32009L0057


Titolu u referenza

Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

 ĠU L 261, 3.10.2009, p. 1–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat- 13 ta’ Lulju 2009

dwar strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2]

Billi:

(1) Id-Direttiva 77/536/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija [3] ġiet emendata kemm-il darba [4] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2) Id-Direttiva 77/536/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 74/150/KEE tal-Kunsill tal- 4 ta’ Marzu 1974 rigward l-approssimizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif mibdula bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati [5], u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat ta’ protezzjoni kontra l-qlib. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi ta’ dawn il-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.

(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness X, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal tratturi kif definiti fil-punt (j) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/37/KE li għandhom dawn il-karatteristiċi:

(a) spazju sa mal-art ta’ taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1000 mm;

(b) wisa’ ta’ pedati fiss jew varjabbli ta’ wieħed mill-fusien ta’ 1150 mm jew aktar;

(c) il-possibilità li jitqiegħed apparat ta’ multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u ta’ draw bar;

(d) il-massa bejn 1,5 u 6 tunnellati, li tkun taqbel mal-piż tat-trattur mhux mgħobbi, hekk kif definit fil-punt 2.1.1. tal-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE, li tinkludi l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib imwaħħla b’konformità mad-Direttiva preżenti u t-tajers tal-ikbar daqs possibbli rrakkomandat mill-manifattur.

Artikolu 2

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għal kull struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li jissodisfa il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar kif stabbiliti fl-Annessi I sa V.

2. L-Istat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, kemm-il darba dan ikun meħtieġ, b’koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli tal-produzzjoni huma konformi mat-tip approvat. Tali verifika għandha tkun limitata għal kontrolli fuq il-post.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tiegħu mat-trattur li huma jappruvaw permezz tal-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka KEE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti konformi mal-mudell muri fl-Anness VI.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex ma jippermettux l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li għandhom approvazzjoni tat-tip tal-komponenti skont l-Artikolu 2 u strutturi oħra.

Artikolu 4

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi li jitqiegħdu fis-suq l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom mat-trattur għal raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni kemm il-darba dawn ikollhom il-marka KE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti.

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi li jitqiegħdu fis-suq strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE, li regolarment jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, fejn jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, li mudell tiegħu jinsab fl- Anness VII, komplut għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li japprovaw jew li inkella jirrifjutaw li japprovaw.

Artikolu 6

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE jiskopri li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur li għandhom l-istess marka KE tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ma jkunux konformi mat-tip approvat, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex il-mudelli tal-produzzjoni jsiru konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li jistgħu jittieħdu, meta n-nuqqas ta’ konformità jkun wieħed serju u konsistenti, li jestendu sal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE. Dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’tali nuqqas ta’ konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE, u r-raġunijiet li jwasslu għal din il-miżura.

Artikolu 7

Kull deċiżjoni li tirrifjuta jew tirtira l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE, jew li tiprojbixxi l-użu jew it-tqegħid tagħhom fis-suq, li tittieħed skont id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha telenka fid-dettall ir-raġunijiet li jkunu wasslu għal tali deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti kkonċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji disponibbli għaliha permezz tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien li fihom tista’ teżerċita tali rimedji.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip KE jew li joħorġu id-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u) tad-Direttiva 2003/37/KE jew li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur għal raġunijiet li jirrigwardaw l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII ikunu ġew sodisfatti.

2. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu d-dokument previst fl-Artikolu 2, punt (u), tad-Direttiva 2003/37/KE għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni jew jipprojbixxu l-bejgħ, id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba jew l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet relatati mal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IX ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 10

Fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti kull trattur msemmi fl-Artikolu 1, għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tissodisfa il-ħtiġiet li stabbiliti fl-Annessi I sa IV.

Artikolu 11

L-emendi meħtieġa biex ir-rekwiżiti tal-Annessi I sa IX jiġu adattati għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Id-Direttiva 77/536/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness X, il-parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness X, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 15

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it- 13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. Pöttering

Għall-Kunsill

Il-President

E. Erlandsson

[1] ĠU C 10, 15.1.2008, p. 21.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Settembru 2007 (ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 68) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ġunju 2009.

[3] ĠU L 220, 29.8.1977, p. 1.

[4] Ara l-Anness X, Parti A.

[5] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

LISTA TA’ ANNESSI

ANNESS I Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

ANNESS II Kondizzjonijiet għall-ittestjar tas-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u tat-twaħħil tagħha mat-trattur

ANNESS III Proċedura tal-ittestjar

ANNESS IV Figuri

ANNESS V Mudell tar-rapport dwar it-test tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti tal-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib (qafas tas-sigurtà jew kabina) fir-rigward kemm tas-saħħa tagħha kif ukoll tas-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur.

ANNESS VI Marki

ANNESS VII Mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

ANNESS VIII Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

ANNESS IX Mudell ta’ Anness maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KEE tal-komponenti għal tip ta’ trattur fir-rigward is-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib (kabina jew qafas tas-sigurtà) u s-saħħa tat-twaħħil tagħhom mat-trattur

ANNESS X Parti A: Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħhaParti B: Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

ANNESS XI Tabella ta’ korrelazzjoni

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-Komponenti

1. DEFINIZZJONI

1.1. Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib (il-kabina tas-sigurtà jew il-qafas)

Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib (il-kabina tas-sigurtà jew il-qafas) tfisser l-istruttura fuq trattur li l-għan essenzjali tagħha huwa li tevita jew tnaqqas ir-riskji għas-sewwieq li jirriżultaw mit-tgerbib tat-trattur waqt l-użu normali.

1.2. L-istrutturi imsemmija fil-punt 1.1 huma karatterizzati mill-fatt li, fil-każ ta’ tgerbib, dawn jassiguraw spazju bla xkiel fi ħdanhom li jkun kbir biżżejjed sabiex jipproteġi lis-sewwieq.

2. ĦTIĠIET ĠENERALI

2.1. Kull struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun iddisinjata u mibnija b’tali mod li tissodisfa l-għan essenzjali stabbilit fil-punt 1.

2.2. Din il-ħtieġa għandha tkun ivverifikata minn wieħed jew żewġ metodi tat-testijiet deskritti fl-Anness III. Il-metodu magħżul għandu jikkonsidra t-toqol tat-trattur kif ġej hawn taħt:

għal tratturi b’toqol speċifikat bl-Artikolu 1 – Anness III, Parti B,

għal tratturi b’toqol ta’ aktar minn 1.5 tunnellata u mhux aktar minn 3.5 tunnellata - L-Anness III parti A,

f’dak li jirrigwarda tratturi b’pożizzjoni tas-sewqan riversibbli (jiġifieri b’sedil u steering wheel riversibbli) jew mgħammra b’iktar sedili, il-metodu tal-ittestjar deskritt fil-parti B ta’ Anness III biss għandu japplika.

3. APPLIKAZZJONI GĦAT-TIP APPROVAT TAL-KE TAL-KOMPONENTI

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tat-trattur jew inkella mill-manifattur tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

3.2. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti imsemmija hawn taħt, b’kull wieħed bi tlett kopji u bil-partikolaritajiet li ġejjin:

disinn tal-arranġament ġenerali jew fi skala immarkata fid-disinn jew billi tagħti l-qisien ewlenija tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib. Dan id-disinn għandu b’mod partikulari juri d-dettalji tal-komponenti tal-immuntar,

ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji tal-immuntar,

deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li tinkludi t-tip ta’ kostruzzjoni, dettalji tal-immuntar fuq it-trattur u, meta meħtieġ, dettalji tal-kurazzata, mezzi tal-aċċess u tal-ħarba, dettalji tal-utaja u l-fatturi biex jevitaw il-qlib kontinwu u d-dettalji tas-sħana u l-ventilazzjoni,

dettalji tal-materjal użat fil-partijiet strutturali li jinkludi l-mezzi tat-twaħħil u l-boltijiet tat-twaħħil (ara l-Anness V).

3.3. Trattur rappreżentattiv tat-tip ta’ trattur li għalih l-istruttura tal-protezzjoni għandha tkun approvata jrid ikun ippreżentat lis-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

3.4. Dak li jkollu l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti jista’ jitlob estensjoni għat-tipi l-oħra ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE tal-komponenti għandha tagħti estensjoni jekk l-istruttura appruvata ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-tipi ta’ tratturi li għalihom l-estensjoni hija mitluba huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

il-piż tat-trattur mingħajr saborra, hekk kif definit fil-punt 1.3. tal-Anness II, ma jeċċedix b’aktar minn 5 % il-piż tar-referenza tal-massa użat fit-test,

il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li magħhom isir it-twaħħil huma identiċi,

xi komponenti bħal ma huma mudguards, u bonnet cowls li jistgħu jipprovdu sostenn għall-apparat ta’ protezzjoni kontra l-qlib huma identiċi,

il-pożizzjoni tas-sedil ma tkunx inbidlet.

4. MARKI

4.1. Kull struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li hija konformi mat-tip approvat għandha jkollha l-marki li ġejjin:

4.1.1. l-isem jew it-trademark;

4.1.2. il-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti li tkun konformi mal-mudell fl-Anness VI;

4.1.3. in-numru serjali tal-istruttura tal-protezzjoni;

4.1.4. l-għamla u t-tip(i) tat-trattur(i) li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija intiża.

4.2. Dawn id-dettalji kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira.

4.3. Dawn il-marki għandhom jkunu viżibbli, li jinqraw u li ma jitħassrux.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kondizzjonijiet għall-ittestjar tas-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u tat-twaħħil tagħha mat-trattur

1. ĦTIĠIET ĠENERALI

1.1. Għanijiet tat-testijiet

Testijiet magħmula bl-użu ta’ strumenti speċjali huma intiżi sabiex jissimulaw dawk it-tagħbijiet imposti fuq l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta t-trattur jinqaleb. Dawn it-testijiet, deskritti fl-Anness III, għandhom jippermettu li s-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u s-saljaturi tat-twaħħil mat-trattur ikunu studjati.

1.2. Tħejjija għat-test

1.2.1. L-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib għandha tkun ittestjata fuq trattur tat-tip li għalih tkun ġiet iddisinjata. Għandha tiġi mwaħħla mat-trattur skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-trattur u/jew dawk tal-manifattur tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.2.2. Għat-testijiet it-trattur għandu jkun mgħammar bil-komponenti strutturali kollha tas-serje tal-produzzjoni li jistgħu jinfluwenzaw is-saħħa tal-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib jew li jistgħu jkunu meħtieġa għat-test tas-saħħa.

Il-komponenti li jistgħu joħolqu periklu fiż-żona ta’ spazju għandhom jiġu imwaħħla wkoll sabiex jiġu eżaminati fir-rigward ta’ jekk ikunux konformi mal-ħtiġiet tal-punt 4.1 ta’ dan l-Anness.

1.2.3. It-testijiet għandhom iseħħu bit-trattur wieqaf.

1.3. Piż tat-trattur

Il-massa W imkejjla kif użata fil-formuli (ara l-Anness III parti A u B) biex jiġi kalkulat l-għoli tal-waqgħa tal-piż tal-pendlu u l-forza tat-tgħaffiġ, għandha tkun mill-anqas dik definita fil-punt 2.1.1. tal-Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE (i.e., bl-esklużjoni tal-aċċessorji voluntarji imma inklużi l-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, il-karburanti, l-attrezzar imwaħħal, it-tagħmir imwaħħal u x-xufier) flimkien mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u mnaqqas b’75 kg. Mhux inklużi huma l-oġġetti voluntarji, s-saborra ta’ quddiem jew ta’ wara, is-saborra tat-tajers, l-attrezzar imwaħħal, it-tagħmir imwaħħal jew xi komponenti speċjalizzati.

2. TAGĦMIR U APPARAT

2.1. Il-piż tal-pendlu

2.1.1. Il-piż tal-pendlu għandu jkun sospiż b’żewġ ktejjen jew ħbula tal-ħadid minn punti tal-pern mhux anqas minn 6 m ‘l fuq mill-art. Għandhom jiġu provduti mezzi għall-aġġustament indipendenti tal-għoli tal-piż sospiż u tal-angolu bejn il-piż u l-ktajjen jew il-ħbula li qegħdin iżommuh.

2.1.2. Il-piż għandu jkun ta’ 2000 ± 20 kg imma eskluż il-piż tal-ktajjen jew tal-ħbula, li huma nfushom ma għandhomx ikunu iktar minn 100 kg. It-tul tal-ġnub tan-naħa tal-impatt għandu jkun 680 ± 20 mm (ara l-Anness IV, fig.4) Il-piż għandu jkun mimli b’tali mod li l-pożizzjoni fiċ-ċentru tal-gravità tkun kostanti.

2.1.3. Għandhom jiġu provduti mezzi għall-ġbid lura tal-piż bħal pendlu sa għoli li jkun iddeterminat għal kull test. Mekkaniżmu ta’ rilaxx bil-ħeffa għandu jippermetti li l-piż jitbandal ‘l isfel mingħajr ma jbiddel il-miel b’relazzjoni mal-ktejjen u l-ħbula li jżommuh.

2.2. Sostenn tal-pendlu

Il-ponot tal-pern tal-pendlu għandhom jiġu imqiegħda b’mod riġidu hekk li ċ-ċaqlieq f’kull direzzjoni ma jeċċedix 1 % tal-għoli tal-waqgħa.

2.3. Irbit

2.3.1. It-trattur għandu jkun marbut permezz ta’ apparat li permezz tiegħu jiġi miżmum jew ristrett b’tali mod li jżommu l-linji tal-art li jkunu mwaħħla riġidi ma’ bażi tal-konkritt tali li ma jċedix. Il-linji għandhom jitqiegħdu spazzjati sabiex jippermettu li t-trattur jiġi mizmum hekk kif muri fl-Anness IV, il-fig. 5, 6 u 7. Għal kull test ir-roti tat-trattur u kull planċier tal-fus użati għandhom jistrieħu fuq bażi li ma ċċedix.

2.3.2. Apparti mill-apparat ta’ tensjoni u l-irbit tal-linji tal-art it-trattur għandu jiġi marbut b’ħabel tal-ħadid tad-dimensjonijiet speċifikati.

Il-ħabel tal-ħadid għandu jkun ta’ kwalunkwe tip ta’ fili tondi, bil-ġewwieni tal-fibra, kostruzzjoni 6 x 19 skont ISO 2408. Id-dijametru nominali tal-ħabel għandu jkun ta’ 13 mm.

2.3.3. Il-pern tan-nofs ta’ trattur artikulat għandu jiġi miżmum u imwaħħal kif meħtieġ għall-impatti ta’ quddiem, ta’ wara, u tal-ġenb u għall-testijiet tat-tgħaffiġ u għandu, aktar minn hekk, jiġi mirfuh mill-ġenb għall-impatti tal-ġenb. Ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara mhux neċessarjament għandhom ikunu bi dritt xulxin jekk dan ikun aktar konvenjenti sabiex jitwaħħlu il-ħbula tal-ħadid.

2.4. Riffieda u seratizz tar-rota

2.4.1. Travu għandu jintuża bħala riffieda għar-rota fil-ġenb tal-impatt kif muri fl-Anness IV, il-fig. 7.

2.4.2. Travu ta’ injam artab ta’ madwar 150 x 150 mm għandu jitwaħħal mal-art sabiex jgħaqqad it-tajers man-naħa opposta tal-impatt kif jidher fl-Anness IV, il-fig. 5, 6 u 7.

2.5. Ir-riffieda u r-rabbata għat-tratturi artikulati

2.5.1. Ir-riffieda u r-rabbata addizjonali għandhom jintużaw għat-tratturi artikulati. L-għan ta’ dawn huwa sabiex jassiguraw li s-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib hija mwaħħla tkun riġida daqs dak tat-trattur riġidu.

2.5.2. Dettajli speċifiċi addizzjonali jinsabu fl-Anness III fir-rigward tat-testijiet tal-impatt u tat-tgħaffiġ.

2.6. Crushing Rig

Parank kif muri fl-Anness IV, il-fig. 8, għandu jkun kapaċi li jeżerċita forza ‘l-isfel fuq l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib minn travu riġidu ta’ approssimament 250 mm wiegħsa imwaħħal ma mekkaniżmu tal-applikar tat-tgħabija permezz ta’ minċotti universali. Pjanċieri xierqa tal-fus għandhom ikunu pprovduti sabiex it-tajers tat-trattur ma jsofrux il-forza tat-tgħaffiġ.

2.7. Apparat tal-kejl

2.7.1. Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III parti A u B, għandu jintuża apparat li fuqu ikun imqiegħed issikkat fuq arblu orizzontali għall-iskop li jkejjel id-differenza bejn id-diflezzjoni massima momentanja u d-diflezzjoni residwa waqt it-test tal-impatt tal-ġenb.

2.7.2. Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III parti A, il-kejl għandu jsir wara t-testijiet tal-laboratorju sabiex jiddeterminaw liema parti tal-istruttura ta’ protezzjoni tkun daħlet fiż-żona ta’ spazju msemmija f’punt 2 tal-Anness III parti A.

2.7.3. Għat-testijiet stabbiliti fl-Anness III parti B, għandu jkun ipprovdut apparat – li jista jinkludi tagħmir fotografiku – sabiex wara li jsiru t-testijiet tal-laboratorji jkun stabbilit liema parti tal-istruttura tal-protezzjoni, matul dawn it-testijiet, tkun daħlet jew kienet f’kuntatt maż-żona ta’ spazju preskritta f’punt 2 tal-Anness III parti B.

2.8. Tolleranzi tal-kejl

It-tolleranzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-kejl magħmul matul it-testijiet:

2.8.1. qisien lineari imkejjla matul it-test (bl-eċċezzjoni ta’ 2.8.2); struttura ta’ protezzjoni u qisien tat-trattur, żona ta’ spazju tad-diflezzjonijiet tat-tyre meta meta marbut għat-test tal-impatt: ± 3 mm;

2.8.2. għoli tal-piż tal-pendlu issetjat għat-test tal-impatt: ± 6 mm;

2.8.3. il-piż imkejjel tat-trattur: ± 20 kg;

2.8.4. il-piż applikat matul it-testijiet tat-tgħaffiġ: ± 2 %;

2.8.5. l-angolu tal-ktajjen jew tal-ħbula tal-ħadid użati bħala sostenn fil-punt tal-impatt: ± 2 °.

3. TESTIJIET

3.1. Ħtiġiet Ġenerali

3.1.1. Sekwenza tat-testijiet

3.1.1.1. Il-lista u sekwenza tat-testijiet għandha tkun kif ġej. In-numri tad-dettalji huma dawk tat-testijiet kif deskritti fl-Anness III parti A u B:

1.impatt minn wara | 1.1, |

2.test tat-tgħaffiġ fuq wara | 1.4, |

3.impatt minn quddiem | 1.2, |

4.impatt mill-ġenb | 1.3, |

5.test tat-tgħaffiġ fuq quddiem | 1.5. |

3.1.1.2. Jekk, matul it-test, xi parti tal-apparat tal-irbit tiċċaqlaq jew tinkiser, it-test għandu jiġi ripetut.

3.1.1.3. L-ebda tiswija jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib m’għandhom isiru matul it-test.

3.1.1.4. Il-gear-box tat-trattur għandha tkun fin-newtral u l-brejkijiet miftuħa matul it-test kollu.

3.1.1.5. Fil-każ ta’ trattur b’posizzjoni ta’ sewqan riversibbli (i.e. b’sedil u steering wheel riversibbli), l-ewwel impatt għandu jkun lonġitudinali u għandu jiġi applikat fuq l-itqal estremità (b’aktar minn 50 % tal-massa tat-trattur). Dan għandu jiġi segwit minn test ta’ tgħaffiġ fuq l-istess estremità. It-tieni impatt għandu jkun fuq l-eħfef estremità, u t-tielet impatt għandu jkun mill-ġenb. Fl-aħħar, għandu jitwettaq it-tieni test ta’ tgħaffiġ fuq l-eħfef estremità.

3.1.2. Wesgħa tas-sarbut

Il-wisgħa tas-sarbut issetjat għat-tajers ta’ wara għandu jintgħażel hekk li kemm jista jkun possibbli l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx sostnuta bit-tajers matul it-testijiet.

3.1.3. Tneħħija ta’ komponenti li ma joħolqux ħsara

Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li, bħala unitajiet sħaħ, jikkostitwixxu protezzjoni għax-xufier – inkluż protezzjoni mit-temp - għandhom ikunu fornuti mat-trattur li għandu jkun ittestjat. Huwa permissibbli li jitneħħew it-twieqi ta’ ħġieġ tas-sigurtà ta’ quddiem, tal-ġnub u ta’ wara jew xi materjal simili u kull panew li jista’ jitneħħa, tagħmir u aċċessorji li ma għandhom l-ebda funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistgħux joħolqu ħsara fil-każ ta’ tgerbib.

3.1.4. Direzzjoni tal-impatti

In-naħa tat-trattur li tirċievi l-impatt tal-ġenb għandha tkun dik li aktarx li toħloq l-akbar tgħawwiġ. L-impatt ta’ wara għandu jkun fuq il-kantuniera l-aktar ‘il bogħod mill-impatt tal-ġenb u l-impatt ta’ quddiem, il-kantuniera l-aktar qrib għall-impatt tal-ġenb.

3.1.5. Pressjoni tat-tajers u t-trattib

It-tajers ma għandhomx ikunu bl-ilma bħala saborra. Il-pressjoni u t-trattib f’dawk it-tajers li huma marbuta fid-diversi testijiet għandhom ikun skont it-tabella li ġejja:

| Pressjoni tat-tajer (bar) | Trattib (mm) |

Tajers Radial-ply | Tajers Diagonal-Ply | Quddiem | Wara |

Quddiem | Wara | Quddiem | Wara |

Sistema tal-ingranaġġ fuq l-erba roti, roti ta’ quddiem u ta’ wara tal-istess daqs | 1,20 | 1,20 | 1,00 | 1,00 | 25 | 25 |

Sistema tal-ingranaġġ fuq l-erba roti, roti ta’ quddiem iżgħar minn ta’ wara | 1,80 | 1,20 | 1,50 | 1,00 | 20 | 25 |

Sistema tal-ingranaġġ fuq żewġ roti | 2,40 | 1,20 | 2,00 | 1,00 | 15 | 25 |

4. INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

4.1. Struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ippreżentata għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għandha tkun meqjusa bħala li tissodisfa il-ħtiġiet dwar is-saħħa meta tissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

4.1.1. tkun ħielsa minn qsim u tixqieq kif deskritti fil-punt 3.1 tal-Anness III parti A B;

4.1.2. għal testijiet tal-Anness III parti A: l-ebda parti taż-żona tal-ispazji ma tkun ‘il barra mill-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib;

għal testijiet tal-Anness III parti B: l-ebda parti miz-żona tal-ispazji ma tkun iddaħħlet fl-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib waqt l-impatt jew it-testijiet tal-impatt jew hija ‘l barra mill-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib, kif deskritta fil-punt 3.2 tal-Anness III parti B;

4.1.3. għal testijiet tal-Anness III parti A: id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja massima u d-diflezzjoni residwa, msemmija f’punt 3.3. tal-Anness III parti A ma teċċedix il-15 cm;

għal testijiet tal-Anness III parti B: matul it-test tal-impatt fuq il-ġenb, id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja massima u d-diflezzjoni residwa, riferita fil-punt 3.3. tal-Anness III parti B ma teċċedix il-25 cm.

4.2. M’hemm l-ebda fattur ieħor li jippreżenta periklu partikulari lis-sewwieq e.g. ħġieġ ta’ tip li x’aktarx li jixxaqqaq b’mod perikoluż, kuxxinar insuffiċjenti fis-saqaf jew inkella fejn ras is-sewwieq tista’ taħbat.

5. RAPPORT TAT-TEST

5.1. Ir-rapport tat-test għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent msemmi fl-Anness VII. Il-preżentazzjoni ta’ dan ir-rapport għandha tkun kif murija fl-Anness V. Ir-rapport għandu jinkludi:

5.1.1. deskrizzjoni ġenerali tal-għamla u l-kostruzzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib inklużi l-materjali u t-tagħmir; il-qisien esterni tat-trattur bl-istruttura ta’ protezzjoni armata, il-qisien interni ewlenin, l-ispazju minimu mill-isteering wheel, id-distanza laterali mill-isteering wheel sal-ġnub tal-istruttura tal-protezzjoni, l-għoli tas-saqaf tal-istruttura tal-protezzjoni fuq is-sedil jew il-punt tar-referenza tas-sedil u fuq il-pjanċier tas-saqajn jekk ikun hemm, dettalji tal-provvedimenti dwar id-dħul u l-ħruġ normali u għall-ħrib kif determinat mill-partijiet tal-istruttura tal-protezzjoni; u d-dettalji tas-sħanat u, meta meħtieġ, is-sistema tal-ventilazzjoni;

5.1.2. dettalji ta’ xi fatturi speċjali bħal ma hu l-apparat li jipprevjeni t-tgerbib kontinwu tat-trattur,

5.1.3. deskrizzjoni qasira tal-kuxxinar intern intiż li jimminimizza l-feriti fir-ras u l-ispalla u jew inkella l-effett li jnaqqas il-ħoss;

5.1.4. stqarrija dwar it-tip ta’ windscreen u l-ħġieġ imwaħħal.

5.2. Ir-rapport għandu jidentifika b’mod ċar it-tip ta’ trattur (għamla, tip, deskrizzjoni kummerċjali, eċċ.) użat għall-ittestjar u t-tipi li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija intiża għalih.

5.3. Jekk l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti hija estiża għal tipi oħra ta’ tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport tal-approvazzjoni tat-tip KE oriġinali tal-komponenti kif ukoll l-indikazzjonijiet preċiżi dwar il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 3.4 tal-Anness I.

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR

A – Metodu tat-test I

1. TESTIJIET TAL-IMPATT U T-TGĦAFFIĠ

1.1. Impatt fuq wara

1.1.1. It-trattur għandu jitqiegħed b’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta 20 ° għal dak vertikali, sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt għandha, matul id-diflezzjoni, angolu akbar għall-vertikali. F’dan il-każ il-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-diflezzjoni masima, il-ktajjen ta’ sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat mal-art l-ewwel f’inċident meta ssir qalba b’lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż għandu jkun wieħed minn sitta tal-wesgħa tal-quċċata tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ‘il ġewwa mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tal-għoli tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ wara tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn ta’ ġewwa tal-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja karatabum mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

Jekk parti maħruġa tippreżenta żona inadegwata għall-għoli, il-pjanċa tal-azzar ta’ ħxuna xierqa u fond u xi 300 mm tul għandha tkun imwaħħla ma’ dik il-parti b’tali mod li s-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx affetwata.

1.1.2. Il-qafas riġidu ta’ tratturi għandu jkun marbut sewwa. Il-punti tal-irbit tal-ħbula għandhom ikunu madwar 2 m wara l-fus ta’ wara u 1.5 m ‘il quddiem tal-fus ta’ quddiem. Għandhom ikunu jew fil-pjan li fih iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu jkun jitbandal jew aktar minn irbit wieħed għandu jagħti forza riżulatanti f’dan il-pjan, kif insibu fl-Anness IV, il-fig. 5.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex it-trattib fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara jkunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkat, seratizz tal-injam 150 × 150 mm għandu jkun imqabbad quddiem ir-roti ta’ wara u ssikkatt ferm magħhom.

1.1.3. Tratturi artikulati għandu jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija armata għandha tkun meqjusa bħala l-fus ta’ wara fl-Anness IV, il-fig. 5. Il-punt tad-dawrien għandu jkun sostnutt minn seratizz ta’ madwar 100 × 100 mm u għandu jkun marbut sod permezz ta’ ħbula tal-ħadid imwaħħla mal-linji tal-art.

1.1.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq dak tal-punt tal-impatt, huwa mogħti bil-formula:

H = 125 + 0,020 W

fejn H hija l-għoli tal-waqgħa f’millimetri u W hija l-massa tat-trattur kif definita fil-punt 1.3. tal-Anness II.

Il-piż għandu mbagħad jintelaq u jitħalla jikkraxxja kontra l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.2. Impatt fuq quddiem

1.2.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-katina ta’ rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta’ 20 ° għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt ta’ kuntatt għandha, matul id-diflezzjoni, angolu akbar għall-vertikali. F’dan il-każ li l-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-diflezzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat laġenba mal-art meta tkun qed tivvjaġġa ‘il quddiem, normalment tax-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż ma għandiex tkun aktar minn 80 mm mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn 80 mm ‘il ġewwa minn dan il-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

1.2.2. Trattur b’qafas riġidu għandu jkun marbut hekk kif indikat fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punti tat-twaħħlil tal-irbit għandhom ikunu approssimament 2 m wara l-fus ta’ wara u 1, 50 m ‘il quddiem tal-fus ta’ quddiem.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex it-trattib fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkat, seratizz tal-injam 150 × 150 mm għandu jkun imqabbad wara r-roti ta’ wara u ssikkat magħhom.

1.2.3. Tratturi artikulati għandu jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqu l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija aramata għandha tiġi trattata bħall-fus ta’ quddiem fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ madwar 100 × 100 mm u jkun marbut sod permezz ta’ ħbula tal-ħadid imwaħħla mal-linji tal-art.

1.2.4. Il-piż għandu jinġibed lura hekk li l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt ikun kif mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,020 W.

1.3. Impatt fil-ġenb

1.3.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż b’tali mod li l-piż jolqot l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid huma vertikali sakemm l-istruttura tal-protezzjoni fil-punt tal-kuntatt hija, matul id-diflezzjoni, ‘l barra milli vertikali. F’dan il-każ il-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jkun aġġustat permezz ta’ rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-diflezzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu vertikali. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat l-ewwel mal-art f’inċident tat-tgerbib, normalment ix-xifer ta’ fuq. Sakemm ma jkunx ċert li l-parti l-oħra minn dan ix-xifer tolqot l-art l-ewwel, il-punt tal-impatt għandu jkun fil-pjan linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur u jgħaddi min-nofs is-sedil fin-nofs tal-aġġustament. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. F’dak li jirrigwarda tratturi b’postijiet tas-sewqan riversibbli (b’sedil u steering wheel riversibbli), il-punt ta’ impatt ikun definit b’relazzjoni mal-punt fil-pjan medjan tat-trattur mal-pjan li jkun perpendikulari miegħu skont linja li tgħadddi minn punt ekwidistanti miż-żewġ punti ta’ referenza mis-sedil.

1.3.2. Għal tratturi riġidi, kull fus li l-pożizzjoni tiegħu hija riġida relattiva għall-istruttura tal-protezzjoni għandu jkun marbut man-naħa li miegħu l-impatt sejjer ikun amministrat. Fil-każ ta’ trattur b’ingranaġġ ta’ żewġ roti dan normalment ikun il-fus ta’ wara; dan l-arranġament jidher fl-Anness IV, il-fig. 7. Iż-żewġ tirbit għandhom jgħaddu minn fuq il-fus mill-punti direttament taħtu, wieħed jgħaddi mill-punt 1.5 m ‘il quddiem tal-pern u l-ieħor minn punt approssimament 1.5 m wara il-pern. L-irbit għandhom jiġu issikati sabiex ikun hemm devjazzjoni fit-tajers li jmissu mal-irbit huma kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Wara l-irbit, seratizz tal-injam għandu jitpoġġa bħala riffieda kontra r-rota faċċata tal-piż u sod mal-art b’tali mod li jkun imqiegħed strettament max-xifer tar-rota matul l-impatt kif muri fl-Anness IV, il-fig 7. It-tul tas-seratizz għandu jintgħażel b’tali mod li meta jkun f’posizzjoni kontra r-rota ikun f’angolu ta 30 ± 3 ° mal-orizzontali. It-tul tiegħu għandu jkun 20 sa 25 darba il-ħxuna tiegħu u wiegħsa darbtejn jew tlieta il-wesgħa tiegħu. Iż-żewġ fusien m’għandhomx ikunu pprevenuti milli jiċċaqalqu laġenba permezz ta’ seratizz imwaħħal mal-art kontra l-parti ta’ barra tar-rota fin-naħa opposta ma’ dik li magħha l-impatt huwa amministrat.

1.3.3. Trattur artikulat għandu jkun marbut sewwa sabiex dik is-sezzjoni tat-trattur li jkun fiha l-istruttura tal-protezzjoni tkun imwaħħla riġidament mal-art bħal fil-każ ta’ trattur mhux artikulat.

Iż-żewġ fusien ta’ tratturi artikulati għandhom jintrabtu mal-art. Il-fus u r-roti tas-sezzjoni tat-trattur li fuqhom l-istruttura tal-protezzjoni hija armata għandha titwaħħal u tkun mirfuda bħal fl-Anness IV, il-fig. 7. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ mill-anqas 100 × 100 mm u marbut mal-linji tal-art. Riffieda għandha tkun imqiegħda kontra il-punt tad-dawrien u marbuta mal-art b’tali mod li jkollha l-istess effett ta’ riffieda mar-rota ta’ wara u tipprovdi sostenn simili għal dak milħuq minn trattur riġidu.

1.3.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt ikun kif mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,150 W.

1.4. It-tgħaffiġ fuq wara

It-trattur għandu jkun imqiegħed fuq il-parank hekk kif deskritt fil-punt 2.6 tal-Anness II u muri fl-Anness IV, il-fig. 8 u 10, b’tali mod li t-tarf ta’ wara tas-seratizz huwa fuq l-aktar parti ta’ wara tal-istruttura tal-protezzjoni li ġġorr il-piż tal-pjan tal-medjan longitudinali tat-trattur tkun fin-nofs bejn il-punti tal-applikazzjoni tal-forza mas-seratizz.

It-travetti tal-fusien għandhom jitqiegħdu taħt il-fusien b’tali mod li t-tajers ma jaqilgħux il-forza tat-tgħaffiġ. Il-forza applikata għandha tikkorispondi mad-doppju tal-massa tat-trattur hekk kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness II. Jista’ jkun meħtieġ li jkun marbut ‘il quddiem tat-trattur.

1.5. Tgħaffiġ fuq quddiem

1.5.1. Dan għandu jkun identiku għat-test tat-tgħaffiġ ta’ wara bl-eċċezzjoni li it-tarf ta’ quddiem tas-seratizz għandu jkun fil-parti l-aktar fuq quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.5.2. Meta l-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura tal-protezzjoni ma ssostnix il-forza kollha tat-tgħaffiġ, il-forza li għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf isofri devjazzjoni li tkun mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma’ dik ta’ quddiem tat-trattur kapaċi li ssostni l-massa tat-trattur meta jinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa u t-trattur imqiegħed mill-ġdid b’tali mod li s-seratizz huwa fuq dak il-punt tal-istruttura tal-protezzjoni li jista’ imbagħad isostni ‘il wara tat-trattur meta jinqaleb kompletamant, kif muri fl-Anness IV, il-fig. 10, u l-forza kollha tkun applikata mill-ġdid.

2. ŻONA TA’ SPAZJU

2.1. Iż-"żona ta’ spazju" hija definita mill-pjani kif ġej, bit-trattur jkun fuq wiċċ orizzontali:

orizzontali, 95 ċm mis-sedil ikkompressat;

vertikali, perpendikulari mal-pjan medjan tat-trattur u 10 ċm wara d-dahar tas-sedil;

vertikali, parallel mal-pjan medjan tat-trattur u 25 ċm lejn ix-xellug taċ-ċentru tas-sedil;

vertikali, parallel mal-pjan medjan tat-trattur u 25 ċm lejn il-lemin taċ-ċentru tas-sedil;

pjan inklinat li fih ikun hemm il-linja orizzontali f’linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur, 95 ċm fuq is-sedil ikkompressat u 45 ċm (biż-żieda taċ-ċaqliq possibbli tas-sedil ‘il quddiem u lura) lejn il-quddiem tad-dhar tas-sedil. Dan il-pjan inklinat jgħaddi minn quddiem l-isteering wheel u l-eqreb punt ikun ta’ 4 ċm tar-rimm tal-isteering wheel.

2.2. Id-dahar tas-sedil għandu jkun iddeterminat billi jkun injorat il-kuxxinar tiegħu. Is-sedil għandu jkun fil-parti l-aktar lura tal-aġġustament tiegħu għal operazzjoni bil-qiegħda normali tat-trattur u fil-pożizzjoni l-aktar għolja jekk din tkun independentement varjabbli. Meta s-suspenzjoni tas-sedil tista’ tkun aġġustata din għandha tkun fil-pożizzjoni medja u l-piż fuqu jkun ta’ 75 kg.

3. KEJL LI GĦANDU JSIR

3.1. Fratturi u qsim

Għal kull test il-membri strutturali, il-ġonot u s-saljaturi tat-twaħħil kollha fuq it-trattur għandhom ikunu eżaminati b’mod viżiv għal fratturi u qsim, xi qasma żgħira f’partijiet mhux importanti tiġi injorata.

3.2. Żona ta’ spazju

3.2.1. Wara kull test l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib għandha tiġi eżaminata biex tara jekk xi parti mill-istruttura tal-protezzjoni tkunx daħlet fiż-żona ta’ spazju madwar is-sedil tas-sewqan hekk kif definit fil-punt 2.

3.2.2. B’żieda ma’ dan, l-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi eżaminata sabiex tiddetermina jekk xi parti miż-żona ta’ spazju tkunx ‘il barra mill-protezzjoni tal-istruttura tal-protezzjoni. Għal din ir-raġuni għandha tiġi kunsidrata bħala barra miż-żona ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun għamlet kuntatt ma’ art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ikun ġie l-impatt. Għal din ir-raġuni l-issettjar tat-tajer u tas-sarbut għandu jkun meqjus bħala l-iżgħar indikat mill-manifattur.

3.3. Devjazzjoni momentarja massima

Matul it-test tal-impatt mal-ġenb id-differenza bejn id-diflezzjoni momentarja massima u d-deflezzjoni residwa f’għoli ta’ 950 mm ‘il fuq mis-sedil bil-piż għandha tkun irrekordjata. Parti mill-virga indikata fil-punt 2.7.1 tal-Anness II għandha tkun imwaħħla mal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-tarf l-ieħor jgħaddi minn toqba fl-istandard vertikali. Il-pożizzjoni tal-friction collar fuq il-virga wara l-impatt jindika id-devjazzjoni momentarja massima.

3.4. Devjazzjoni permanenti

Wara t-test tal-kompressjoni finali d-devjazzjoni permanenti tal-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi rekordjata. Għal dan il-għan, qabel ma jibda t-test, il-pożizzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ewlenija f’relazzjoni mas-sedil għandha tiġi rekordjata.

B – Metodu tat-test II

1. TESTIJIET TAL-IMPATT U TAT-TGĦAFFIĠ

1.1. Impatt fuq wara

1.1.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta il-wiċċ tal-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta’ 20 ° għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt ikollha, matul id-devjazzjoni, angolu ikbar għal dak vertikali. Fil-każ li l-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat mal-art l-ewwel f’inċident meta ssir qalba b’lura, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż għandu tkun wieħed minn sitta tal-wesgħa tal-wisa’ tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ‘il ġewwa mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tal-għoli tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ wara tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn ta’ ġewwa tal-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali ma’ linja linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

Jekk membru mħarreġ ‘il barra jkun preżenti f’żona inadekwata għall-għoli, pjanċa tal-azzar ta’ ħxuna xierqa u fond u xi 300 mm tul għandha tkun imwaħħla ma’ dak il-membru b’tali mod li s-saħħa tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tkunx affetwata.

1.1.2. Tratturi b’qafas riġidi għandhom jiġu marbuta sewwa. Il-punti tal-irbit tal-ħbula għandhom jkunu madwar 2 m wara il-fus ta’ wara u 1.5 m quddiem il-fus ta’ quddiem. M’għandhomx jkunu la fil-pjan li fih iċ-ċentru tal-gravità tal-pendlu jkun jitbandal jew aktar minn rabta waħda għandha tati forza riżultanti f’dan il-pjan, kif insibu fl-Anness IV, il-fig. 5.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex id-devjazzjoni fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-irbit ikun issikkat, seratizz tal-injam ta’ 150 × 150 mm għandu jitwaħħal quddiem ir-roti ta’ wara u jiġi ssikkat ħafna kontra tagħhom.

1.1.3. Tratturi artikulati għandu ikollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqha l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija armata għandha tiġi trattata bħala l-fus ta’ wara fl-Anness IV, il-fig. 5. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ 100 × 100 mm u jiġi marbut sod ‘l isfel permezz ta’ ħbula tal-ħadid marbuta tal-linji tal-art.

1.1.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

H = 2,165 × 10-8 × WL2 jew H = 5,73 × 10–2 × I

fejn:

H = l-għoli ta’ waqgħa f’millimetri,

W = il-piż tat-trattur hekk kif definit fi 1.3 tal-Anness II,

L = il-wheel base massimu tat-trattur f’millimetri,

I = il-momentum tal-inertia tal-fus ta’ wara, bir-roti maqlugħin, f’kilogrammi għal kull metru kwadru (kg/m2).

Il-piż għandu imbagħad jintelaq u jitħalla li jikkraxxja kontra l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.1.5. M’għandu jkun hemm l-ebda impatt fuq wara fil-każ ta’ trattur b’tal-inqas 50 % tal-piż, hekk kif definit mill-punt 1.3. tal-Anness II, jkun fuq il-fus ta’ quddiem.

1.2. Impatt fuq quddiem

1.2.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż sabiex il-piż jaħbat mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt u l-ktajjen tar-rinforz u l-ħbula tal-ħadid huma f’angolu ta’ 20 ° għal dak vertikali sakemm l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-kuntatt għandha, matul id-devjazzjoni, angolu ikbar għal dak vertikali. F’dan il-każ il-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu f’angolu ta’ 20 ° mal-vertikali. Għandhom jittieħdu passi sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru tal-gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat laġenba mal-art meta tkun qed tivvjaġġa ‘il quddiem, normalment ix-xifer ta’ fuq. Il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-piż ma għandux jkun aktar minn 80 mm mill-pjan vertikali parallel mal-pjan medjan tat-trattur li jmiss mal-estremità ta’ barra tas-saqaf tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

B’danakollu, jekk il-kurva ta’ quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib tibda b’distanza akbar minn 80 mm il-ġewwa minn dan il-pjan vertikali, l-impatt għandu jiġi amministrat fil-bidu tal-liwja, i.e. fil-punt fejn il-liwja hija tanġenzjali mal-linja f’linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur (ara l-Anness IV, il-fig. 9).

1.2.2. Tratturi b’qafas riġidu għandhom ikunu marbuta hekk kif indikat fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punti tal-irbit tal-ħbula għandhom ikunu approssimament 2 m wara l-fus ta’ wara u 1.5 m ‘il quddiem tal-fus ta’ quddiem.

L-irbit għandu jkun issikat sabiex id-devjazzjoni fit-tajers ta’ quddiem u ta’ wara ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Meta l-ħbula jiġu ssikkati, seratizz tal-injam ta’ 150 × 150 mm għandu jitwaħħal wara r-roti ta’ wara u ssikkat sewwa kontra tagħhom.

1.2.3. Tratturi artikulati għandu jkollhom iż-żewġ fusien marbuta. Il-fus ta’ dik is-sezzjoni tat-trattur li fuqha l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija armata għandha tiġi trattata bħala l-fus ta’ quddiem fl-Anness IV, il-fig. 6. Il-punt tad-dawrien għandu jiġi sostnut minn seratizz ta’ madwar 100 × 100 mm u jiġi marbut sod ‘l isfel permezz ta’ ħbula tal-ħadid marbuta mal-linji tal-art.

1.2.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,020 W.

1.3. Impatt mal-ġenb

1.3.1. It-trattur għandu jitqiegħed f’relazzjoni mal-piż b’tali mod li l-piż jolqot l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib meta l-wiċċ tal-impatt tal-piż u l-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid huma vertikali sakemm l-istruttura tal-protezzjoni fil-punt tal-kuntatt hija, matul id-devjazzjoni, ‘il barra milli vertikali. Fil-każ li l-wiċċ tal-impatt tal-piż għandu jiġi aġġustat permezz tar-rinforz addizzjonali sabiex jiġi parallel mal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib fil-punt tal-impatt fil-mument tad-devjazzjoni massima, il-ktajjen tas-sostenn jew il-ħbula tal-ħadid jibqgħu vertikali. L-għoli sospiż tal-piż għandu jiġi aġġustat sabiex il-locus taċ-ċentru ta’ gravità tiegħu jgħaddi mill-punt tal-kuntatt.

Il-punt tal-impatt għandu jkun dik il-parti tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li l-aktar possibbli li taħbat mal-art l-ewwel f’inċident meta issir qalba laġenba, normalment ix-xifer ta’ fuq. Sakemm m’huwiex ċert li l-parti oħra minn dan ix-xifer tolqot l-art l-ewwel, il-punt tal-impatt għandu jkun fil-pjan b’linja perpendikolari mal-pjan medjan tat-trattur u jgħaddi min-nofs is-sedil fin-nofs tal-aġġustament. Passi għandhom jittieħdu sabiex titnaqqas it-tendenza tal-piż li jdur mal-punt tal-kuntatt. Fil-każ ta’ trattur b’posizzjoni ta’ sewqan riversibbli (i.e. b’sedil u steering wheel riversibbli), il-punt ta’ impatt għandu jiġi stabbilit b’relazzjoni mal-intersezzjoni tal-pjan medjan tat-trattur u ta’ pjan perpendikulari miegħu, b’linja dritta li tgħaddi minn punt li huwa ekwidistanti miż-żewġ punti ta’ referenza tas-sedil.

