32009L0068


Titolu u referenza

Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

 ĠU L 203, 5.8.2009, p. 52–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Direttiva 2009/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat- 13 ta' Lulju 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċdura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Id-Direttiva 79/532/KEE tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3] ġiet emendata kemm-il darba [4] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2) Id-Direttiva 79/532/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal- 4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoli jew għall-foresterija, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati [5], u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat għal tagħmir ta' dawl u ta' sinjaliazzazzjoni bid-dawl. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva.

(3) Fid-Direttiva 2009/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 relatati mal-installazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [6], ġew stabbiliti rekwiżiti komuni għall-tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Dak it-tagħmir ta' dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl għandhom l-istess karatteristiċi ta’ dawk li jitwaħħlu mal-karozzi. Għalhekk, apparat li jkun irċieva timbru ta’ approvazzjoni tal-komponenti tat-tip KE skont id-Direttivi diġà adottata dwar dan is-suġġett b’konessjoni mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi KE bil-mutur u l-karrijiet tagħhom jista’ jintuża wkoll fuq tratturi.

(4) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva "trattur" (għall-agrikoltura jew għall-forestrija) tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew b’ċineg mingħajr tarf li għandha tal-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni primarja tagħha hi fil-forza trattiva tagħha u li hija disinjata speċifikament biex tirmonka, timbotta, iġġor jew tipprovdi enerġija għal ċerti għodda makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Tista tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur minħabba raġunijiet relatati ma' lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk dawn ikollhom l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent KE kif prevista fl-Anness I skont ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/61/KE:

(a) fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta’ dawl;

(b) fanali end-outline marker;

(c) fanali ta’ quddiem (tal-ġenb);

(d) fanali ta’ wara (tal-ġenb);

(e) fanali tal-waqfien;

(f) fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni;

(g) rifletturi tar-refless;

(h) fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

(i) fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali;

(j) fanali taċ-ċpar ta’ wara;

(k) fanali tat-treġġiegħ lura;

(l) fanali tal-parkeġġ.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ trattur minħabba raġunijiet relatati mal-lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk ikollhom il-komponent ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif stipulat fl-Anness I skont ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2009/61/KE:

(a) fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta' dawl;

(b) fanali end-outline marker;

(c) fanali ta’ quddiem (tal-ġenb);

(d) fanali ta’ wara (tal-ġenb);

(e) fanali tal-waqfien;

(f) fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni;

(g) rifletturi tar-refless;

(h) fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

(i) fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali;

(j) fanali taċ-ċpar ta’ wara;

(k) fanali tat-treġġiegħ lura;

(l) fanali tal-parkeġġ.

Artikolu 4

L-emendi neċessarji sabiex ir-rekwiżiti tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil- kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Id-Direttiva 79/532/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill- 1 ta' Jannar 2010.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it- 13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. Pöttering

Għall-Kunsill

Il-President

E. Erlandsson

[1] ĠU C 162, 25.6.2008, p. 40.

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009.

[3] ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16.

[4] Ara l-Anness II, Parti A.

[5] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

[6] Ata paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. Fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettrikugħal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni:

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KE hija dak stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas- 27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut u ma' sorsi tad-dawl (bozoz bil-filament u oħrajn) għall-użu f'unitajiet ta' fanali approvati ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom i [1].

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/761/KEE japplikaw ukoll għall-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip ta’ fanali ta’ quddiem speċjali għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija maħsuba li jipprovdu kemm dawl ewlieni kif ukoll dawl sekondarju ta’ inqas minn 160 mm, djametru D, bl-emendi li ġejjin:

(a) il-valuri minimi ta’ illuminazzjoni stabbiliti f’punt 2.1 tal-Annessi II sa VI, VIII u IX tad-Direttiva 76/761/KEE jitnaqqsu skont il-proporzjon

((D – 45)/(160 – 45))2

soġġetti għal-limiti assoluti aktar baxxi li ġejjin:

- 3 lux, jew fil-punt 75 R jew fil-punt 75 L,

- 5 lux, jew fil-punt 50 R jew fil-punt 50 L,

- 1,5 lux, f’Żona IV.

Nota: Jekk il-wiċċ li jidher tar-riflettur ma jkunx ċirkulari, id-djametru hu dak ta’ ċirku bl-istess wesgħa daqs il-wiċċ li jidher utli tar-riflettur.

(b) is-simbolu M ġo trianglu maqlub jitwaħħal fuq il-fanal minflok is-simbolu CR li jipprovdi għalih punt 5.2.3.5 tal-Anness I tad-Direttiva 76/761/KEE;

2. Fanali end-outline marker, fanali ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas- 27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri jikkonċernaw il-fanali li jimmarkawit-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [2].

3. Fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas- 27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-indikazzjoni tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3].

4. Rifletturi tar-refless:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas- 27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ir-rifletturi tar-refless tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4].

5. Fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas- 27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5].

6. Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas- 27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għall-vetturi bil-mutur [6].

7. Fanali taċ-ċpar ta’ wara:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat- 28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [7].

8. Fanali tat-treġġiegħ lura:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat- 28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tat-treġġiegħ lura għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [8].

9. Fanali tal-parkeġġ:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat- 28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar fanali tal-parkeġġ għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [9].

[1] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96.

[2] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54.

[3] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71.

[4] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32.

[5] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85.

[6] [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122.

[7] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60.

[8] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72.

[9] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83.

--------------------------------------------------

ANNEX II

PART A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE (ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16) | |

Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45) | Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1(1) biss |

Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) | Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż biss |

PART B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

79/532/KEE | 21 ta’ Novembru 1980 | — |

82/890/KEE | 21 ta’ Ġunju 1984 | — |

97/54/KE | 22 ta’ Settembru 1998 | 23 ta’ Settembru 1998 |

--------------------------------------------------

ANNEX III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/532/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2, sentenza tal-bidu u kliem tal-aħħar | Artikolu 2, sentenza tal-bidu |

Artikolu 2, inċiżi | Artikolu 2, (a)–(l) |

Artikolu 3, sentenza tal-bidu u kliem tal-aħħar | Artikolu 3, sentenza tal-bidu |

Artikolu 3, inċiżi | Artikolu 3, (a)–(l) |

Artikolu 4 | Artikolu 4 |

Artikolu 5(1) | — |

Artikolu 5(2) | Artikolu 5 |

— | Artikolu 6 |

— | Artikolu 7 |

Artikolu 6 | Artikolu 8 |

Anness | Anness I |

— | Anness II |

— | Anness III |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet