Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 214, 19.8.2009, p. 23–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Direttiva 2009/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat- 13 ta’ Lulju 2009
dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2]
Billi:
(1) Id-Direttiva 74/151/KEE tal-Kunsill tal-4 ta’ Marzu dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3] ġiet emendata kemm-il darba [4] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.
(2) Id-Direttiva 74/151/KEE hija waħda mid-Direttivi separati dwar is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE tal-Kunsill tal- 4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif sostitwita permezz tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u elementi tekniċi separati [5] u li tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar ċerti partijiet u karatteristiċi għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE, prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/37/KE fir-rigward ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u elementi tekniċi separati ta’ dawn il-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.
(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. "Trattur Agrikolu jew tal-foresterija" ifisser kull vettura bil-mutur, mgħammra bir-roti jew bil-ktajjen ċatti u li jkollha mill-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni ewlenija tiegħu tkun fil-qawwa tal-ġbid u li hu ddisinjat b’mod speċjali sabiex jiġbed, jimbotta, iġorr jew iħaddem ċerti għodod, makkinarju jew karrijiet intiżi għall-użu tal-agrikoltura jew tal-foresterija. Jista’ jkun mgħammra biex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu armati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u t-40 km/siegħa.
Artikolu 2
1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ trattur fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi u karatteristiċi li ġejjin, jekk dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa VI:
- il- massa mgħobbija massima permissibbli,
- il-lokazzjoni u t-twaħħil tal-pjanċi ta’ wara tar-reġistrazzjoni,
- it-tankijiet tal-karburanti,
- il-piżijiet tas-saborra,
- l-apparat ta’ twissija li jinstema’,
- il-livell ta’ ħoss permissibbli u s-sistema tal-exhaust (silencer).
2. Fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament f’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:
- m’għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE,
- jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali.
3. Fir-rigward ta’ vetturi ġodda li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:
- għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw dawn il-vetturi ġodda skont id- Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva msemmija;
- jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ dawk il-vetturi ġodda.
Artikolu 3
L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi abbażi tal-elementi u l-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 2(1) jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa VI.
Artikolu 4
L-emendi neċessarji sabiex jiġu adattati r-rekwiżiti tal-Annessi I sa VI, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.4.1.2 tal-Anness VI, ta’ din id-Direttiva sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl- Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 6
Id-Direttiva 74/151/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness VII, parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness VII, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it- 13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. Pöttering
Għall-Kunsill
Il-President
E. Erlandsson
[1] ĠU C 161, 13.7.2007, p. 36.
[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta’ Ġunju 2007 (ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 74) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 2009.
[3] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 25.
[4] Ara l-Anness VII, Parti A.
[5] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS I
MASSA MGĦOBBIJA MASSIMA PERMISSIBLI
1. Il-massa mgħobbija teknikament permissibbli kif indikata mill-manifattur għandha tkun aċċettata mill-amministrazzjoni kompetenti bħala massa mgħobbija massima permissibbli sakemm:
1.1. ir-riżultati ta’ kwalunkwe test li tagħmel l-amministrazzjoni, partikolarment dawk li jirrigwardjaw l-ibbrejkjar u l-isteering, ikunu sodisfaċenti;
1.2. il-massa mgħobbija massima permissibbli u l-massa massima permissibbli għal kull fus hi skont il-kategorija tal-vettura ma jeċċedix iċ-ċifri li jinsabu fit-Tabella 1.
Tabella 1
Massa Massima Permissibli u l-Massa Massima Permissibli għal kull Fus Skond il-Kategorija tal-Vettura
Kategorija tal-Vettura | Numru ta’ Fusien | Massa Massima Permissibli (t) | Massa Massima Permissibli għal kull Fus |
Fus Attiv (Driven) (t) | Fus Passiv (non-driven) (t) |
T1, T2, T4.1 | 2 | 18 (mgħobbi) | 11,5 | 10 |
3 | 24 (mgħobbi) | 11,5 | 10 |
T3 | 2 jew 3 | 0,6 (mhux mgħobbi) | [1] | [1] |
T4.3 | 2, 3 jew 4 | 10 (mgħobbi) | [1] | [1] |
2. Ikun xi jkun l-istat ta’ tagħbija tat-trattur, il-piż trażmess lejn it-triq permezz tar-roti fuq il-fus ta’ quddiem m’għandux ikunu anqas minn 20 % tal-massa mhux mgħobbija ta’ dak it-trattur.
[1] Mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit massimu għall-fusien għall-kategoriji ta’ vetturi T3 u T4.3, għaliex diġà għandhom limitazzjonijiet inerenti fuq il-piż mgħobbi/mhux mgħobbi massimu permissibbli.
--------------------------------------------------
ANNESS II
1. GĦAMLA U QISIEN TAL-ISPAZJU GĦALL-MUNTAĠĠ TAL-PJANĊI TA’ WARA TAR-REĠISTRAZZJONI
L-ispazju għall-muntaġġ għandu jinkludi wiċċ lixx jew virtwalment rettangulari lixx bil-qisien minimi li ġejjin:
- tul: 255 jew 520 milimetru,
- wisa’: 165 jew 120 milimetru.
L-għażla trid tieħu konsiderazzjoni tal-qisien eżistenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni.
2. LOKAZZJONI TAL-ISPAZJU GĦALL-MUNTAĠĠ U T-TWAĦĦIL TAL-PJANĊI
L-ispazju għall-muntaġġ għandu jkun tali, li wara twaħħil korrett, il-pjanċi għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
2.1. Il-pożizzjoni laterali tal-pjanċa
Iċ-ċentru tal-pjanċa ma jistax ikun aktar lejn il-lemin mill-pjan tas-simetrija tat-trattur.
It-tarf laterali tax-xellug tal-pjanċa ma jistax ikun aktar lejn ix-xellug mill-pjan vertikali parallel għall-pjan tas-simetrija tat-trattur u tanġenti għall-punt ta’ fejn id-dijagonali tat-trattur hija l-aktar wiesa.
2.2. Il-pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wita’ lonġitudinali tas-simetrija tat-trattur
Il-pjanċa għandha tkun perpendikulari jew prattikament perpendikulari mal-pjan tas-simetrija tat-trattur.
2.3. Il-pożizzjoni tal-pjanċa b’relazzjoni mal-wita vertikali
Il-pjanċa għandha tkun vertikali f’tolleranza ta’ 5° B’danakollu, meta l-għamla tat-trattur tkun teħtieġ hekk, tista’ tkun inklinata lejn il-vertikali:
2.3.1. f’mhux aktar minn 30° meta l-wiċċ li jkollu n-numru tar-reġistrazzjoni jkun inklinat "l fuq, sakemm l-għoli tat-tarf ta" fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.20 metri mill-art;
2.3.2. f’mhux aktar minn 15° meta l-wiċċ li jkollu n-numru tar-reġistrazzjoni jkun inklinat "l isfel, sakemm l-għoli tat-tarf ta" fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1.2 metri mill-art.
2.4. L-għoli tal-pjanċa mill-art
L-għoli tax-xifer t’isfel tal-pjanċa "l fuq mill-art ma jistax ikun anqas minn 0.3 metri; l-għoli tax-xifer ta" fuq tal-pjanċa "l fuq mill-art m" għandux jeċċedi l-4 metri.
2.5. Id-determinazzjoni tal-għoli tal-pjanċa mill-art
L-għoli mogħti fil-punti 2.3 u 2.4 għandu jitkejjel bit-trattur mingħajr tagħbija.
--------------------------------------------------
ANNESS III
TANKIJIET GĦALL-KARBURANTI LIKWIDI
(1) It-tankijiet tal-karburanti għandhom ikunu magħmula b’tali mod li jirreżistu għall-korrużjoni. Għandhom jissodisfaw t-testijiet tat-tnixxija mwettqa mill-manifattur bi pressjoni ugwali għad-doppju tal-pressjoni tax-xogħol iżda f’kull każ mhux anqas minn 0.3 bars. Kull pressjoni fl-eċċess jew kull pressjoni li teċċedi l-pressjoni tax-xogħol għandha tkun awtomatikament kompensata b’apparat adattabbli (ventijiet, valvoli tas-sigurtà, eċċ.). Il-ventijiet għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jipprevjenu riskji ta’ ħruq. Il-karburanti m’għandux inixxi mit-tapp tat-tank tal-karburanti jew minn apparat fornut sabiex jikkumpensa għall-pressjoni eċċessiva, anke jekk it-tank jinqaleb kompletament: qatra għandha tkun ittollerata.
(2) It-tankijiet tal-karburanti għandhom ikunu installati b’tali mod li jkunu protetti mill-konsegwenzi tal-impatt fuq il-quddiem jew ma’ wara tat-trattur; m’għandux ikun hemm partijiet imqabbża ′l barra, trufijiet jaqtgħu, eċċ. qrib it-tankijiet.
L-istruttura tal-pajpijiet għall-forniment tal-karburanti u l-fetħa għall-mili għandhom ikunu nstallati ′l barra mill-kabina.
--------------------------------------------------
ANNESS IV
IL-PIŻIJIET TAS-SABORRA
Jekk it-trattur ikunu sejrin jitwaħlulu l-piżijiet tas-saborra sabiex jilħaq mar-rekwiżiti l-oħra tal-approvazzjoni tal-KE, dawk il-piżijiet tas-saborra għandhom ikunu fornuti mill-manifattur tat-trattur, li jkunu ntiżi biex ikun nstallati, u jkollhom fuqhom il-marka tal-manifattur u stqarrija tal-massa tagħhom f’kilogrammi b’eżattezza ta’ ± 5 %. Il-piżijiet tas-saborra ta’ quddiem ikunu ġew imfassla għat-tneħħija/għall-installar frekwenti għandhom iħallu spazju ta’ sigurtà għall-anqas ta’ 25 mm għall-qabda tal-maqbad. Il-metodu tat-tqegħid tas-saborra għandu jkun tali hekk li kull separazzjoni mhux mistennija tkun evitata (eż. fil-każ li t-trattur jinqeleb).
--------------------------------------------------
ANNESS V
APPARAT TAT-TWISSIJA LI JINSTEMA’
1. L-apparat tat-twissija għandu jkollu il-marka tal-approvazzjoni tal-KEE preskritta bid-Direttiva 70/388/KEE tas- 27 ta’ Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-apparat tat-twissija li jinstema’ għall-vetturi bil-mutur [1].
2. Karatteristiċi tal-Apparat tat-Twissija li Jinstema’ meta mwaħħal mat-trattur
2.1. Testijiet akustiċi
Meta trattur huwa tat-tip approvat, il-karatteristiċi tal-apparat tat-twissija mwaħħal ma’ dak it-tip ta’ trattur għandhom ikunu ttestjati kif ġej:
2.1.1. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-apparat meta jitwaħħal mat-trattur għandu jitkejjel f’punt li jkun 7 metri quddiem it-trattur, f’sit li huwa miftuħ u kemm hu possibbli wati. Il-magna tat-trattur għandha titwaqqaf. Il-vultaġġ effettiv għandu jkun dak stabbilit fil-punt 1.2.1. tal-Anness I tad-Direttiva 70/388/KEE;
2.1.2. Il-qisien għandhom isiru fuq l-Iskala tal-kejl "A" tal-livell tal-istandard l-IEC (Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali);
2.1.3. Il-pressjoni massima tal-ħoss għandha tkun iddeterminata f’għoli ta’ bejn il-0.5 u 1.5 metru ‘l fuq mil-livell tal-art;
2.1.4. Il-valur massimu għal-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu għall anqas ikun 93 dB(A) u l-aktar 112 dB(A).
[1] ĠU L 176, 10.8.1970, p. 12.
--------------------------------------------------
ANNESS VI
1. LIVELLI PERMISSIBBLI TAL-ĦOSS
1.1. Limiti
Il-livell tal-ħoss tat-tratturi riferit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, meta mkejjel taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness, ma jistax jeċċedi l-livelli li ġejjin:
- 89 dB(A) għal tratturi b’piż mhux mgħobbi li jeċċedi 1,5 tunnella metrika,
- 85 dB(A) għal tratturi b’piż mhux mgħobbi li ma jeċċedix 1,5 tunnella metrika.
1.2. Strumenti tal-kejl
Il-ħoss li joħroġ mit-tratturi għandu jitkejjel permezz ta’ arloġġ tal-livell tal-ħoss tat-tip deskritt fil-Pubblikazzjoni 179, l-ewwel Edizzjoni (1965) tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali.
1.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl
Il-qisien għandhom isiru fuq tratturi mhux mgħobbija f’żona suffiċjentement miftuħa u kwieta (ħoss tal-madwar u l-ħoss tar-riħ almenu 10 dB(A) taħt il-ħoss li jkun qiegħed jitkejjel).
Din iż-żona tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radda ta’ 50 metru li jkollu l-parti ċentrali tar-radda mill-anqas 20 metru li hu prattikament livell; jista’ jkun miksi bil-konkrit, bl-asfalt, jew b’materjal simili u ma jistax ikun kopert b’borra għamla ta’ trab, ħaxix twil, ħamrija mifruxa jew irmied.
Il-wiċċ tal-mogħdija tat-test għandu jkun tali li ma tikkawżax ħoss eċċessiv tat-tyre. Din il-kondizzjoni tapplika biss għall-kejl tal-ħoss magħmul mit-tratturi miexja.
Il-qisien għandhom isiru f’temp tajjeb bi ftit riħ. L-ebda persuna apparti milli mill-osservatur li jkun qiegħed jieħu l-qari mill-apparat ma jista’ jibqa’ maġenb it-trattur jew il-mikrofonu, billi l-preżenza tal-ispettaturi ħdejn, jew it-trattur jew il-mikrofonu, jistgħu jaffettwaw konsiderevolment il-qari mill-apparat. It-tlugħ u l-inżul immarkat tal-werrej li jidher li m’għandux x’jaqsam mal-karatteristiċi tal-livell tal-ħoss ġenerali għandu jkun injorat fit-teħid tal-qari.
1.4. Metodu tal-kejl
1.4.1. Il-kejl tal-ħoss tat-tratturi miexja (għall-approvazzjoni tat-tip).
Almenu żewġ qisien għandhom jittieħdu fuq kull naħa tat-trattur. Qisien preliminari jistgħu isiru għall-għanijiet ta’ aġġustament imma għandhom ikunu injorati.
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1,72 metri ‘l fuq mil-livell tal-art f’distanza ta’ 7,5 metru mill-mogħdija tal-linja ċentrali tat-trattur, CC, imkejla matul il-perpendikulari PP’ ma’ dik il-linja (figura 1).
Żewġ linji AA’ u BB’, parallelli mal-linja PP’ u mqiegħda rispettivament 10 metri ‘l quddiem u 10 metri lura mill-linja, għandhom ikunu mmarkat fuq it-triq tat-test. It-tratturi għandhom jersqu lejn il-linja AA’ b’veloċità kontinwa, kif speċifikat hawn taħt. L-aċċellerazzjoni għandha tkun miftuħa kompletament malajr kemm hu prattikabbli u miżmuma fil-pożizzjoni miftuħa għal kollox sakemm l-warrani tat-trattur [1] jaqsam il-linja BB’; l-aċċellerazzjoni għandha imbagħad tingħalaq mill-ġdid malajr kemm jista’ jkun.
Il-livell massimu tal-ħoss irrekordjat għandu jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.
1.4.1.1. Il-veloċità tat-test għandha tkun tliet-kwarti tal-veloċità massima li tista’ tinkiseb fl-ogħla ingranaġġ użat għaċ-ċaqliq fit-triq.
1.4.1.2. L-interpretazzjoni tar-riżultati
1.4.1.2.1. Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jkun iddeterminat billi tnaqqas 1 dB(A) mill-qari tal-arloġġ.
1.4.1.2.2. Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tat-trattur ma teċċedix 2 dB(A).
1.4.1.2.3. L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultati tat-test. Jekk dak ir-riżultat jeċċedi b’1 dB(A) il-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tat-trattur ittestjat, żewġ qisien oħra għandhom isiru. Tlieta mill-erba’ qisien miksuba hekk għandhom jaqgħu fil-limiti preskritti.
Pożizzjonijiet għall-qisien ta’ trakters miexja
+++++ TIFF +++++
1.4.2. Il-kejl tal-ħoss tat-trattur wieqaf (mhux għal approvazzjoni tat-tip, imma għandu jkun irrekordjat).
1.4.2.1. Il-pożizzjoni tal-arloġġ tal-livell tal-ħoss
Il-kejl għandu jsir fil-punt X (muri fil-figura 2) f’distanza ta’ 7 metri mill-wiċċ l-aktar qrib tat-trattur.
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1,2 metru ‘l fuq mil-livell tal-art.
1.4.2.2. In-numru ta’ kejliet
Mill-anqas għandhom isiru żewġ kejliet.
1.4.2.3. Il-kondizzjonijiet tat-test tat-trattur
Il-magna tat-trattur mingħajr ir-regolatur tal-veloċità għandha titħaddem bi tliet-kwarti tal-rpm tal-veloċità, li fih, skont il-manifattur tat-trattur, tiżviluppa l-qawwa massima tagħha. L-rpm tal-veloċità tal-magna għandha titkejjel permezz ta’ strument indipendenti, eż. roller bed u takometru. Il-magna mgħammra b’regolatur li jipprevjeni lill-magna milli teċċedi l-veloċità li fiha tiżviluppa l-qawwa massima tagħha, għandha titħaddem bil-veloċità massima permessa mir-regolatur.
Qabel ma jittieħed xi kejl, il-magna għandha tinġieb għat-temperatura li fiha taħdem normalment.
1.4.2.4. L-interpretazzjoni tar-riżultati
Il-qari kollha irrekordjati tal-livelli tal-ħoss għandu jingħata fir-rapport.
Il-metodu wżat sabiex tkun ikkalkolata l-qawwa tal-magna għandha jintwera wkoll meta jkun possibbli. L-istat tat-tagħbija tat-trattur għandu jingħata wkoll.
Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tat-trattur ma jeċċedix 2 dB(A).
Il-figura massima rekordjata għandha tikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.
Pożizzjonijiet ta’ qisien għal tratturi weqfin
+++++ TIFF +++++
2. IS-SISTEMA tal-EXHAUST (SILENCER)
2.1. Jekk it-trattur ikun mgħammar b’apparat disinjat sabiex inaqqas l-ħoss tal-exhaust (silencer), ir-rekwiżiti ta’ dan id-Dettal 2 għandu japplika. Jekk id-dħul tal-magna jkun mghammar b’filtru tal-arja li jkun meħtieġ sabiex jassigura konformità mal-livell tal-ħoss permissibbli, il-filtru għandu jitqies bħala parti mis-silencer, u r-rekwiżiti ta’ dan id-Dettal 2 għandu japplika wkoll għal dak il-filtru.
Il-pajp ta’ wara tal-exhaust għandu jitqiegħed b’tali mod li l-gassijiet tal-exhaust ma jkunux jistgħu jidħlu fil-kabina.
2.2. Disinn tas-sistema tal-exhaust għandha tkun annessa maċ-ċertifikat tat-tip approvat tat-trattur.
2.3. Is-silencer għandu jkun immarkat b’referenza għall-għamla u t-tip tiegħu li huwa leġibbli b’mod ċar u ma jitħassarx.
2.4. L-użu ta’materjal fibruż assorbenti huwa permissibli fil-binja ta’ silencers biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:
2.4.1. Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-silencer li minnhom jgħaddi l-gass;
2.4.2. Apparat adattat għandu jassigura li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f’postu l-ħin kollu li dak is-silencer ikun jintuża;
2.4.3. Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun reżistenti għat-temperatura ta’ mill-anqas 20 % ogħla mit-temperatura operattiva (gradi C) li jista’ jkun hemm fir-reġjun tas-silencer ta’ fejn dawk il-materjali fibrużi assorbenti jkunu jinsabu.
[1] Jekk it-trattur jinkludi l-karru, dan m’għandux jitqies fid-determinar ta’ meta l-linja BB’ tkun maqsuma.
--------------------------------------------------
ANNESS VII
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 6)
Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE (ĠU L 84, 28.3.1974, p. 25) | |
Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45) | unikament fejn jirrigwarda referenzi għall-Artikolu 1 (1) tad-Direttiva 74/151/KEE |
Direttiva tal-Kummissjoni 88/410/KEE (ĠU L 200, 26.7.1988, p. 27) | |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) | unikament fejn jirrigwarda referenzi għall-Artikolu 1, l-ewwel inċiż tad-Direttiva 74/151/KEE |
Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE (ĠU L 170, 16.6.1998, p. 13) | |
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22) | unikament l-Artikolu 1 |
PARTI B
Atti li jemendaw li mhux imħassra
(imsemmija fl-Artikolu 6)
Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |
74/151/KEE | fit- 8 ta’ Settembru 1975. | — |
82/890/KEE | fit- 22 ta’ Ġunju 1984. | — |
88/410/KEE | fit- 30 ta’ Settembru 1988 [1] | — |
97/54/KE | fit- 22 ta’ Settembru 1998. | fit- 23 ta’ Settembru 1998. |
98/38/KE | fil- 30 ta’ April 1999 [2] | — |
2006/26/KE | fil- 31 ta’ Diċembru 2006 [3] | — |
[1] F’konformità mal-Artikolu 2 ta’ Direttiva 88/410/KEE:"1.Mill- 1 ta’ Ottubru 1988, l-ebda Stat Membru ma jista’:jirrifjuta rigward xi tip ta’ trattur, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument li hemm referenza dwaru fl-aħħar inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jewjipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,jekk it-tankijiet tal-karburanti likwidi, il-piż tas-saborra u l-livell ta’ ħoss permissibbli ta’ dak it-tip ta’ trattur ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Ottubru 1989, l-Istati Membri:ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li t-tankijiet tal-karburanti likwidi tiegħu, il-piż tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ tratturi li t-tankijiet tal-karburanti, il-piżijiet tas-saborra u l-livelli ta’ ħoss permissibbli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva."
[2] F’konformità mal-Artikolu 2 ta’ Direttiva 98/38/KE:"1.Mill- 1 ta’ Mejju 1999 l-ebda Stat Membru ma jista’:jiċħad, li fir-rigward ta’ tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE, għal ħruġ tad-dokument riferit fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jewjipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,jekk dawn it-tratturi jilħqu ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/151/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Ottubru 1999, l-Istati Membri:ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument riferiti fl-Artikolu 10(1), l-inċiż finali, tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/151/KEE kif emendat b’din id-Direttiva,jistgħu jiċħdu l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur jekk din ma’ tilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 74/151/KEE kif emendat b’din id-Direttiva."
[3] F’konformità mal-Artikolu 5 ta’ Direttiva 2006/26/KE:"1.B’effett mill- 1 ta’ Jannar 2007, fir-rigward ta’ vetturi li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata:(a)jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;(b)jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tat-tali vetturi,2.B’effett mill- 1 ta’ Lulju 2007, fir-rigward ta’vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:(a)m’għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE;(b)jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali.3.B’effett mill- 1 ta’ Lulju 2009, fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:(a)għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skont id-dispożizzjonijiet tad- Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għal l-iskopijiet tal-Artikolu 7(1);(b)jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ dawk il-vetturi ġodda."
--------------------------------------------------
ANNESS VIII
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 74/151/KEE | Direttiva 2006/26/KE | Din id-Direttiva |
Artikolu 1 | | Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) | | Artikolu 2(1) |
| Artikolu 5(2) | Artikolu 2(2) |
| Artikolu 5(3) | Artikolu 2(3) |
Artikolu 3 | | Artikolu 3 |
Artikolu 4 | | Artikolu 4 |
Artikolu 5(1) | | — |
Artikolu 5 (2) | | Artikolu 5 |
— | | Artikolu 6 |
— | | Artikolu 7 |
Artikolu 6 | | Artikolu 8 |
Annessi I sa VI | | Annessi I sa VI |
— | | Anness VII |
— | | Anness VIII |
--------------------------------------------------
| Fuq |