Direttiva 2008/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
ĠU L 198, 30.7.2009, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Direttiva 2008/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat- 13 ta' Lulju 2009
dwar il-mekkaniżmu tat-tqabbid u t-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2].
Billi:
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE tas- 17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid u mat-treġġiegħ lura ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3] ġiet emendata kemm-il darba [4] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.
(2) Id-Direttiva 79/533/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l- 4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoli jew għall-foresterija, kif sostitwita bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati [5], u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat tat-tqabbid u treġġiegħ lura. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-disposizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva.
(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva "trattur" (għall-agrikoltura jew għall-forestrija) tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew tracks mingħajr tarf, li jkollha talanqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġibda u li tkun iddisinjata speċifikatament biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.
2. Din id-Direttiva tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’tyres pnewmatiċi u veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u l- 40 km/siegħa.
Artikolu 2
1. Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew li joħroġ id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li jagħti approvazzjoni tat tip nazzjonali għal trattur minħabba raġunijiet marbuta mal-mekkaniżmu tat-tqabbid jew mat-treġġiegħ lura jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I u II.
2. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta' trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul inizjali fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi minħabba raġunijiet li jirrelataw mal-mekkaniżmu tat-tqabbid jew mat-treġġiegħ lura jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I u II.
Artikolu 4
L-emendi neċessarji biex jadattaw ir-rekwiżiti ta’ l-Annessi I u II għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.
Artikolu 5
L-Istati Memberi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 6
Id-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill- 1 ta' Jannar 2010
Artikolu 8
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it- 13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. Pöttering
Għall-Kunsill
Il-President
E. Erlandsson
[1] ĠU C 10, 15.1.2008, p. 21.
[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 323E, 18.12.2008, p. 57) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009.
[3] ĠU L 145, 13.6.1979, p. 20.
[4] Ara l-Anness III, Parti A.
[5] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS I
MEKKANIŻMU TA’ TQABBID
1. Numru
Kull trattur għandu jkollu makkaniżmu speċjali li miegħu jkun possibbli li titqabbad konnessjoni bħal virga ta’ l-irmonk jew ħabel ta’ l-irmonk għall-għanijiet ta’ l-irmunkar.
2. Pożizzjoni
Il-mekkaniżmu għandu jkun iffittjat fuq quddiem tat-trattur, li għandu jkun mgħammar b’pern tat-tqabbid.
3. Disinn
Il-mekkaniżmu għandu jkun tat-tip slotted-jaw. Il-ftuħ taċ-ċentru tal-pern tal-qfil għandu jkun ta' 60 mm + 0,5/- 1,5 mm u l-fond tal-qfil imkejjel miċ-ċentru tal-pern għandu jkun ta' 62 mm ± 0,5 mm.
Il-pern tat-tqabbid għandu jkollu dijametru ta’ 30 + 1,5 mm li għandu jiġi ffittjat ma’ mekkaniżmu li jipprevjeni li jinqala’ matul l-użu. Il-mekkaniżmu tat-tqabbid m’għandux ikun jista’ jinqala’.
It-tolleranza ta’ + 1,5 mm msemmija hawn fuq m’għandhiex titqies bħala tolleranza ta’ manifattura iżda bħala varjazzjoni permessa fid-dimensjonijiet nominali għall-pernijiet ta’ disinji differenti.
--------------------------------------------------
ANNESS II
TREĠĠIEGĦ LURA
It-tratturi kollha għandhom ikunu mgħammra b’mekkaniżmu għat-treġġiegħ lura li jkun jista’ jitħaddem mill-pożizzjoni tas-sewwieq.
--------------------------------------------------
ANNESS III
Parti A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 6)
Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE (ĠU L 145, 13.6.1979, p. 20) | |
Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45) | Kif jirrigwarda biss ir-referenzi magħmula f’Artikolu 1(1) tad-Direttiva 79/533/KEE |
Direttiva 79/533/KE Tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) | Kif jirrigwarda biss ir-referenzi magħmula fl-ewwel inċiż ta’ Artikolu 1 tad-Direttiva 79/533/KEE |
Direttiva tal-Kummissjoni 1999/58/KE (ĠU L 148, 15.6.1999, p. 37) | |
Parti B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 6)
Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |
79/533/KEE | 21 ta’ Novembru 1980 | — |
82/890/KEE | 21 ta’ Ġunju 1984 | — |
97/54/KE | 22 ta’ Settembru 1998 | 23 ta’ Settembru 1998 |
1999/58/KE | 30 ta’ Ġunju 2000 [1] | — |
[1] Skont Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/58/KE:"1.Mill- 1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE, li joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, dwar xi tip ta’ trattur, jewiwaqqfu id-dħul fis-servizz ta’ trattur,jekk it-tratturi in kwistjoni jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet indent ta’ Artikolu 10(1) ta’ Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti ta’ d-Direttiva 79/533/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti tad-Direttivi 79/533/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva."
--------------------------------------------------
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 79/533/KEE | Direttiva 1999/58/ KE | Din id-Direttiva |
Artikoli 1 | | Artikoli 1 |
| Artikolu 2 | Artikolu 2 |
Artikolu 3 | | Artikolu 3 |
Artikolu 4 | | Artikolu 4 |
Artikolu 5(1) | | — |
Artikolu 5(2) | | Artikolu 5 |
— | | Artikoli 6 u 7 |
Artikolu 6 | | Artikolu 8 |
Anness I | | Anness I |
Anness II | | Anness II |
— | | Anness III |
— | | Anness IV |
--------------------------------------------------
| Fuq |