Direttiva 2008/61/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 203, 5.8.2009, p. 19–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Direttiva 2008/61/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill
tat- 13 ta’ Lulju 2009
dwar l-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2]
Billi:
(1) Id-Direttiva 78/933/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Ottubru 1978 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [3] ġiet emendata kemm-il darba [4] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.
(2) Id-Direttiva 78/933/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 74/150/KEE tal-Kunsill tal- 4 ta’ Marzu 1974 dwar l-aprossamizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif mibdula bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati [5] u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi ta’ dawn il-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.
(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. "Trattur għall-agrikoltura jew għall-foresterija" ifisser kwalunkwe vettura bil-mutur, li hija mgħammra bir-roti jew b’ċineg mingħajr tarf, li għandha tal-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha qiegħda fil-qawwa tal-ġbid u li hi ddisinjata b’mod speċjali biex tirmonka, timbotta, iġġorr jew biex tforni l-enerġija lil ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet li huma maħsuba għall-użu agrikolu jew fil-foresterija. Tista’ tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tajers pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn is-6 u l-40 km/siegħa.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur għal raġunijiet relatati mal-installazzjoni ta’ dwal jew mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl, kemm jekk mandatorji, kemm jekk mhux obbligatorji, elenkati minn 1.5.7 sa 1.5.21 tal-Anness I, jekk dawn ikunu installati skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
2. Fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament f’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:
- m’għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE;
- jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali.
3. Fir-rigward ta’ vetturi ġodda li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:
- għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw dawn il-vetturi ġodda skont id- Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva msemmija;
- jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ dawk il-vetturi ġodda.
Artikolu 3
L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jirreġistraw jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi minħabba raġunijiet relatati mal-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl, kemm jekk mandatorji jew jekk mhux obbligatorji, elenkati minn 1.5.7 sa 1.5.21 tal-Anness I, jekk dawn ikunu nstallati skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun infurmat b’kull modifika li ssir lil xi waħda mill-partijiet jew lill-karatteristiċi li hemm referenza għalihom f’punt 1.1 tal-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jistabbilixxu jekk ikunx hemm bżonn li jsiru kontrolli addizzjonali fuq it-tip ta’ trattur modifikat, u li jinkiteb rapport mill-ġdid. Fejn kontrolli bħal dawn juru nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-modifiki m’għandhomx jiġu approvati.
Artikolu 5
L-emendi meħtieġa biex ir-rekwiżiti tal-Annessi I u II jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 7
Id-Direttiva 78/933/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness III, il-Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, il-Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 8
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 9
Din id-Direttiva hija indirizzati lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it- 13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. Pöttering
Għall-Kunsill
Il-President
E. Erlandsson
[1] ĠU C 175, 27.7.2007, p.40.
[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta’ Frar 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 2009.
[3] ĠU L 325 20.11.1978, p. 16.
[4] Ara l-Anness III, Parti A.
[5] ĠU L 171, 9.7.2003, p.1.
--------------------------------------------------
ANNESS I
INSTALLAZZJONI TA’ DAWL U MEZZI TA’ SINJALIZZAZZJONI BID-DAWL
1. DEFINIZZJONIJIET
1.1. Tip ta’ trattur f’dak li għandu x’jaqsam mal-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl
"Tip ta’ trattur f’dak li għandu x’jaqsam mal-installazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl" ifisser tratturi li m’humiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:
1.1.1. il-qisien u l-forma esterna tat-trattur;
1.1.2. in-numru u l-pożizzjoni tal-istrumenti.
Dawn li ġejjin huwa wkoll ikkunsidrati bħala tratturi li m’humiex ta’ tip differenti: tratturi li huma differenti skont it-tifsira tal-punti 1.1.1 u 1.1.2 hawn fuq, imma mhux b’mod li jinvolvu bidla fit-tip, in-numru, il-pożizzjoni u l-viżibilità ġeometrika tal-lampi preskritti għat-tip ta’ trattur in kwistjoni, u tratturi li fuqhom hemm jew m’hemmx lampi mhux obbligatorji.
1.2. Pjan trasversali
"Pjan trasversali" ifisser pjan vertikali perpendikolari mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur.
1.3. Trattur mhux mgħobbi
"Trattur mhux mgħobbi" ifisser it-trattur fi stat tajjeb ta’ tħaddim, kif definit f’2.1.1 tal-Anness I, "mudell tad-dokument ta’ informazzjoni" għad-Direttiva 2003/37/KE.
1.4. Trattur mgħobbi
"Trattur mgħobbi" ifisser it-trattur mgħobbi sal-piż massimu teknikament permissibli, kif iddikjarat mill-manifattur. Il-manifattur għandu wkoll jiffissa d-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn iż-żewg fusien.
1.5. Lampa
"Lampa" tfisser mezz iddisinjat biex jixgħel it-triq (bozza tad-dawl ta’ quddiem) jew biex jitfa’ sinjal bid-dawl. Il-lampi tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-rifletturi għandhom jitqiesu bl-istess mod bħala lampi.
1.5.1. Lampi ekwivalenti
"Lampi ekwivalenti" tfisser lampi li għandhom l-istess funzjoni u li huma awtorizzati fil-pajjiż fejn ikun irreġistrat it-trattur; dawn il-lampi jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn ta’ dawk li huma installati fuq it-trattur meta dan jiġi approvat, bil-kondizzjoni li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness.
1.5.2. Lampi indipendenti
"Lampi indipendenti" tfisser lampi li għandhom lentijiet separati, sorsi ta’ dawl separati u strutturi separati tal-lampi.
1.5.3. Lampi aggruppati
"Lampi aggruppati" tfisser lampi li għandhom lentijiet separati u sorsi ta’ dawl separati imma struttura komuni tal-lampa.
1.5.4. Lampi magħqudin
"Lampi magħqudin" tfisser stumenti li għandhom lentijiet separati imma sors ta’ dawl komuni u struttura komuni tal-lampa.
1.5.5. Lampi inkorporati reċiprokament
"Lampi inkorporati reċiprokament" tfisser strumenti li għandhom sorsi ta’ dawl separati (jew sors wieħed ta’ dawl li jopera taħt kondizzjonijiet differenti), lentijiet totalment jew parzjalment komuni u struttura komuni tal-lampa.
1.5.6. Lampa ta’ illuminazzjoni li tista’ tinħeba
"Lampa ta’ illuminazzjoni li tista’ tinħeba" ifisser lampa ta’ quddiem li tista’ tinħeba parzjalment jew kompletament meta ma tkunx qed tintuża. Dan ir-riżultat jista’ jinkiseb permezz ta’ kopertura li tista’ titneħħa, jew bi spostament tal-bozza ta’ quddiem jew b’kull mezz adegwat ieħor. It-terminu "li jista’ jinġibed ‘il ġewwa" huwa użat b’mod partikolari biex jiddiskrivi lampa li tista’ tinħeba, li l-ispostament tagħha jippermetti li din tiġi mdaħħla fl-istruttura tal-vettura.
1.5.6.1. Lampi ta’ pożizzjoni varjabbli
"Lampi ta’ pożizzjoni varjabbli" ifisser lampi installati fuq it-trattur li jistgħu jiċċaqilqu b’relazzjoni mat-trattur u li l-lentijiet tagħhom ma jistgħux jinħbew.
1.5.7. Lampa ta’ quddiem bir-raġġ prinċipali
"Lampa ta’ quddiem bir-raġġ prinċipali" tfisser il-lampa użata biex tixgħel it-triq fuq distanza twila ‘l quddiem mit-trattur.
1.5.8. Lampa ta’ quddiem bir-raġġ iħares ‘l isfel
"Lampa ta’ quddiem bir-raġġ iħares ‘l isfel" tfisser il-lampa użata biex tixgħel it-triq ta’ quddiem it-trattur mingħajr ma tikkawża tgħammix eżaġerat jew skumdità għas-sewwieqa li jkunu ġejjin min-naħa l-oħra u għan-nies l-oħra li jkunu qed jużaw it-triq.
1.5.9. Lampa taċ-ċpar ta’ quddiem
"Lampa taċ-ċpar ta’ quddiem" tfisser il-lampa użata biex jittejjeb id-dawl fit-triq fil-każ ta’ ċpar, silġ, maltempata b’xita qalila jew sħab tat-trab.
1.5.10. Lampa li turi li l-karrozza se tirriversja
"Lampa li turi li l-karozza se treġġa’ lura" tfisser lampa użata biex tixgħel it-triq fuq wara tat-trattur u biex tavża lil min ikun qed juża t-triq li t-trattur se jirriversja.
1.5.11. Lampa li tindika d-direzzjoni
"Lampa li tindika d-direzzjoni" tfisser il-lampa użata biex tindika lil min ikun qed juża t-triq, li s-sewwieq bi ħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.
1.5.12. Sinjal li javża li hemm periklu
"Sinjal li javża li hemm periklu" tfisser l-istrument li jippermetti li l-lampi kollha tat-trattur li jindikaw id-direzzjoni jaħdmu flimkien biex jiġbdu l-attenzjoni lejn il-fatt li t-trattur huwa temporanjament ta’ periklu għal min ikun qed juża t-triq.
1.5.13. Lampa ta’ waqfien
"Lampa ta’ waqfien" tfisser il-lampa użata biex tindika lil kull min ikun qed juża t-triq fuq wara tat-trattur illi s-sewwieq ta’ dan tal-aħħar qed juża l-brejkijiet.
1.5.14. Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara
"Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara" tfisser l-istrument użat biex jixgħel l-ispazju maħsub biex jakkomoda l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara; dan jista’ jikkonsisti f’elementi ottiċi differenti.
1.5.15. Lampa ta’ quddiem (tal-ġenb)
"Lampa ta’ quddiem (tal-ġenb)" tfisser il-lampa użata biex tindika l-preżenza u l-wisa’ tat-trattur meta wieħed iħares lejn it-trattur minn quddiem.
1.5.16. Lampa ta’ wara (tal-ġenb)
"Lampa ta’ wara (tal-ġenb)" tfisser il-lampa użata biex tindika l-preżenza u l-wisa’ tat-trattur meta wieħed iħares lejn it-trattur minn wara.
1.5.17. Lampa taċ-ċpar ta’ wara
"Lampa taċ-ċpar ta’ wara" tfisser il-lampa użata biex tagħmel it-trattur viżibbli aktar malajr min-naħa ta’ wara fi ċpar oħxon.
1.5.18. Lampa tal-parkeġġ
"Lampa tal-parkeġġ" tfisser il-lampa użata biex wieħed jiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun bil-presenza ta’ trattur wieqaf, mingħajr karrju, f’żona tal-bini. F’ċirkostanzi bħal dawn, din tieħu post il-lampi ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb).
1.5.19. Lampa li tindika it-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur
"Lampa li tindika t-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur" tfisser il-lampi mwaħħla mat-trufijiet ta’ barra l-akbar imbiegħda, l-aktar qrib possibbli tas-saqaf tat-trattur u li huma maħsuba biex jindikaw il-wisa’ ġenerali tat-trattur. F’uħud mit-tratturi, dan is-sinjal huwa maħsub biex jikkumplimenta l-lampi ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb) tat-trattur billi jiġbed attenzjoni partikulari fuq il-kobor tiegħu.
1.5.20. Riflettur bir-rifless
"Riflettur bir-rifless" ifisser l-istrument użat biex jindika l-presenza ta’ trattur bir-rifless ta’ dawl li joħroġ minn sors ta’ dawl li mhux ikkonnettjat mat-trattur, fejn l-osservatur ikun qrib tas-sors.
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva dawn li ġejjin mhumiex meqjusa bħala rifletturi bir-rifless:
- pjanċi tan-numri li jirriflettu lura;
- pjanċi oħrajn u sinjali oħrajn li jirriflettu lura li għandhom jintużaw sabiex ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ użu tal-Istat Membru, fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi jew ta’ ċerti metodi ta’ tħaddim.
1.5.21. Lampa tax-xogħol
"Lampa tax-xogħol" tfisser strument li jixgħel żona fejn ikun qiegħed isir xi xogħol jew proċess ta’ xogħol.
1.6. Wiċċ ta’ illuminazzjoni ta’ lampa
1.6.1. Wiċċ ta’ illuminazzjoni ta’ strument għall-mixegħla
"Wiċċ ta’ illuminazzjoni ta’ strument għall-mixegħla" (punti 1.5.7 sa 1.5.10) ifisser il-projezzjoni ortogonali tal-apertura sħiħa ta’ riflettur fi pjan trasversali. Jekk il-ħġieġa (jew ħġiġiet) tal-lampa testendi (jestendu) fuq parti biss tal-apertura sħiħa tar-riflettur, allura, għandha tiġi kkunsidrata biss il-projezzjoni ta’ dik il-parti. Fil-każ ta’ lampa ta’ quddiem li titfa’ r-raġġ ‘l isfel, il-wiċċ ta’ illuminazzjoni huwa llimitat fuq in-naħa tal-qtugħ bil-projezzjoni apparenti tal-linja tal-qtugħ għal fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-ħġieġa jkunu jistgħu jiġu aġġustati, għandu jintuża l-aġġustament tan-nofs.
1.6.2. Wiċċ ta’ illuminazzjoni ta’ lampa, li ma jkunx ir-riflettur, li tagħmel sinjali
"Wiċċ ta’ illuminazzjoni ta’ lampa, li ma jkunx ir-riflettur, li tagħmel sinjali" (punti 1.5.11 sa 1.5.19) ifisser il-projezzjoni ortogonali tal-lampa fi pjan perpendikulari mal-fus tagħha ta’ referenza u f’kuntatt mal-wiċċ estern li jagħti d-dawl tal-lampa, b’din il-projezzjoni tkun limitata bit-trufijiet ta’ skrijns imqegħda fuq dan il-pjan, li kull wieħed minnhom iħalli biss 98 % tal-intensità tal-luminożità totali tad-dawl tippersisti fid-direzzjoni tal-fus ta’ referenza. Biex jiġu stabbiliti l-inqas, l-ogħla u l-limiti laterali tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni, għandhom jintużaw biss skrijns li għandhom trufijiet orizzontali jew vertikali.
1.6.3. Wiċċ ta’ illuminazzjoni ta’ riflettur
"Il-wiċċ ta’ illuminazzjoni ta’ riflettur" (punt 1.5.20) ifisser il-projezzjoni ortogonali tal-wiċċ li tirrifletti tar-riflettur fi pjan perpendikulari mal-fus tagħha ta’ referenza u marbut permezz ta’ pjanijiet li jmissu t-trufijet ta’ barra tal-wiċċ ta’ projezzjoni ta’ dawl tar-riflettur u parallel ma’ dan il-fus. Biex jiġu stabbiliti l-inqas, l-ogħla u l-limiti laterali tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni, għandhom jintużaw biss pjanijiet vertikali u orizzontali.
1.6.4. Uċuh esterni li jarmu d-dawl
"Uċuh esterni li jarmu d-dawl" għal direzzjoni definita ta’ osservazzjoni, tfisser il-projezzjoni ortogonali ta’ wiċċ li jarmi d-dawl fi pjan perpendikulari mad-direzzjoni ta’ osservazzjoni (ara disinn fl-Appendiċi 1).
1.7. Fus ta’ referenza
"Fus ta’ referenza" ifisser il-fus karatteristiku tas-sinjal ta’ dawl, stabbilit mill-manifattur tal-lampa għall-użu bħala direzzjoni ta’ referenza (H = 0 °, V = 0 °) għall-qisien fotometriċi u għal meta titwaħħal il-lampa fuq it-trattur.
1.8. Ċentru ta’ referenza
"Ċentru ta’ referenza" ifisser l-intersezzjoni tal-fus ta’ referenza mal-wiċċ estern li jarmi d-dawl, speċifikat mill-manifattur tal-lampa.
1.9. Angoli ta’ viżibilità ġeometrika
"Angoli ta viżililità ġeometrika" tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp tal-angolu solidu minimu fejn il-wiċċ li jarmi d-dawl esterjuri għandu jkun viżibbli. Dak il-kamp tal-angolu solidu huwa determinat bis-segmenti ta’ sfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa u l-ekwatur huwa parallel mal-art. Dawn is-segmenti huma determinati f’relazzjoni mal-assi ta’ referenza. L-angoli orizzontali β jikkorrespondu mal-angoli lonġitudinali u vertikali α tal-latitudini. M’għandux ikun hemm ostakolu fuq ġewwa tal-angoli ta’ viżibilità għall-propagazzjoni tad-dawl minn kull parti tal-wiċċ li jarmi d-dawl esterjuri tal-lampa.
Dan m’għandux japplika għal xi ostakli eżistenti fil-mument meta l-lampa hija approvata jekk ikun hemm bżonn ta’ approvazzjoni.
1.10. Tarf l-iktar ‘l barra
"Tarf l-iktar ‘l barra" fuq kull naħa tat-trattur ifisser il-pjan parallel mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur u li jikkoinċidi mat-tarf laterali ta’ barra, mingħajr ma jingħata każ tal-projezzjoni:
1.10.1. tat-tajers ħdejn il-punt tal-kuntatt tagħhom mal-art u l-konnessjonijiet tal-istrumenti li jkejjlu l-pressjoni tat-tajers;
1.10.2. ta’ xi mekkaniżmi kontra ż-żliq li jistgħu jintramaw fuq ir-roti;
1.10.3. tal-mirja ta’ viżjoni anterjuri;
1.10.4. tal-lampi tal-ġenb li jindikaw id-direzzjoni, tal-lampi li jindikaw it-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur, tal-lampi ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb) u tal-lampi tal-parkeġġ;
1.10.5. ta’ siġilli tad-dwana mwaħħla mat-trattur u ta’ mekkaniżmi li jwaħħlu fis-sod u jipproteġu dawn is-siġilli.
1.11. Wisa’ ġenerali
"Wisa’ ġenerali" ifisser id-distanza ta’ bejn iż-żewġ pjanijiet vertikali definiti fil-punt 1.10 hawn fuq.
1.12. Lampa waħda
"Lampa waħda" ifisser kull tagħqid ta’ żewġ lampi jew aktar, kemm jekk dawn ikunu identiċi kemm jekk ma jkunux, li jkollhom l-istess funzjoni u kulur, jekk dan jinkludi xi mekkaniżmi, li l-projezzjoni tal-uċuh tagħhom aggregati li jarmu d-dawl, fi pjan trasversali partikolari, tokkupa 60 % jew aktar taż-żona tal-iżgħar rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tal-uċuh li jarmu d-dawl tal-lampi msemmija qabel, sakemm tagħqid bħal dan, fejn ikun hemm bżonn approvazzjoni, jkun approvat bħala lampa waħda.
Dan it-tagħqid possibbli ma japplikax għal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali, għall-lampi ta’ quddiem bir-raġġ jarmi l-isfel u għall-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar.
1.13. Żewġ lampi jew numru biż-żewġ ta’ lampi
"Żewġ lampi" jew "numru biż-żewġ ta’ lampi" ifissru wiċċ wieħed li jarmi d-dawl fil-forma ta’ strixxa, jekk din tkun imqegħda b’mod simetriku f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur u testendi fuq iż-żewġ naħat sa mhux inqas minn 400mm mit-tarf ta’ barra l-aktar ‘il bogħod tat-trattur, u li ma tkunx inqas minn 800mm twila. L-illuminazzjoni ta’ wiċċ bħal dak għandu jiġi pprovdut minn mhux inqas minn żewġ sorsi ta’ dawl imqegħda l-aktar qrib possibbli tat-trufijiet tagħha. Il-wiċċ li jarmi d-dawl jista’ jkun magħmul minn numru ta’ elementi mqiegħda wieħed ħdejn l-ieħor, sakemm il-projezzjonijiet tad-diversi wċuh individwali li jarmu d-dawl fl-istess pjan trasversali ma jokkupawx inqas minn 60 % taż-żona tal-iżgħar rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet ta’ dawn l-uċuh individwali li jarmu d-dawl.
1.14. Distanza bejn żewġ lampi
"Distanza ta’ bejn żewġ lampi" li jħarsu lejn l-istess direzzjoni,tifisser id-distanza ta’ bejn il-projezzjonijiet ortogonali fi pjan perpendikulari mad-direzzjoni fil-kwistjoni tax-xfar tal-għamla taż-żewġ uċuh ta’ illuminazzjoni kif definita skont il-każ imsemmi fil-punt 1.6.
1.15. Lampa mhux obbligatorja
"Lampa mhux obbligatorja" tfisser lampa li l-presenza tagħha hija merħija għad-diskrezzjoni tal-manifattur.
1.16. Ċirkostanzi ta’ tħaddim
"Ċirkostanzi ta’ tħaddim" tfisser ċirkostanzi li juru jekk mekkaniżmu jkun ġie mqabbad hux qed jaħdem b’mod korrett jew le.
1.17. Ċirkostanzi ta’ ċirkwit magħluq
"Ċirkostanzi ta’ ċirkwit magħluq" tfisser ċirkostanzi li juru li mekkaniżmu ġie mixgħul, imma li ma jurix jekk hux qed jaħdem b’mod korrett jew le.
2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tip ta’ trattur f’dak li għandu x’jaqsam mal-installazzjoni ta’ dwal tiegħu u mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl, għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant tiegħu.
2.2. Magħha għandu jkun hemm id-dokumenti li ġejjin, fi tliet kopji, u d-dettalji li ġejjin:
2.2.1 deskrizzjoni tat-tip ta’ trattur f’dak li għandu x’jaqsam mad-dettalji li hemm referenza għalihom fil-punt 1.1;
2.2.2. lista ta’ strumenti preskritti mill-manifattur għall-immuntar tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl. Il-lista tista’ tinkludi diversi tipi ta’ mekkaniżmi għal kull operazzjoni. Kull tip għandu jiġi identifikat kif xieraq (per eżempju, marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, isem u indirizz tal-manifattur, eċċ). Il-lista tista’ tinkludi wkoll id-dettalji addizzjonali li ġejjin, fir-rigward ta’ kull operazzjoni: "jew mekkaniżmi ekwivalenti";
2.2.3. disinn li juri l-arranġament tad-dawl u tat-tagħmir li jagħmel sinjali bid-dawl kollha kemm huma, fejn tidher il-pożizzjoni tal-lampi diversi tat-trattur;
2.2.4. disinn(ji) li juri(u) l-arranġament għal kull lampa individwali li juru l-uċuh ta’ illuminazzjoni kif definit fil-punt 1.6.
2.3. Għandu jiġi ppreżentat trattur mhux mgħobbi, mgħammar bid-dawl u bit-tagħmir li jagħmel sinjali bid-dawl kif deskritt fil-punt 2.2.2 u li hu rapresentattiv tat-tip ta’ trattur li għandu jiġi approvat, lill-awtorità teknika li tkun qiegħda tagħmel il-verifiki tal-approvazzjoni.
2.4 Il-dokument previst fl-Anness II għandu jiġi mehmuż mad-dokument tal-approvazzjoni tat-tip.
3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
3.1 Id-dwal u l-mezzi ta’ sinjalizzazzjoni bid-dawl għandhom jkunu mwaħħla b’tali mod li, taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu u minkejja li jistgħu jkunu soġġetti għal xi vibrazzjonijiet, iżommu l-karatteristiċi preskritti f’dan l-Anness u jippermettu li t-trattur ikun konformi mal-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness. B’mod partikolari, m’għandux ikun possibbli li l-aġġustament tal-lampi jiġi interrott bi żball.
3.1.1. It-tratturi għandhom jkunu mgħammra b’konnetturi elettriċi li jippermettu li tintuża sistema li tista’ tinqala’ ta’ senjalazzjoni bid-dawl. B’mod partikulari, it-tratturi għandu jitwaħħlilhom żbokk ta’ sokit li jkun ikkonnetjat b’mod permanenti, rrakomandat fl-istandard ISO R 1724 (Konnessjonijiet elettriċi għal vetturi b’sistemi elettriċi ta’ 6 jew 12-il volt li japplikaw b’mod aktar speċifiku għall-vetturi privati u karrijiet ħfief jew karavani) (l-ewwel edizzjoni, April 1970) jew ISO R 1185 (Konnessjonijiet elettriċi bejn vetturi tal-irmonk jew irmunkati li għandhom sistemi elettriċi ta’ 24 volt użati għall-għanijiet ta’ trasport kummerċjali internazzjonali) (l-ewwel edizzjoni, Marzu 1970). Fil-każ tal-istandard ISO R 1185, il-funzjoni tal-kuntatt 2 għandha tiġi limitata għal-lampa ta’ wara (tal-ġenb) u għal-lampa li tindika it-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur fuq in-naħa tax-xellug.
3.2. Il-lampi lluminanti deskritti f’1.5.7, 1.5.8 u 1.5.9 għandhom jitwaħħlu b’tali mod li l-issettjar korrett tal-allinjament tagħhom ikun jista’ jsir faċilment.
3.3. Għall-istrumenti kollha li jagħmlu sinjali bid-dawl, il-fus ta’ referenza tal-lampa, meta dan ikun imwaħħal mat-trattur, għandu jkun parallel mal-pjan tal-pożizzjoni tat-trattur fuq it-triq u mal-pjan lonġitudinali tat-trattur. F’kull direzzjoni għandha titħalla tolleranza ta’ ± 3 °. Barra minn hekk, xi struzzjonijiet speċifiċi fir-rigward tat-tagħmir, li huma preskritti mill-manifattur għandhom jiġu mħarsa.
3.4. Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-allinjament tal-lampi għandu jiġi vverifikat meta t-trattur ma jkunx mgħobbi, impoġġi fuq wiċċ ċatt, orizzontali.
3.5. Fin-nuqqas ta’ kondizzjonijiet speċifiċi, il-lampi li jikkostitwixxu par għandhom:
3.5.1. jitwaħħlu mat-trattur b’mod simetriku b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan;
3.5.2. ikunu simetriċi waħda mal-oħra b’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan;
3.5.3. jissodisfaw l-istess karatteristiċi kolorimetriċi;
3.5.4. ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.
3.6. Fuq tratturi li l-forma esterna tagħhom mhix simetrika, il-kondizzjonijiet tal-punti 3.5.1 u 3.5.2 għandhom kemm jista’ jkun jiġu sodisfatti. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk id-distanza taż-żewġ lampi mill-pjan lonġitudinali medjan u mill-pjan ta’ pożizzjoni fuq l-art tkun l-istess.
3.7. Lampi li għandhom funzjonijiet differenti jistgħu jkunu indipendenti jew miġbura flimkien, magħquda jew inkorporati reċiprokament f’mekkaniżmu wieħed, sakemm kull waħda mil-lampi tissodifa l-kondizzjonijiet li japplikaw għaliha.
3.8 L-għoli massimu mill-art għandu jiġi mkejjel mill-punt l-aktar għoli u l-għoli minimu mill-punt l- aktar baxx tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni.
3.9. Fin-nuqqas ta’ kondizzjonijiet speċifiċi, l-ebda lampa barra mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni u s-sinjal li javża li hemm periklu, ma jistgħu jarmu dawl li jintefa’ u jixgħel malajr.
3.10. Fuq in-naħa ta’ quddiem, m’għandu jkun viżibbli l-ebda dawl aħmar, u fuq in-naħa ta’ wara, m’għandu jkun viżibbli l-ebda dawl abjad barra dak tal-lampi tal-irriversjar jew tal-lampi ta’ xogħol.
Din il-ħtieġa tiġi ikkunsidrata li tkun tħarset jekk:
3.10.1. għall-viżibilità ta’ dawl aħmar lejn in-naħa ta’ quddiem: jekk osservatur li qed jiċċaqlaq fiż-żona 1 fi pjan trasversali li qiegħed 25m ‘l quddiem tat-trattur, ma jkollu l-ebda viżibilità diretta ta’ dawl aħmar (ara Appendiċi 2, Figura 1);
3.10.2. għall-viżibilità ta’ dawl abjad fuq in-naħa ta’ wara: jekk osservatur li qed jiċċaqlaq fiż-żona 2 fi pjan trasversali li qiegħed 25m fuq wara tat-trattur ma jkollu l-ebda viżibilità diretta ta’ dawl abjad (ara Appendiċi 2, Figura 2).
3.10.3. Iż-żona 1 u 2, kif jidhru minn osservatur, huma limitati fil-pjanijiet rispettivi tagħhom kif ġej:
3.10.3.1. għal dak li għandu x’jaqsam mat-tul, b’żewġ pjanijiet orizzontali li huma 1m u 2,2m rispettivament ‘l fuq mill-art;
3.10.3.2. f’dak li għandu x’jaqsam mal-wisa’, b’żewġ pjanijiet vertikali li jagħmlu angolu ta’ 15 ° lejn in-naħa ta’ quddiem u lejn in-naħa ta’ wara rispettivament, u lejn in-naħa ta’ barra b’referenza għall-pjan medjan tat-trattur, billi jgħaddu mill-punt (jew punti) ta’ kuntatt ta’ pjanijiet vertikali li huma paralleli mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur, u billi jillimitaw il-wisa’ ġenerali tat-trattur meta jkunu fuq rotta wiesa’.
Jekk ikun hemm diversi punti ta’ kuntatt, il-punt l-aktar ‘il bogħod lejn in-naħa ta’ quddiem għandu jintgħażel għaż-żona 1 u l-punt l-aktar ‘l bogħod lejn in-naħa ta’ wara għandu jintgħażel għaż-żona 2.
3.11. Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li, l-lampi ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb), il-lampi li jindikaw it-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur, jekk dawn ikunu jeżistu, u l-lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara, jistgħu jinxtegħlu u jintfew simultanjament.
3.12. Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom jkunu tali li, l-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali u tar-raġġ li jarmi l-isfel, u l-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem u ta’ wara ma jkunux jistgħu jinxtegħlu sakemm il-lampi li hemm referenza għalihom fil-punt 3.11, ma jkunux mixgħula wkoll. Madankollu, din il-kondizzjoni m’għandhiex tapplika għal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali u r-raġġ li jarmi ‘l isfel meta t-twissijiet tagħhom bid-dawl, jikkonsistu f’li l-lampi ta’ quddiem tar-raġġ li jarmi l-isfel jixgħelu b’mod intermittenti f’intervalli qosra, jew f’li l-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali jixtegħlu b’mod intermittenti jew f’li l-lampi ta’ quddiem tar-raġġ li jarmi l-isfel u r-raġġ prinċipali jixgħelu alternattivament f’intervalli qosra.
3.13. Il-kuluri tad-dawl mormi mil-lampi jew mir-rifletturi huwa kif ġej:
- lampa ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali: abjad;
- lampa ta’ quddiem tar-raġġ li jarmi l-isfel: abjad;
- lampa taċ-ċpar ta’ quddiem: abjad jew isfar;
- lampa li turi li l-karrozza se treġġa’ lura: abjad;
- lampa li tindika d-direzzjoni: ambra;
- sinjal li javża li hemm periklu: ambra;
- lampa ta’ waqfien: aħmar;
- lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: abjad;
- lampa ta’ quddiem (tal-ġenb): abjad;
- lampa ta’ wara (tal-ġenb): aħmar;
- lampa taċ-ċpar ta’ wara: aħmar;
- lampa tal-parkeġġ: abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara, ambra jekk din tkun inkorporata mal-lampi tal-ġenb li jindikaw id-direzzjoni;
- lampa tax-xogħol: ebda speċifikazzjonijiet;
- lampa li tindika it-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur: abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara;
- riflettur bir-rifless ta’ wara, li mhux trijangulari: aħmar.
3.14 Il-funzjoni taċ-ċirkostanzi taċ-ċirkwit magħluq tista’ titwettaq minn ċirkostanzi tat-tħaddim.
3.15. Lampi li jistgħu jinħbew
3.15.1. Il-ħabi ta’ lampi m’għandux ikun permess, bl-eċċezzjoni tal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali, il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jarmi ‘l isfel u l-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem, li jistgħu jinħbew meta ma jkunux qed jintużaw.
3.15.2. Mekkaniżmu luminanti fil-pożizzjoni tal-użu għandu jibqa’ f’dik il-pożizzjoni jekk il-ħsara fit-tħaddim imsemmija fil-punt 3.15.2.1 isseħħ jew weħida jew flimkien ma’ waħda mill-ħsarat deskritti fil-punt 3.15.2.2.
3.15.2.1. In-nuqqas ta’ enerġija biex titħaddem il-lampa.
3.15.2.2. Ksur, tfixkil, jew ċirkwitu qasir mal-ert fiċ-ċirkwit elettriku, difetti fil-wajers idrawliċi jew pnewmatiċi, Bowden kejbils, solenojdi jew komponenti oħra li jikkontrollaw jew jittrasmettu l-enerġija li hi intenzjonata biex tħaddem l-istrument ta’ ħabi.
3.15.3. Fil-każ ta’ difett fil-kontroll tal-ħabi, mekkaniżu ta’ dawl moħbi, għandu jkun jista’ jiġi mċaqlaq fil-pożizzjoni ta’ użu mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ għodda.
3.15.4. Għandu jkun possibbli li wieħed iċaqlaq il-mekkaniżmi luminanti fil-pożizzjoni ta’ użu u li jixgħelhom permezz ta’ kontroll wieħed, mingħajr ma tiġi eskluża l-possibilità li wieħed ikun jista’ jċaqlaqhom fil-pożizzjoni ta’ użu mingħajr ma jixgħelhom. Madankollu, fil-każ ta’ lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali u tar-raġġ li jarmi l-isfel miġbura flimkien, il-kontroll imsemmi hawn fuq huwa meħtieġ biss biex jiġu attivati il-lampi ta’quddiem bir-raġġ li jarmi ‘l isfel.
3.15.5. M’għandux ikun possibbli deliberatament, li mis-sedil tas-sewwieq, jitwaqqaf il-moviment tal-lampi ta’ quddiem li ġew mixgħula, sakemm dawn jilħqu l-pożizzjoni tal-użu. Jekk ikun hemm periklu ta’ tgħammix bil-moviment tal-lampi ta’ quddiem għal kull min ikun qed juża t-triq, dawn jistgħu jinxtegħlu biss meta jkunu laħqu l-pożizzjoni finali tagħhom.
3.15.6. F’temperaturi ta’ bejn -30 ° u +50 °C, mekkaniżmu luminanti għandu jkun kapaċi jilħaq il-pożizzjoni li fiha jkun kompletament miftuħ fi żmien tliet sekondi mit-tħaddim inizzjali tal-kontroll.
3.16. Lampi ta’ pożizzjoni varjabbli
3.16.1. Fil-każ ta’ tratturi li għandhom wisa’ ta’ bejn iż-żewġ roti ta’ 1150mm jew inqas, il-pożizzjoni tal-lampi li jindikaw id-direzzjoni, tal-lampi ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb) u l-lampi ta’ waqfien tista’ tvarja, sakemm:
3.16.1.1. dawn il-lampi jibqgħu viżibbli anki meta tiġi modifikata l-pożizzjoni tagħhom;
3.16.1.2. dawn il-lampi jistgħu jiġu maqfula fil-pożizzjoni mitluba mill-kondizzjonijiet tat-traffiku. Il-qfil għandu jkun awtomatiku.
4. SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI
4.1. Lampa ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali
4.1.1. Preżenza
Mhux obbligatorja.
4.1.2. Numru
Tnejn jew erbgħa.
4.1.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.1.4. Pożizzjoni
4.1.4.1. Wisa’:
It-trufijiet ta’ barra tal-wiċċ ta’ luminazzjoni ma għandhom fl-ebda każ ikunu eqreb tat-tarf l-aktar ‘il barra tat-trattur mit-trufijiet ta’ barra tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni tal-lampi ta’ quddiem bir-raġġ li jarmi ‘l isfel.
4.1.4.2. Għoli:
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.1.4.3. Tul:
L-aktar qrib tan-naħa ta’ quddiem tat-trattur possibbli; madankollu, id-dawl mormi m’għandux, fl-ebda ċirkustanza, jikkawża skumdità lis-sewwieq, kemm direttament, jew indirettament mill-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew uċuh li jirriflettu tat-trattur.
4.1.5. Viżibilità ġeometrika
Il-viżibilità tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni, li tinkludi l-viżibilità tiegħu f’żoni li ma jidhrux li huma mixgħula fid-direzzjoni ta’ osservazzjoni kkunsidrata, għandha tiġi assigurata fi spazju diverġenti definit mil-linji produttivi bbażati fuq il-perimetru tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni u li jiffurmaw angolu ta’ mhux inqas minn 5 ° mal-fusien ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem.
4.1.6. Allinjament
Lejn in-naħa ta’ quddiem
Barra mill-mekkaniżmi meħtieġa biex jinżamm aġġustament korrett, u fejn ikun hemm żewġ pari ta’ lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali, par minnhom, li jikkonsisti f’lampi ta’ quddiem b’raġġ prinċipali biss, jista’ jiddawwar, skont l-angolu tal-qofol tal-istering, madwar fus qrib ħafna tal-vertikal.
4.1.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
mal-lampi ta’ quddiem bir-raġġ jarmi ‘l isfel u mal-lampi ta’ quddiem l-oħra.
4.1.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ kwalunkwe lampa oħra.
4.1.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
4.1.9.1. ma’ lampa ta’ quddiem bir-raġġ jarmi l-isfel, sakemm il-lampa ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali tista’ tiddawwar skont l-angolu tal-qofol tal-istering;
4.1.9.2. mal-lampa ta’ quddiem (tal-ġenb);
4.1.9.3. mal-lampa taċ-ċpar ta’ quddiem;
4.1.9.4. mal-lampa tal-parkeġġ.
4.1.10. Konnessjonijiet elettriċi
4.1.10.1. Il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali jistgħu jiġu mixgħula jew simultanjament jew f’pari. Biex ikun hemm bidla minn raġġ jarmi ‘l isfel għal raġġ prinċipali, tal-anqas par wieħed ta’ raġġi prinċipali għandu ikun mixgħul. Biex ikun hemm bidla minn raġġ prinċipali għal raġġ jarmi ‘l isfel, il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali kollha għandhom jintfew simultanjament.
4.1.10.2. Ir-raġġi li jarmu ‘l isfel jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mar-raġġi prinċipali.
4.1.11. Ċirkostanza ta’ ċirkwit magħluq
Mandatorju
4.1.12. Ħtiġiet oħra
4.1.12.1. L-intensità massima globali tar-raġġi prinċipali li jistgħu jinxtegħlu simultanjament ma għandhiex taqbeż 225000 cd.
4.1.12.2. Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddu flimkien l-intensitajiet massimi individwali mkejjla waqt l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent u li jidhru fuq iċ-ċertifikati rilevanti tal-approvazzjoni.
4.2. Lampa ta’ quddiem bir-raġġ jarmi ‘l isfel
4.2.1. Presenza
Mandatorju
4.2.2. Numru
Tnejn
4.2.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.2.4. Pożizzjoni
4.2.4.1. Wisa’:
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.2.4.2. Għoli ‘l fuq mill-art:
4.2.4.2.1. jekk żewġ lampi ta’ quddiem bir-raġġ jarmi l-isfel biss huma mwaħħla:
- minimu ta’ 500 mm;
- massimu ta’ 1200mm.
Din id-distanza tista’ tiżdied sa 1500 mm, jekk l-għoli ta’ 1200mm ma jkunx jista’ jiġi osservat minħabba d-disinn, b’konsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-użu tat-trattur u tat-tagħmir ta’ tħaddim tiegħu;
4.2.4.2.2. fil-każ ta’ tratturi mgħammra biex jitwaħħal magħhom apparat li jista’ jinġarr fuq quddiem, żewġ lampi dipped-beam b’żieda mal-lampi msemmija fil-punt 4.2.4.2.1 għandhom ikunu permess f’għoli li ma jeċċedix it-3000 mm, jekk il-konnessjonijiet elettriċi jkunu tali li żewġ pari ta’ lampi dipped-beam ma jistgħux jinxtegħlu fl-istess ħin.
4.2.4.3. Tul:
L-aktar qrib possibbli tan-naħa ta’ quddiem tat-trattur; madankollu, d-dawl mormi ma jista’, fl-ebda ċirkustanza, jikkawża skumdità lis-sewwieq, kemm direttament, jew indirettament mill-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew mill-uċuh li jirriflettu tat-trattur.
4.2.5. Viżibilità ġeometrika
Definiti bl-angoli α u β kif speċifikat fil-punt 1.9:
α = 15 ° ‘il fuq u 10 ° ‘l isfel,
β = 45 ° ‘il barra u 5 ° ‘il ġewwa,
F’dan il-qasam, għandha tkun viżibbli kważi t-totalità kollha tal-wiċċ li jarmi d-dawl.
Il-preżenza ta’ pannelli jew oġġetti oħra ta’ tagħmir ħdejn il-lampa ma jistax ikollhom effetti sekondarji li jikkawżaw skumdità għal min ikun qed juża t-triq.
4.2.6. Allinjament
4.2.6.1. L-allinjament tal-lampi ta’ quddiem bir-raġġ jarmi ‘l isfel ma għandux ivarja skont l-angolu tal-qfiel tal-istering.
4.2.6.2. Jekk l-għoli tal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jarmi ‘l isfel huwa ugwali għal, jew akbar minn 500mm u ugwali għal, jew inqas minn 1200 mm, għandu ikun possibbli li r-raġġ jarmi ‘l isfel jitniżżel għal bejn 0,5 u 4 %;
4.2.6.3. Jekk l-għoli tal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jarmi ‘l isfel huwa akbar minn 1200 imma mhux ikbar minn 1500mm, il-limitu ta’ 4 % preskritt fil-punt 4.2.6.2 għandu jiżdied għal 6 %; il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jarmi ‘l isfel li hemm referenza għalihom fil-punt 4.2.4.2.2 għandhom ikunu allinjati b’tali mod li, meta mkejjla minn 15m mill-lampa, il-linja orizzontali li tissepara ż-żona mixgħula, tkun f’għoli ekwivalenti għal biss nofs id-distanza ta’ bejn l-art u ċ-ċentru tal-lampa.
4.2.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
mal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali u mal-lampi ta’ quddiem l-oħra.
4.2.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ kwalunkwe lampa oħra.
4.2.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
4.2.9.1. mal-lampa ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali, sakemm din tal-aħħar tiddawwar skont l-angolu tal-qfiel tal-istering;
4.2.9.2. mal-lampi l-oħra ta’ quddiem.
4.2.10. Konnessjonijiet elettriċi
Il-kontroll biex ikun hemm qlib għal raġġ jarmi ‘l isfel għandu jitfi l-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali simultanjament.
Ir-raġġi jarmu ‘l isfel jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin mar-raġġi prinċipali.
4.2.11. Ċirkostanza ta’ ċirkwit magħluq
Mhux obbligatorju
4.2.12. Ħtiġiet oħra
Il-ħtiġiet tal-punt 3.5.2 m’għandhomx japplikaw għal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jarmi ‘l isfel.
4.3. Lampa taċ-ċpar ta’ quddiem
4.3.1. Presenza
Mhux obbligatorja
4.3.2. Numru
Tnejn
4.3.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.3.4. Pożizzjoni
4.3.4.1. Wisa’:
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.3.4.2. Għoli:
Mhux inqas minn 250 mm ‘l fuq mill-art.
L-ebda punt fuq il-wiċċ ta’ illuminazzjoni ma għandu jkun aktar għoli mill-aktar punt għoli tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni tal-lampa ta’ quddiem tar-raġġ li jarmi ‘l isfel.
4.3.4.3. Tul:
L-aktar qrib tan-naħa ta’ quddiem tat-trattur possibbli: madankollu, id-dawl mormi ma jista’, fl-ebda ċirkustanza, jikkawża skumdità lis-sewwieq, kemm direttament, jew indirettament mill-mirja ta’ viżjoni anterjuri u/jew mill-uċuh li jirriflettu tat-trattur.
4.3.5. Viżibilità ġeometrika
Definit bl-angoli α u β as speċifikati fil-punt 1.9:
α = 5 ° ‘il fuq u ‘l isfel;
β = 45 ° ‘il barra u 5 ° ‘l ġewwa.
4.3.6. Allinjament
L-allinjament tal-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem ma għandux ivarja skont l-angolu tal-qfiel tal-istering.
Għandhom jkunu jħarsu ‘l quddiem mingħajr ma jikkawżaw tgħammix jew skumdità għal sewwieqa oħra li jkunu ġejjin min-naħa l-oħra jew lil min ikun qed juża t-triq.
4.3.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ lampi oħra ta’ quddiem.
4.3.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ lampi oħra ta’ quddiem.
4.3.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
4.3.9.1. mal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali li ma jistgħux jiddawwru skont l-angolu tal-qfil tal-istering meta jkun hemm erba’ lampi ta’ quddiem;
4.3.9.2. mal-lampi ta’ quddiem (tal-ġenb);
4.3.9.3. mal-lampa tal-parkeġġ.
4.3.10. Konnessjonijiet elettriċi
Għandu ikun possibbli li l-lampa taċ-ċpar tintefa’ u tinxtegħel indipendentement mil-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali u r-raġġ li jarmi ‘l isfel u bil-maqlub.
4.3.11. Ċirkostanza ta’ ċirkwit magħluq
Mhux obbligatorja.
4.4. Lampi li juru li l-karrozza se tirriversja
4.4.1. Presenza
Mhux obbligatorja.
4.4.2. Numru
Waħda jew tnejn.
4.4.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.4.4. Pożizzjoni
4.4.4.1. Wisa’:
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.4.4.2. Għoli:
Mhux inqas minn 250 mm u mhux aktar minn 1200 ‘l fuq mill-art.
4.4.4.3. Tul:
Fuq wara tat-trattur.
4.4.5. Viżibilità ġeometrika
Definiti bl-angoli α u β kif speċifikat fil-punt 1.9:
α = 15 ° ‘l fuq u 5 ° ‘l isfel;
β = 45 ° lejn il-lemin u lejn ix-xellug jekk ikun hemm lampa waħda;
β = 45 ° ‘l barra u 30 ° ‘il ġewwa jekk ikun hemm tnejn.
4.4.6. Allinjament
n-naħa ta’ wara
4.4.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ kwalunkwe lampa ta’ wara oħra.
4.4.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ lampi oħra.
4.4.9. Ma jistgħux jiġu "inkorporati reċiprokament"
ma’ lampi oħra.
4.4.10. Konnessjonijiet elettriċi
Din tista’ tinxtegħel biss jekk il-ger tat-treġġiegħ lura jkun qed jitħaddem u jekk il mekkaniżmu li jikkontrolla l-bidu u t-tmiem tat-tħaddim tal-magna jkun f’pożizzjoni tali li t-tħaddim tal-magna jkun possibbli.
Ma għandux jixgħel jew jibqa’ mixgħul jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq ma tkunx imħarsa.
4.4.11. Ċirkostanza
Mhux obbligatorja.
4.5. Lampa li tindika d-direzzjoni
4.5.1. Presenza (ara Appendiċi 3).
Mandatorju. Tipi ta’ indikaturi jaqgħu fil-kategoriji (1, 2 u 5), li l-immuntar tagħhom fuq wieħed mit-tratturi jikkostitwixxi arranġament (A sa D).
L-arranġament A għandu jitħalla biss fuq tratturi li t-tul ġenerali tagħhom ma jaqbiżx 4,60m u f’dak il-każ ta’ id-distanza ta’ bejn it-trufijiet ta’ barra u l-uċuh ta’ illuminazzjoni m’humiex aktar minn 1,60 m.
L-arranġamenti B, Ċ u D għandhom japplikaw għat-tratturi kollha.
Lampi addizzjonali biex jindikaw id-direzzjoni m’humiex obbligatorji
4.5.2. Numru
In-numru ta’ mekkaniżmi għandu jkun tali li jistgħu jitfgħu sinjali li jikkorrispondu ma’ wieħed mill-arranġamenti msemmija f’4.5.3.
4.5.3. Arranġament (ara Appendiċi 3).
A - Żewġ lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 1);
- Żewġ lampi ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 2);
Dawn il-lampi jistgħu jkunu indipendenti, miġbura flimkien jew magħqudin.
B - Żewġ lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 1);
- Żewġ lampi tal-ġnub li jindikaw id-direzzjoni li jteptpu (kategorija 5);
- Żewġ lampi ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 2);
Il-lampi ta’ quddiem u l-lampi tal-ġnub li jibqgħu jteptpu jistgħu jkunu indipendenti, miġbura flimkien jew magħquda.
Ċ - Żewġ lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 1);
- Żewġ lampi ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 2);
- Żewġ lampi tal-ġnub li jindikaw id-direzzjoni li jteptpu (kategorija 5);
D - Żewġ lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 1);
- Żewġ lampi ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni (kategorija 2).
4.5.4. Pożizzjoni
4.5.4.1. Wisa’:
Ix-xifer tal-wiċċ ta’ illuminazzjoni l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur ma għandux ikun aktar minn 400mm mix-xifer l-aktar ‘il bogħod tat-trattur.
Id-distanza ta’ bejn ix-xfar ta’ barra taż-żewġ uċuh ta’ illuminazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn 500mm.
Meta d-distanza vertikali ta’ bejn il-lampa ta’ wara li tindika d-direzzjoni u l-lampa ta’ wara (tal-ġenb) li tikkorrispondi magħha ma tkunx aktar minn 300mm, id-distanza ta’ bejn ix-xifer l-aktar ‘il barra tat-trattur u x-xifer ta’ barra tal-lampa ta’ wara li tindika d-direzzjoni ma għandhiex taqbeż b’aktar minn 50mm id-distanza tax-xifer l-aktar ‘il barra tat-trattur u x-xifer ta’ barra tal-lampa ta’ wara (tal-ġenb) korrispondenti.
Għal-lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni, il-wiċċ ta’ illuminazzjoni ma għandux ikun inqas minn 40mm mill-wiċċ ta’ luminazzjoni tal-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jitfa’ ‘l isfel jew mill-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem, jekk ikun hemm. Distanza iżgħar hija permessa jekk l-intensità tad-dawl fil-fus ta’ referenza tal-lampa li tindika d-direzzjoni hija ugwali għal tal-anqas 400cd.
4.5.4.2. Tul
’il fuq mill-art
- Mhux anqas minn 500 mm għal lampi għall-indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategorija 5;
- mhux anqas minn 400 mm għal lampi għall-indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategoriji 1u 2;
- mhux anqas minn 1900 mm għall-kategoriji kollha, jekk l-istruttura tat-trattur hija b’tali mod li din iċ-ċifra massima ma tistax tinżamm, l-ogħla punt fuq il-parti li tixgħel tista’ tkun sa 2300 mm għal lampi li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 5, għal dawk fil-kategoriji 1 u 2 tal-arranġament A, għal dawk fil-kategorija 1 u 2 tal-arranġament B u għal dawk fil-kategorija 1 u 2 tal-arranġament D; tista’ tkun sa 2100 mm għal dwak fil-kategoriji 1 u 2 ta’ arranġamenti oħra;
- sa 4000 mm għal lampi mhux mandatorji għall-indikazzjoni tad-direzzjoni.
4.5.4.3. Tul:
Id-distanza ta’ bejn iċ-ċentru ta’ referenza tal-wiċċ ta’ luminazzjoni tal-lampa tal-ġenb li tindika d-direzzjoni (arranġamenti B u Ċ) u l-pjan trasversali li jimmarka l-limitu ta’ quddiem tat-tul totali tat-trattur, m’għandhiex taqbeż 1800mm. Jekk l-istruttura tat-trattur tippermetti li tikkonforma mal-angoli minimi ta’ viżibilità, din id-distanza tista’ tiżdied sa 2600mm.
4.5.5. Viżibilità ġeometrika
Angolu orizzontali
(ara Appendiċi 3).
Angolu vertikali
15 ° ‘il fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas sa 10 ° fil-każ ta’ lampi tal-ġnub repetitivi laterali li jindikaw id-direzzjoni tal-arranġamenti B u Ċ jekk it-tul tagħhom huwa inqas minn 1500mm. L-istess japplika fil-każ ta’ lampi li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 1 tal-arranġamenti B u D.
4.5.6. Allinjament
Jekk l-ispeċifikazzjonijiet individwali għall-installazzjoni huma preskritti mill-manifattur dawn għandhom jiġu osservati.
4.5.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ lampa waħda jew aktar, li ma jistgħux jinħbew.
4.5.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ lampa oħra, barra skont l-arranġamenti imsemmi fil-punt 4.5.3.
4.5.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
biss ma’ lampa tal-parkeġġ, imma biss fil-każ ta’ lampi li jindikaw id-direzzjoni tal-kategorija 5.
4.5.10. Konnessjonijiet elettriċi
Il-lampi li jindikaw id-direzzjoni għandhom jixgħelu indipendentement minn lampi oħrajn. Il-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq naħa waħda tat-trattur għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed u għandhom jinxtegħlu u jintfew malajr fl-istess ħin.
4.5.11. Ċirkostanzi ta’ tħaddim
Mandatorju għall-lampi kollha li jindikaw id-direzzjoni li mhumiex direttament viżibbli għas-sewwieq. Dan jista’ jkun ottiku, jew li jinstema’, jew it-tnejn.
Jekk dan ikun ottiku, għandu jkun dawl li jteptep li, fil-każ tal-lampi li jindikaw id-direzzjoni, barra l-lampi li jindikaw id-direzzjoni b’dawl iteptep, ma jibdewx jaħdmu sew, dan għandu jew jintefa’, jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jteptep, jew juri bidla ta’ frekwenza b’mod ċar. Jekk ikun kollu kemm hu bil-ħoss, għandu jinstema’ b’mod ċar u għandu juri bidla ċara ta’ frekwenza fil-każ li ma jibdiex jaħdem sew.
Jekk trattur ikun mgħammar biex jiġbed karru, għandu jkun mgħammar b’ċirkostanza tat-tħaddim ottiku speċjali għal-lampi li jindikaw id-direzzjoni ta’ fuq it-karru sakemm iċ-ċirkostanza ta’ fuq il-vettura li qed tiġbed, ma tkunx tippermetti li tiġi osservata kull ħsara f’waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni fuq l-għaqda tat-trattur hekk iffurmata.
4.5.12. Ħtiġiet oħra
Id-dawl għandu jkun dawl li jteptep, li jteptep 90 ± 30 darba fil-minuta.
It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjal bid-dawl għandu jiġi segwit f’inqas minn sekonda bid-dehra ta’ dawl u f’mhux aktar minn sekonda u nofs wara li jkun intefa għall-ewwel darba.
Jekk trattur ikun awtorizzat li jiġbed karru, il-kontroll tal-lampi li jindikaw id-direzzjoni ta’ fuq it-trattur għandhom joperaw ukoll il-lampi indikaturi ta’ fuq it-karru.
Fil-każ ta’ ħsara, barra dik ta’ ċirkwit qasir, ta’ waħda mil-lampi li jindikaw id-direzzjoni, l-oħrajn għandhom ikomplu jteptpu imma l-frekewnza f’din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dik speċifikata.
4.6. Sinjal li javża li hemm periklu
4.6.1. Preżenza
Mandatorja
4.6.2.Numru | Kif speċifikat fl-intestaturi tal-punt 4.5 li jikkorrispondu |
4.6.3Arranġament |
4.6.4Pożizzjoni |
4.6.4.1.Wisa’ |
4.6.4.2.Għoli |
4.6.4.3.Tul |
4.6.5.Viżibilità ġeometrika |
4.6.6.Allinjament |
4.6.7.Jista’/ma jistax ikun "iggruppat" |
4.6.8.Jista’/ma jistax ikun "kombinat" |
4.6.9.Jista’/ma jistax ikun "inkorporat reċiprokament" |
4.6.10 Konnessjonijiet elettriċi
Is-sinjal għandu jiġi mħaddem permezz ta’ kontroll separat li jippermetti li l-lampi li jindikaw id-direzzjoni jaħdmu fl-istess ħin.
4.6.11 Ċirkostanza ta’ ċirkwit magħluq
Mandatorja. Dawl li javża li jteptep, li jista’ jitħaddem flimkien maċ-ċirkostanza/i speċifikat(i) fil-punt 4.5.11.
4.6.12. Ħtiġiet oħra
Kif speċifikat f’4.5.12, jekk trattur ikun mgħammar biex jiġbed karru, il-kontroll tas-sinjal li juri li hemm periklu għandu jkun kapaċi li jibda jħaddem ukoll il-lampi li jindikaw id-direzzjoni ta’ fuq il-karru. Is-sinjal li juri li hemm periklu għandu jkun jista’ jaħdem anke jekk il-mekkaniżmu li jixgħel jew iwaqqaf il-magna ikun qiegħed f’pożizzjoni li ma tippermettix li tinxtegħel il-magna.
4.7. Lampi ta’ waqfien
4.7.1. Preżenza
Mandatorja.
4.7.2. Numru
Tnejn
4.7.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.7.4. Pożizzjoni
4.7.4.1. Wisa’:
Mhux inqas minn 500 mm ‘l bogħod minn xulxin. Din id-distanza tista tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ ġenerali tal-vettura hija inqas minn 1400mm.
4.7.4.2. Għoli:
‘L fuq mill-art: mhux inqas minn 400mm, mhux iktar minn 1900 mm jew 2300 mm jekk il-forma tal-istruttura ma tippermettix li jinżamm il-limitu massimu ta’ 1900 mm.
4.7.4.3. Tul:
Fuq wara tat-trattur.
4.7.5. Viżibilità ġeometrika
Angolu orizzontali
45 ° ‘il barra u ‘l ġewwa.
Angolu vertikali
15 ° ‘il fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 10 ° fil-każ ta’ lampi li huma inqas minn 1500mm ‘il fuq mill-art; sa 5 ° fil-każ ta’ lampi li huma inqas minn 750mm ‘il fuq mill-art.
4.7.6. Allinjament
Lejn in-naħa ta’ wara tat-trattur.
4.7.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ lampa waħda jew aktar ta’ wara.
4.7.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ lampa oħra.
4.7.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
ma’ lampa ta’ wara (tal-ġenb) jew ma’ lampa tal-parkeġġ.
4.7.10. Konnessjonijiet elettriċi
għandhom jixegħlu meta jiġu applikati l-brejkijiet.
4.7.11. Ċirkostanzi ta’ tħaddim
Mhux obbligatorja. Jekk dan jeżisti, għandu jkun dawl li juri li hemm periklu li ma jteptipx u li jixgħel fil-każ li l-lampi ta’ waqfien ma jkunux qed jaħdmu sew.
4.7.12. Ħtiġiet oħra
L-intensità tad-dawl tal-lampi ta’ waqfien għandha tkun sinjifikament akbar, b’mod li jidher ċar, minn dik tal-lampi ta’ wara (tal-ġenb).
4.8. Lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara
4.8.1. Presenza
Mandatorju
4.8.2.Numru | B’mod illi l-mekkaniżmu jkun kapaċi jdawwal l-ispazju tal-pjanċa tar-registrazzjoni. |
4.8.3.Arranġament |
4.8.4.Pożizzjoni |
4.8.4.1.Wisa’ |
4.8.4.2.Għoli |
4.8.4.3.Tul |
4.8.5.Viżibiltà ġeometrika |
4.8.6.Allinjament |
4.8.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ lampa waħda jew aktar ta’ wara.
4.8.8. Jistgħu "jingħaqdu"
mal-lampi ta’ wara (tal-ġenb);
4.8.9. Ma jistgħux jiġu "inkorporati reċiprokament"
ma’ lampa oħra.
4.8.10. Konnessjonijiet elettriċi
Il-mekkaniżmu għandu jixgħel biss fl-istess ħin mal-lampi ta’ wara (tal-ġenb).
4.8.11. Ċirkostanza ta’ ċirkwit magħluq
Mhux obbligatorja. Jekk dan jeżisti, il-funzjoni tiegħu għandha ssir miċ-ċirkostanza meħtieġa għal-lampi ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġenb).
4.9 Pożizzjoni tal-lampi ta’ quddiem (tal-ġenb)
4.9.1. Presenza
Mandatorju
4.9.2. Numru
Tnejn jew erbgħa (ara l-punt 4.2.4.2.2).
4.9.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.9.4. Pożizzjoni
4.9.4.1. Wisa’:
Il-punt fuq il-wiċċ ta’ illuminazzjoni li huwa l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur ma għandux ikun aktar minn 400mm mix-xifer l-aktar ‘l barra tat-trattur.
L-ispazju ħieles ta’ bejn xfar ta’ ġewwa rispettivi taż-żewġ uċuh ta’ illuminazzjoni m’għandux ikun inqas minn 500mm.
4.9.4.2. Għoli:
‘L fuq mill-art: mhux inqas minn 400mm, mhux iktar minn 1900mm jew 2300 mm jekk il-forma tal-istruttura ma tippermettix li jinżamm il-limitu massimu ta’ 1900mm.
4.9.4.3. Tul:
M’hemm l-ebda speċifikazzjonijiet, sakemm il-lampi huma allinjati ‘l quddiem u l-angoli tal-viżibilità ġeometrika speċifikati fil-punt 4.9.5 huma rispettati.
4.9.5. Viżibilità ġeometrika
Angolu orizzontali
Għaż-żewġ lampi ta’ quddiem (tal-ġenb); 10 ° ‘il ġewwa u 80 ° ‘il barra. Madankollu, l-angolu ta’ 10 ° ‘il ġewwa jista’ bħala eċċezzjoni jitnaqqas sa 5 ° jekk il-forma tal-istruttura ma tippermettix li jinżammu l-10 °. Għal tratturi li għandhom wisa’ ġenerali li ma taqbiżx 1400mm dan l-angolu jista’ jitnaqqas għal 3 ° jekk il-forma tal-istruttura ma tippermettix li jinżammu l-10 °.
Angolu vertikali
15 ° ‘il fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas sa 10 ° jekk l-għoli tal-lampi ‘l fuq mill-art huwa inqas minn 1500mm, u sa 5 ° jekk dan l-għoli huwa inqas minn 750mm.
4.9.6. Allinjament
Lejn in-naħa ta’ quddiem
4.9.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.
4.9.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ kwalunkwe lampi oħra.
4.9.9. Jistgħu jiġu "nkorporati reċiprokament"
ma’ kwalunkwe lampa oħra ta’ quddiem.
4.9.10. Konnessjonijiet elettriċi
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.9.11. Ċirkostanza
Mandatorju. Din iċ-ċirkostanza għandha tkun li ma jteptipx. M’għandux ikun meħtieġ jekk it-tidwil tal-pannell tal-istrumenti, jista’ biss jinxtegħel simultanjament mal-lampi ta’ quddiem (tal-ġenb).
