE …

… estensjoni (1)

1. Isem jew marka tat-trattur …

2. Tip tat-trattur …

3. Isem u indirizz tal-manifattur tat-trattur …

4. Jekk japplika, isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur tat-trattur: …

5. Marka jew isem tad-ditta tal-istruttura ta’ protezzjoni: …

6. Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE għat-tip(i) segwenti ta’ struttura ta’ protezzjoni: …

7. Trattur sottomess għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE f’ …

8. Servizz tekniku responsabbli għall-kontroll tal-konformità mal-approvazzjoni tat-tip tal-KE …

9. Data tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …

10. Numru tar-rapport maħruġ minn dak is-servizz …

11. Approvazzjoni tat-tip tal-KE rigward is-saħħa tal-istrutturi ta’ prottezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħħom mat-trattur ġie mogħti/ rifjutat (2). …

12. L-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE rigward is-saħħa tal-istrutturi ta’ prottezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħħom mat-trattur ġie mogħti/ rifjutat (2). …

13. Post …

14. Data …

15. Firma …

(1) Jekk japplika, għid jekk din hijiex l-ewwel, eċċ. estensjoni tal-approvazzjoni dwar tip tal-komponenti tal-KE oriġinali.

(2) Ħassar fejn ma jgħoddx.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS X

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE (ĠU L 179, tas-17.7.1979, p. 1) | |

Direttiva tal-Kummissjoni 82/953/KEE (ĠU L 386, tal-31.12.1982, p. 31) | |

Punt IX.A.15.h) tal-Anness I tal-Att ta’ Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213) | |

Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE (ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 43) | Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 u Anness punt 9(h) għad-Direttiva 79/622/KEE |

Direttiva tal-Kummissjoni 88/413/KEE (ĠU L 200, tas-26.7.1988, p. 32) | |

Punti XI.C.II.4 tal-Anness I tal-Att ta’ Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 206) | |

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/40/KE (ĠU L 124, tat-18.5.1999, p. 11) | |

Punt I. A.29 tal-Anness II tal-Att ta’ Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 61) | |

Direttiva 2006/96/CE tal-Kunsill (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) | Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 għad-Direttiva 79/622/CEE, u l-Anness, punt A.28 |

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

79/622/KEE | fis- 27 ta’ Diċembru 1980. |

82/953/KEE | 30 ta’ Settembru 1983 [1] |

87/354/KEE | fil- 31 ta’ Diċembru 1987. |

88/413/KEE | 30 ta’ Settembru 1988 [2] |

1999/40/KE | 30 ta’ Ġunju 2000 [3] |

2006/96/KE | fil- 31 ta’ Diċembru 2006. |

[1] Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 82/953/KEE:"1.B’effett mill- 1 ta’ Ottubru 1983, l-ebda Stat Membru ma jista’:jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokumenti msemmija fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jewjipprojbixxi l-d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,jekk l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ dan it-tip ta’ trattur jew ta’ dawn it-tratturi tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.2.B’effett mill- 1 ta’ Ottubru 1984, Stat Membru:m’ għandux joħroġ aktar id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.3.B’effett mill- 1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ trattuti li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.4.Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/536/KEE."

[2] Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/413/KEE:"1.Mill- 1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:jirrifjuta, fir-rigward tat-tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni ta’ tip KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jewjipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi;jekk l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib fuq dawn it-tip ta’ tratturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;2.Mill- 1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri:ma għandhomx joħorġu d-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward tat-tip ta’ trattur li l-istrument ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva."

[3] Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/40/KE:"1.Mill- 1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħorġu d-dokument li hemm ipprovdut għalih fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jewjipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,jekk it-tratturi involuti jħarsu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:ma għandhomx joħorġu aktar id-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kwalunkwe tip ta’ trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward kull tip ta’ trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva."

--------------------------------------------------

ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/622/KEE | Direttiva 1999/40/KE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1 u 2 | | Artikoli 2 u 3 |

Artikolu 3(1) | | Artikolu 4, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 3(2) | | Artikolu 4, it-tieni u t-tielet paragrafu |

Artikoli 4 u 5 | | Artikoli 5 u 6 |

Artikolu 6, l-ewwel sentenza | | Artikoli 7, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 6, it-tieni sentenza | | Artikoli 7, it-tieni paragrafu |

| Artikolu 2 | Artikolu 8 |

Artikolu 8 | | Artikolu 9 |

Artikoli 9, frażi tal-bidu | | Artikolu 1, frażi tal-bidu |

Artikolu 9, l-ewwel inċiż | | Artikolu 1, punt (a) |

Artikolu 9, it-tieni inċiż | | Artikolu 1, punt (b) |

Artikolu 9, it-tielet inċiż | | Artikolu 1, punt (c) |

Artikolu 9, ir-raba’ inċiż | | Artikolu 1, punt (d) |

Artikoli 10 u 11 | | Artikoli 10 u 11 |

Artikolu 12(1) | | — |

Artikolu 12(2) | | Artikolu 12 |

— | | Artikoli 13 u 14 |

Artikolu 13 | | Artikolu 15 |

Annessi I - IX | | Annessi I - IX |

— | | Anness X |

— | | Anness XI |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet