Direttiva 2008/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
ĠU L 198, 30.7.2009, p. 15–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Direttiva 2008/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat- 13 ta’ Lulju 2009
dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],
Mixjin skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],
Billi:
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE tal- 4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi għat-tagħbija tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3] ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi [4]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata.
(2) Id-Direttiva 74/152/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE maħsuba fid-Direttiva tal-Kunsill tal- 4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, kif sostitwita mid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati [5] u li stabbiliet preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, dwar il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaforma tat-tagħbija. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi kkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE fir-rigward ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet ta’ dawn il-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.
(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. "Muturi tal-ħart agrarji jew tal-foresterija" tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra bir-roti jew caterpillar tracks u li jkollha mill-inqas żewġ fusijiet, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun li jkollha s-saħħa tal-ġibda u li tkun iddisinjata b’mod speċjali biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodda, makkinarju jew karri maħsuba biex jintużaw għall-agrikoltura jew il-foresterija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr xi tagħbija jew passiġġieri.
2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skont id-disinn ta’ bejn 6 u 40 km/siegħa.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal xi trattur għal raġunijiet li jirrigwardaw il-veloċità massima skont id-disinn jew il-pjattaformi tat-tagħbija jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
2. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fis-servizz għall-ewwel darba jew l-użu tat-tratturi għal raġunijiet li jirrigwardaw il-veloċità massima skont id-disinn jew il-pjattaformi tat-tagħbija jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 4
1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-twaħħil tal-pjattaformi tat-tagħbija jew jeħtieġ li t-tratturi ikunu mgħammra b’waħda jew aktar minn dawn il-pjattaformi.
2. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi it-tagħbija fuq il-pjattaformi tat-tagħbija tal-prodotti li huma jippermettu li jkunu mgħobbija fuq karri użati għall-għanijiet agrarji jew forestali. Fil-limiti stabbiliti mill-fabbrikant, tagħbija massima ta’ mill-inqas 80 % tal-piż tat-trattur li jkun jaħdem tajjeb tkun awtorizzata.
Artikolu 5
L-emendi meħtieġa biex ir-rekwiżiti tal-Anness I ikunu adattati għall-progress tekniku għadhom ikunu adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva lill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Id-Direttiva 74/152/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, il-parti A, hija b’dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 8
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tibda tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 9
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it- 13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. Pöttering
Għall-Kunsill
Il-President
E. Erlandsson
[1] ĠU C 161, 13.7.2007, p. 37.
[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta’ Ġunju 2007 (ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 74) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 2009.
[3] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 33.
[4] Anness II, parti A.
[5] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS I
1. Veloċità massima skond id-disinn
1.1. Għat-testijiet biex ikun approvat it-tip, il-veloċità medja għandha tkun imkejla fuq linja dritta, li t-trattur għandu jsuq fuqha fiż-żewġ direzzjonijiet minn flying start. Il-ħamrija tal-art għandha tkun stabilizzata; l-art għandha tkun lixxa u mill-inqas 100 metru twila; iżda din jista’ jkollha għoljiet ta’ mhux aktar minn 1.5 %.
1.2. Matul it-test, it-trattur m’għandux ikollu tagħbija u jkun f’kundizzjoni tajba mingħajr ballast weights jew apparat speċjali u l-pressjoni tal-arja tar-roti għandha tkun dik speċifikata għall-użu fit-triq.
1.3. Matul it-test it-trattur jintrama’ b’roti ġodda pnewmatiċi li għandhom l-ikbar raġġ ta’ tidwir maħsub mill-manufattur għat-trattur.
1.4. Il-gear ratio użat matul it-test għandu jkun dak li jipproduċi l-veloċità massima tal-vettura u t-throttle għandha tkun miftuħa kollha.
1.5. Biex jitqiesu diversi żbalji inevitabbli minħabba, b’mod partikolari, it-teknika tal-kejl u ż-żieda fil-veloċità li taħdem biha l-magna b’tagħbija parzjali, veloċità mkejla li taqbeż il-veloċità massima skont id-disinn bi 3 km/siegħa għandha tkun aċċettabbli għat-test tal-approvazzjoni tat-tip.
1.6. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti għall-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi jistgħu jikkalkolaw il-veloċità teoretika massima, il-fabbrikant għandu jispeċifika bħala gwida l-gear ratio, il-moviment ‘il quddiem attwali tar-roti powered ekwivalenti għal dawra waħda sħiħa, u l-rpm (tidwir kull minuta) b’poter massimu ta’ output bit-throttle mifuħ kollu u l-ispeed governor, jekk ikun imwaħħal, aġġustat kif stabbilit mill-fabbrikant.
2. Pjattaformi tat-tagħbija
2.1. Iċ-ċentru tal-gravità tal-pjattaforma għandu jkun bejn il-fusijiet.
2.2. Il-qisien tal-pjattaformi għandhom ikunu tali sabiex:
- ma jeċċedix 1.4 darbiet tal-parti ta’ quddiem jew il-parti ta’ wara tat-trattur, skont liema tkun l-ikbar.
- ma teċċedix il-wisa’ massima globali tat-trattur mgħammar bl-apparat.
2.3. Il-pjattaforma għandha titpoġġa simettrikament meta mqabbla mal-pjan medjan lonġitudinali tat-trattur.
2.4. L-għoli ‘l fuq mill-art tal-pjattaforma m’għandux ikun aktar minn 150 ċm.
2.5. It-tip tal-pjattaforma u l-mod kif din tkun imwaħħla għandhom ikunu hekk li, b’tagħbija normali, il-firxa tal-viżjoni tas-sewwieq tibqa’ tajba u d-diversi apparat tassattiv tad-dawl u tas-sinjali tad-dawl jistgħu jkomplu jaqdu l-funzjoni tagħhom kif xieraq.
2.6. Il-pjattaforma tat-tagħbija għandha tkun li tista’ tinqala’; din għandha tkun imwaħħla mat-trattur b’tali mod li jkun evitat kull riskju li din tista’ tinqala’ aċċidentalment.
--------------------------------------------------
ANNESS II
Parti A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 7)
Direttiva 74/152/KEE Tal-Kunsill (ĠU L 84, 28.3.1974, p. 33) | |
Direttiva 82/890/KEE tal-Kunsill (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45) | Rigward ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 74/152/KEE biss |
Direttiva 88/412/KEE tal-Kummissjoni (ĠU L 200, 26.7.1988, p. 31) | |
Direttiva 97/54/KE tal-ParlamentEwropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) | Rigward ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż għad-Direttiva 74/152/KEE biss |
Direttiva 98/89/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 322, 1.12.1998, p. 40) | |
Parti B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 7)
Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |
74/152/KEE | fit- 8 ta’ Settembru 1975. | — |
82/890/KEE | fit- 22 ta’ Ġunju 1984. | — |
88/412/KEE | 30 ta’ Settembru 1988 [1] | — |
97/54/KE | fit- 22 ta’ Settembru 1998. | fit- 23 ta’ Settembru 1998. |
98/89/KE | 31 ta’ Diċembru 1999 [2] | — |
[1] Skont Artikolu 2 tad-Direttiva 88/412/KEE:"1.Mill- 1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:jirrifjuta, rigward tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jewjipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi,jekk il-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija ta’ dan it-tip ta’ trattur jew tratturi huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri:ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE għal xi tip ta’ trattur li l-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tiegħu mhumiex skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward xi tip ta’ trattur li l-veloċità massima skont id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tiegħu mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.".
[2] Skont Artikolu 2 tad-Direttiva 98/89/KE:"1.Mill- 1 ta’ Jannar 2000 l-ebda Stat Membru ma jista:jirrifjuta, rigward xi tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħroġ id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jewjipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi,jekk dawk it-tratturi iħarsu l-ħtieġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE, kif emendata permezz ta’ din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Ottubru 2004, l-Istati Membri:ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE ta’ tip ta’ trattur jekk dan ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva,jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward xi tip ta’ trattur jekk dan ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 74/152/KEE kif emendata b’din id-Direttiva."
--------------------------------------------------
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 74/152/KEE | Direttiva 98/89 | Din id-Direttiva |
Artikoli 1 | | Artikoli 1 |
| Artikolu 2 | Artikolu 2 |
Artikoli 3 sa 5 | | Artikoli 3 sa 5 |
Artikolu 6(1) | | — |
Artikolu 6(2) | | Artikolu 6 |
— | | Artikolu 7 |
— | | Artikolu 8 |
Artikolu 7 | | Artikolu 9 |
Anness | | Anness I |
— | | Anness II |
— | | Anness III |
--------------------------------------------------
| Fuq |