4.10. Lampi ta’ wara (tal-ġenb)
4.10.1. Presenza
Mandatorju
4.10.2. Numru
Tnejn
4.10.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.10.4. Pożizzjoni
4.10.4.1. Wisa’:
Il-punt fuq il-wiċċ ta’ illuminazzjoni li huwa l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur ma għandux ikun aktar minn 400mm mix-xifer l-aktar ‘l barra tat-trattur.
Id-distanza ta’ bejn ix-xfarijiet ta’ ġewwa taż-żewġ uċuh ta’ illuminazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn 500mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas sa 400mm meta l-wisa’ ġenerali tat-trattur huwa inqas minn 1400mm.
4.10.4.2. Għoli:
‘L fuq mill-art: mhux inqas minn 400mm, mhux iktar minn 1900mm, jew 2300 mm jekk il-forma tal-istruttura ma tippermettix li jinżamm il-limitu massimu ta’ 1900mm.
4.10.4.3. Tul:
Fuq wara tat-trattur.
4.10.5. Viżibilità ġeometrika
Angolu orizzontali
Għaż-żewġ lampi ta’ wara (tal-ġenb);
- jew 45 ° ‘il ġewwa jew 80 ° ‘il barra,
- jew 80 ° ‘il ġewwa u 45 ° ‘il barra.
Angolu vertikali
15 ° ‘il fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas sa 10 ° jekk l-għoli tal-lampi ‘l fuq mill-art huwa inqas minn 1500mm u sa 5 ° jekk dan l-għoli huwa inqas minn 750mm.
4.10.6. Allinjament
Lejn in-naħa ta’ wara
4.10.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ kwalunkwe lampa ta’ wara oħra.
4.10.8. Jistgħu "jingħaqdu"
mal-lampa tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara.
4.10.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
mal-lampa ta’ waqfien, mal-lampa taċ-ċpar ta’ wara jew mal-lampa tal-parkeġġ.
4.10.10. Konnessjonijiet elettriċi
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.10.11. Ċirkostanza ta’ ċirkwit magħluq
Mandatorja. Jista’ jingħaqad ma’ dak tal-lampi ta’ quddiem (tal-ġenb).
4.11. Lampa taċ-ċpar ta’ wara
4.11.1. Preżenza
Mhux obbligatorja.
4.11.2. Numru
Waħda jew tnejn.
4.11.3. Arranġament
Dawn għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-viżibilità ġeometrika.
4.11.4. Pożizzjoni
4.11.4.1. Wisa’:
Jekk ikun hemm lampa waħda biss taċ-ċpar ta’ wara, din għandha tkun fuq in-naħa opposta tal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur lejn id-direzzjoni tat-traffiku preskritta fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni.
Fil-każijiet kollha, id-distanza ta’ bejn il-lampa taċ-ċpar ta’ wara u l-lampa ta’ waqfien għandha tkun ikbar minn 100mm.
4.11.4.2. Għoli:
‘L fuq mill-art: mhux inqas minn 400 mm, mhux iktar minn 1900mm, jew mhux aktar minn 2100 mm jekk il-forma tal-istruttura ma tippermettix li jinżamm il-limitu massimu ta’ 1900mm.
4.11.4.3. Tul:
Fuq wara tat-trattur.
4.11.5. Viżibilità ġeometrika
Angolu orizzontali
25 ° ‘il ġewwa u ‘l barra.
Angolu vertikali
5 ° ‘il fuq u taħt l-orizzontali.
4.11.6. Allinjament
Lejn in-naħa ta’ wara
4.11.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ kwalunkwe lampi ta’ wara oħra.
4.11.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ lampi oħra.
4.11.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
mal-lampi ta’ wara (tal-ġenb) jew mal-lampa tal-parkeġġ.
4.11.10. Konnessjonijiet elettriċi
Għandhom ikunu tali li l-lampa taċ-ċpar ta’ wara tixgħel biss meta jkunu qed jintużaw il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jarmi ‘l isfel jew il-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem.
Jekk ikun hemm il-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem, għandu jkun possibbli li jintfew il-lampi taċ-ċpar ta’ wara indipendentement mil-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem.
4.11.11. Ċirkostanza ta’ ċirkwit magħluq
Mandatorja. Dawl li javża indipendenti, ta’ intensità fissa.
4.12. Lampa tal-parkeġġ
4.12.1. Presenza
Mhux obbligatorja.
4.12.2. Numru
Jiddependi mill-arranġament.
4.12.3. Arranġament
- jew żewġ lampi fuq quddiem u żewġ lampi fuq wara,
- jew lampa waħda fuq kull naħa.
4.12.4. Pożizzjoni
4.12.4.1. Wisa’:
Il-punt fuq il-wiċċ ta’ luminazzjoni li huwa l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur ma għandux ikun aktar minn 400mm mix-xifer l-aktar ‘l barra tat-trattur. Barra minn hekk, fil-każ ta’ par lampi, il-lampi għandhom ikunu fuq il-ġnub tat-trattur.
4.12.4.2. Għoli:
‘L fuq mill-art: mhux inqas minn 400mm, mhux iktar minn 1900mm, jew mhux aktar minn 2100 mm jekk il-forma tal-istruttura ma tippermettix li jiġi rrispettat il-limitu massimu ta’ 1900mm.
4.12.4.3. Tul:
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.12.5. Viżibilità ġeometrika
Angolu orizzontali
45 ° ‘il barra, lejn in-naħa ta’ quddiem u lejn in-naħa ta’ wara.
Angolu vertikali
15 ° ‘il fuq u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas sa 10 ° jekk l-għoli tal-lampi ‘l fuq mill-art huwa inqas minn 1500mm, u sa 5 ° jekk dan l-għoli huwa inqas minn 750mm.
4.12.6. Allinjament
B’dak il-mod li l-lampi jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jikkonċernaw il-viżibilità lejn in-naħa ta’ quddiem u lejn in-naħa ta’ wara.
4.12.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ kwalunkwe lampa oħra.
4.12.8. Ma jistgħux "jingħaqdu"
ma’ lampi oħra.
4.12.9. Jistgħu jiġu "inkorporati reċiprokament"
- fuq quddiem: mal-lampi tal-pożizzjoni (tal-ġenb), il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ jarmi l-isfel, il-lampi ta’ quddiem tar-raġġ prinċipali u l-lampi taċ-ċpar ta’ quddiem;
- fuq wara: mal-lampi tal-pożizzjoni (tal-ġenb), il-lampi ta’ waqfien u l-lampi taċ-ċpar ta’ wara;
- mal-lampi li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 5.
4.12.10. Konnessjonijiet elettriċi
Il-konnessjonijiet għandhom jippermettu li l-lampa/i tal-parkeġġ tal-istess naħa tat-trattur jinxtegħlu indipendentement minn xi lampi oħra.
4.12.11. Ċirkostanza
Mhux obbligatorja. Jekk ikun hemm wieħed, ma għandux ikun possibbli li dan jiġi mħawwad maċ-ċirkostanzi tal-lampi tal-pożizzjoni (tal-ġenb).
4.12.12. Ħtiġiet oħra
Il-funzjoni ta’ din il-lampa tista’ ssir ukoll billi jinxtegħlu simultanjament il-lampi ta’ quddiem u ta’ wara (tal-ġnub) tal-istess naħa tat-trattur.
4.13. Lampa li tindika t-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur
4.13.1. Presenza
Mhux obbligatorja fuq tratturi li ma jaqbżux 2,10m fil-wisa’.
Ipprojbita fuq it-tratturi kollha l-oħra.
4.13.2. Numru
Tnejn li huma viżibbli minn quddiem u tnejn viżibbli minn wara.
4.13.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.13.4. Pożizzjoni
4.13.4.1. Wisa’:
L-aktar qrib kemm jista’ jkun tax-xifer l-aktar ‘l barra tat-trattur.
4.13.4.2. Għoli:
Fl-għoli massimu kompatibbli mal-ħtiġiet li jirrelataw mal-pożizzjoni fir-rigward tal-wisa’ u s-simetrija tal-lampi.
4.13.4.3. Tul:
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.13.5. Viżibilità ġeometrika
Angolu orizzontali
80 ° ‘il barra.
Angolu vertikali
5 ° ‘il fuq u 20 ° taħt l-orizzontali.
4.13.6. Allinjament
B’tali mod li l-lampi jissodisfaw il-ħtiġiet tal-viżibilità lejn in-naħa ta’ quddiem u lejn in-naħa ta’ wara.
4.13.7.Ma jistgħux "jinġabru fi grupp" ma’ lampi oħra ħlief | fil-każ imsemmi fil-punt 4.2.4.2.2. |
4.13.8.Ma jistgħux "jiġu maqgħuda" |
4.13.9.Ma jistgħu "jiġu inkorporati reċiprokament" |
4.13.10. Konnessjonijiet elettriċi
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.13.11. Ċirkostanza
Mhux obbligatorja.
4.13.12. Ħtiġiet oħra
Sakemm il-kondizzjonijiet l-oħra jkunu ġew sodisfatti, il-lampa li tidher minn quddiem u l-lampa li tidher minn wara, fuq l-istess naħa tat-trattur, jistgħu jingħaqdu f’mekkaniżmu wieħed.
Il-pożizzjoni ta’ lampa li tindika t-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur f’relazzjoni mal-lampa (tal-ġenb) fil-pożizzjoni korrispondenti għandha tkun tali li d-distanza ta’ bejn il-projezzjonijiet fuq pjan trasversali vertikali tal-punti l-eqreb tal-uċuh ta’ illuminazzjoni taż-żewġ lampi kkunsidrati tkun inqas minn 200mm.
4.14. Riflettur bir-rifless ta’ wara, li mhux trijangulari:
4.14.1. Presenza
Mandatorju
4.14.2. Numru
Tnejn jew erbgħa (ara punt 4.14.5.2).
4.14.3. Arranġament
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.14.4. Pożizzjoni
4.14.4.1. Wisa’:
Il-punt fuq il-wiċċ ta’ illuminazzjoni li huwa l-aktar ‘il bogħod mill-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur għandu jkun ta’ mhux aktar minn 400 mm mix-xifer l-aktar ‘l barra tat-trattur.
Id-distanza ta’ bejn ix-xfar interni tar-rifletturi rifless għandha tkun ta’ minimu ta’ 600 mm. Din id-distanza tista tiġi ridotta għal 400 mm jekk il-wisa’ ġenerali tat-trattur hija inqas minn 1300 mm.
4.14.4.2. Għoli:
‘L fuq mill-art: mhux inqas minn 400 mm u mhux aktar minn 900 mm. Il-limitu l-aktar għoli jista’ jiżdied sa 1200 mm jekk ma jkunx possibbli li jkun f’għoli ta’ 900 mm mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jintużaw mekkaniżmi li jitwaħħlu li għandhom tendenza li tiġrilhom il-ħsara jew jitgħawwġu.
4.14.4.3. Tul:
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.14.5. Viżibilità ġeometrika
4.14.5.1. Angolu orizzontali
30 ° ‘il ġewwa u ‘l barra.
Angolu vertikali
15 ° ‘il fuq u huwa inqas minn 750 mm.
4.14.5.2. Jekk hu impossibbli li jiġu osservati l-pożizzjoni u l-ħtiġiet ta’ viżibilità ta’ hawn fuq, jistgħu jitwaħħlu erba’ rifletturi riflessi skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ installazzjoni li ġejjin:
4.14.5.2.1. Żewġ rifletturi riflessi għandhom jibqgħu fl-għoli massimu ta’ 900 mm ‘l fuq mill-art, josservaw distanza ta’ bejn ix-xfar interni ta’ tal-inqas 400 mm u jkollhom angolu vertikali ta’ viżibilità ‘l fuq mill-orizzontal ta’ 15 °.
4.14.5.2.1. It-tnejn l-oħra għandhom jibqgħu f’għoli massimu ta’ 2300 mm ‘il fuq mill-art u għandhom jintrabtu bil-ħtiġiet tal-punti 4.14.4.1 u 4.14.5.1.
4.14.6. Allinjament
Lejn in-naħa ta’ wara
4.14.7. Jistgħu "jinġabru fi grupp"
ma’ kwalunkwe lampa oħra.
4.14.8. Ħtiġiet oħra
Il-wiċċ ta’ illuminazzjoni tar-riflettur bir-rifless jista’ jkollu partijiet komuni ma’ dawk ta’ kwalunkwe lampa oħra ta’ wara.
4.15. Lampa tax-xogħol
4.15.1. Presenza
Mhux obbligatorja
4.15.2. Numru
Ebda speċifikazzjonijiet individwali.
4.15.3.Allinjament | Ebda speċifikazzjonijiet individwali |
4.15.4.Pożizzjoni |
4.15.4.1.Wisa’ |
4.15.4.2.Għoli |
4.15.4.3.Tul |
4.15.5.Viżibilità Ġeometrika |
4.15.6.Allinjament |
4.15.7.Jistgħu jiġu "magħqudin fi grupp" | Ma’ lampa oħra |
4.15.8.Ma jistgħux "jiġu kombinati" |
4.15.9.Ma jistgħux jiġi "inkorportati reċiprokament" |
4.15.10. Konnessjonijiet elettriċi
Din il-lampa għandha tkun mixgħula indipendentement mill-lampi l-oħra minħabba l-fatt illi din ma tixgħelx it-triq jew ma taġixxix bħala mekkaniżmu li jagħmel sinjal fuq it-triq.
4.15.11. Ċirkostanza
Mhux obbligatorja
5. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
5.1. Kull trattur li huwa prodott f’serje għandu jikkonforma mat-tip ta’ trattur li jkun irċieva l-approvazzjoni tat-tip f’dak li għandu x’jaqsam mal-installazzjoni ta’ dawl u mezzi għas-sinjalizzazzjoni bid-dawl u l-karatteristiċi tagħhom kif speċifikati b’din id-Direttiva.
--------------------------------------------------
Appendiċi 1
1.2 — Illuminating surface
2 — Axis of reference
3 — Centre of reference
4 — Geometric visibility
5 — Distance between lamps
6 — Emission surface
7 — Operational surface
8 — Exterior light-emitting surface
↔ — Geometric visibility in directions 4′ and 4″
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
Appendiċi 2
Figura 1
Zone 1
Viżibilità ta’ lampa ħamra fuq quddiem
Viżibi1ità ta' dawl abjad fuq wara
+++++ TIFF +++++
Figura 2
Viżibilità ta’ lampa bajda fuq wara
Zone 2
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
Appendiċi 3
Lampa li tindika d-direzzjoni: viżibilità ġeometrika
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
ANNESS II
MUDELL
Isem tal-amministrazzjoni
ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ TRATTUR F’DAK LI GĦANDU X’JAQSAM MAL-INSTALLAZZJONI TA’ DAWL U MEZZI GĦAS-SINJALAZZJONI TA’ DAWL
L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas 26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE …
1. Ditta (Isem kummerċjali) …
2. Tip ta’ vettura u klassifika tad-deskrizzjoni kummerċjali …
3. Isem u indirizz tal-manifattur …
…
4. Fejn japplika, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-mandatarju …
…
…
5. Tagħmir ta’ dawl installat fuq it-trattur li ġie ippreżentat għall-approvazzjoni [1]: …
5.1. Lampi ta’ quddiem b’raġġ prinċipali: iva/le [2]
5.2. Lampi ta’ quddiem b’raġġ li jarmi ‘l isfel: iva/le [2]
5.3. Lampi ta’ quddiem taċ-ċpar: iva/le [2]
5.4. Lampi li juru li l-vettura ser tirriversja: iva/le [2]
5.5. Lampi ta’ quddiem li jindikaw id-direzzjoni: iva/le [2]
5.6. Lampi ta’ wara li jindikaw id-direzzjoni: iva/le [2]
5.7. Lampi tal-ġenb li jteptpu li jindikaw id-direzzjoni: iva/le [2]
5.8. Lampi li javżaw li hemm periklu: iva/le [2]
5.9. Lampi ta’ waqfien: iva/le [2]
5.10. Installazjoni tad-dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: iva/le [2]
5.11. Lampi ta’ quddiem: iva/le [2]
5.12. Lampi ta’ wara : iva/le [2]
5.13. Lampi ta’ wara taċ-ċpar: iva/le [2]
5.14. Lampi tal-parkeġġ: iva/le [2]
5.15. Lampi li jindikaw it-trufijiet tal-linji tal-forma tat-trattur: iva/le [2]
5.16. Rifletturi riflessi ta’ wara, mhux trijangulari: iva/le [2]
5.17. Lampa tax-xogħol: iva/le [2]
6. Lampi ekwivalenti: iva/le [2] (ara punt 15)
…
…
7. Trattur ippresentat għall-approvazzjoni f’
…
8. Servizz tekniku li qed iwettaq il-verifiki tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
…
…
9. Data tar-rapport maħruġ minn dan is-servizz …
10. Numru tar-rapport maħruġ minn dan is-servizz …
11. Approvazzjoni tat-tip KE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dwal u mezzi għas-sinjalazzjoni bid-dawl konċessa/miċħuda [2]
12. Post …
13. Data…
14. Firma
15. Id-dokument li ġejjin, li għandhom in-numru tal-approvazzjoni indikati hawnhekk huma annessi; … lista ta' mezzi previsti mill-manifattur għat-tagħmir ta' dwal u mezzi ta' sinjalazzjoni bid-dawl; għal kull mezz il-marka tal-manifattur u l-marka tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent huma indikati.
Din/Dawn il-lista/i li jinkludu skeda tal-lampi ekwivalenti [2]
16. Kummenti:
…
…
…
[1] Ehmeż id-disinni tat-trattur kif indikat f’punt 2.2.3. tal-Anness I tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2009/61/KE] relatati mal-installazzjoni ta’ dwal u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija 13 ta’ Lulju 2009
[2] Aqta’ fejn ma japplikax.
--------------------------------------------------
ANNESS III
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 7)
Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE (ĠU L 325 20.11.1978, p. 16) | |
Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE (ĠU L 378 31.12.1982, p. 45) | Għal dak li għandu x’jaqsam biss mar-referenzi magħmula fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 78/933/KEE |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE (ĠU L 277 10.10.1997, p. 24) | Għal dak li għandu x’jaqsam biss mar-referenzi magħmula fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 78/933/KEE |
Direttiva tal-Kummissjoni 1999/56/KE (ĠU L 146 11.6.1999, p. 31) | |
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE (ĠU L 65 7.3.2006, p. 22) | Għal dak li għandu x’jaqsam biss mar-referenzi magħmula fl-Artikolu 3 u fl-Anness III tad-Direttiva 78/933/KEE |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 7)
Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |
78/933/KEE | 25 ta’ April 1980 | — |
82/890/KEE | 22 ta’ Ġunju 1984 | — |
97/54/KE | 22 ta’ Settembru 1998 | 23 ta’ Settembru 1998 |
1999/56/KE | 30 ta’ Ġunju 2000 [1] | — |
2006/26/KE | 31 ta’ Diċembru 2006 [2] | — |
[1] Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/56/KE:"1.Mill- 1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni ta’ tip KE, li joħorġu d-dokument previst fit-tielet inċiż ta’ Artikolu10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni ta’ tip nazzjonali, dwar tip ta’ trattur, jewiwaqqfu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,jekk it-tratturi involuti jħarsu r-rekwiżiti tad-Direttiva 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li dwaru hemm provdut fit-tielet inċiż tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti ta’ d-Direttiva 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti tad-Direttivi 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva."
[2] Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/26/KE:"1.B’effett mill- 1 ta’ Jannar 2007, fir-rigward ta’ vetturi li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE emendati b’din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet marbuta mas-suġġetti tad-Direttiva kkonċernata:(a)jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;(b)jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul; fis-servizz tat-tali vetturi;2.B’effett mil- 1 ta’ Lulju 2007, fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivamemt fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, u għal raġuniijet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:(a)m’għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE;(b)jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali3.B’effett mill- 1 ta’ Lulju 2009, fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rewkwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:(a)għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skont id-dispożizzjoniiet tad-Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għall-iskopijijet tal-artikolu 7(1)(b)jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ dawk il-vetturi ġodda."
--------------------------------------------------
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 78/933/KEE | Direttiva 2006/26/KE | Din id-Direttiva |
Artikolu 1 | | Artikolu 1 |
Artikolu 2 | | — |
— | Artikolu 5 | Artikolu 2 |
Artikoli 3 sa 5 | | Artikoli 3 sa 5 |
Artikolu 6 | | — |
Artikolu 7(1) | | — |
Artikolu 7(2) | | Artikolu 6 |
— | | Artikolu 7 |
— | | Artikolu 8 |
Artikolu 8 | | Artikolu 9 |
Anness I | | Anness I |
Anness II | | Anness II |
— | | Anness III |
— | | Anness IV |
--------------------------------------------------
| Fuq |