1.3.2. Għal tratturi riġidi, kull fus li l-pożizzjoni tiegħu hija riġida relattiva għall-istruttura tal-protezzjoni għandu jkun marbut man-naħa li miegħu l-impatt huwa amministrat. Fil-każ ta’ trattur b’ingranaġġ ta’ żewġ roti dan normalment ikun il-fus ta’ wara; dan l-arranġament jidher fl-Anness IV, il-fig. 7. Iż-żewġ irbit għandhom jgħaddu minn fuq il-fus minn punti direttament taħtu, wieħed jgħaddi mill-punt tal-irbit approssimament 1.5 m quddiem il-fus u ieħor minn punt madwar 1.5 m wara l-fus. L-irbit għandu jkun issikat sabiex id-dejvazzjoni fit-tajers li jmissu mal-irbit ikunu hekk kif indikati fil-punt 3.1.5 tal-Anness II. Wara l-irbit, seratizz tal-injam għandu jitpoġġa bħala riffieda kontra r-rota faċċata tal-piż u sod mal-art b’tali mod li huwa imqiegħed strettament max-xifer tar-rota matul l-impatt kif muri f’Anness IV, fig 7. It-tul tas-seratizz għandu jintgħażel b’tali mod li meta f’pożizzjoni kontra r-rota huwa f’angolu ta 30 ± 3 ° mal-orizzontali. It-tul tiegħu għandu jkun 20 sa 25 darba il-ħxuna tiegħu u wiegħsa darbtejn jew tlieta il-wesgħa tiegħu. Iż-żewġ fusien m’għandhomx ikunu pprevenuti milli jiċċaqalqu laġenba permezz ta’ seratizz imwaħħal mal-art kontra barra tar-rota fin-naħa opposta ma’ dik li magħha l-impatt huwa amministrat.

1.3.3. Trattur artikulat għandu jkun marbut sewwa sabiex is-sezzjoni tat-trattur li fiha l-istruttura tal-protezzjoni tkun imqiegħdha riġidament mal-art bħal fil-każ ta’ trattur mhux artikulat.

Iż-żewġ fusien ta’ tratturi artikulati għandhom jintrabtu mal-art. Il-fus u r-roti tas-sezzjoni tat-trattur li fuq l-istruttura tal-protezzjoni hija armata għandha tkun marbuta u mifruda skont l-Anness IV, il-fig. 7. Il-punt tal-artikulazzjoni għandu jiġi sostnut minn seratizz tal-anqas 100 × 100 mm u marbut mal-linji tal-art. Għandha tiġi ppożizzjonata riffieda kontra l-punt tal-artikulazzjoni u asigurata mal-art b’tali mod li għandha l-istess effett ta’ riffieda mar-rota ta’ wara u tipprovdi sostenn simili għal dak milħuq minn trattur riġidu.

1.3.4. Il-piż għandu jinġibed lura sabiex l-għoli taċ-ċentru tal-gravità tiegħu fuq il-punt tal-impatt huwa mogħti permezz tal-formula:

H = 125 + 0,150 W

1.4. Tgħaffiġ fuq wara

It-trattur għandu jiġi ppożizzjonat mal-parank hekk kif deskritt fil-punt 2.6 tal-Anness II u muri fl-Anness IV, il-fig. 8 u 10, b’tali mod li t-tarf ta’ wara tas-seratizz huwa qabel l-iktar parti ta’ wara tal-istruttura ta’ protezzjoni li tkun terfa’ t-tgħabija tal-medjan tal-pjan longitudinali tat-trattur li hija fin-nofs bejn il-punti tal-applikazzjoni tal-forza mas-seratizz.

L-irfid tal-fusien għandhom jitqiegħdu taħt il-fusien b’tali mod li t-tajers ma jaqilgħux il-forza tat-tgħaffiġ. Il-forza applikata għandha tikkorispondi mad-doppju tal-massa tat-trattur hekk kif definit fil-punt 1.3 tal-Anness II. Jista’ jkun meħtieġ li torbot il-quddiem tat-trattur.

1.5. Tgħaffiġ fuq quddiem

1.5.1. Dan it-test għandu jkun identiku għat-test tat-tgħaffiġ fuq wara bl-eċċezzjoni li t-tarf ta’ quddiem tas-seratizz għandu jkun fil-parti l-iktar fuq quddiem tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib.

1.5.2. Meta l-parti ta’ quddiem tas-saqaf tal-istruttura tal-protezzjoni ma ssostnix il-forza kollha tat-tgħaffiġ, il-forza li għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf isofri devjazzjoni li tikkoinċidi mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma’ dik ta’ quddiem tat-trattur kapaċi li ssostni l-massa tat-trattur meta jinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa u t-trattur jiġi pożizzjonat mill-ġdid b’tali mod li s-seratizz huwa fuq dak il-punt tal-istruttura tal-protezzjoni li jista’ imbagħad isostni l-wara tat-trattur meta jinqaleb kompletamant, kif muri fl-Anness IV, il-fig. 10, u l-forza kollha tkun applikata mill-ġdid.

2. ŻONA TA’ SPAZJU

2.1. Iż-żona tal-ispazju hija illustrata fl-Anness IV, il-fig. 3, u hija definita b’relazzjoni mal-pjan ta’ referenza vertikali ġeneralment lonġitudinali mat-trattur u li jgħaddi minn punt ta’ referenza tas-sedil, deskritt fil-punt 2.3, u ċ-ċentru tal-isteering wheel. Il-pjan ta’ referenza għandu jiġi meqjus li jersaq orizzontalment mas-sedil u l-isteering wheel matul l-impatti iżda li jibqa’ perpendikulari mal-art tat-trattur jew tal-istruttutra tal-protezzjoni kontra l-qlib jekk hu armat b’mod reżiljenti.

Meta l-isteering wheel hija aġġustata, il-pożizzjoni tagħha għandha tkun dik normal tas-sewqan bil-qiegħda.

2.2. Ix-xifer taż-żona għandhom jittieħdu kif ġej:

2.2.1. il-pjani vertikali 250 mm minn kull naħa tal-pjan ta’ referenza estiżi ‘il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil għal 300 mm;

2.2.2. il-pjani paralleli estiżi mit-tarf ta’ fuq tal-pjani msemmija f’punt 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900 mm fuq il-punt tar-referenza tas-sedil u inklinat b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fuq il-ġenb ta’ fejn l-impact ikun milqut huwa tal-anqas 100 mm mill-pjan ta’ referenza;

2.2.3. pjan orizzontali ta’ 900 mm ‘il fuq mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.4. pjan inklinat perperndikulari mal-pjan ta’ referenza u li jinkludi 900 mm direttament fuq il-punt tar-referenza tas-sedil u l-aktar punt lura mill-istruttura tas-sedil li jinkludi is-sospensjonijiet;

2.2.5. pjan vertikali perpendikulari mal-pjan ta’ referenza jestendi ‘l isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil;

2.2.6. wiċċ kurvilineari, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, b’raġġ ta’ 120 mm tanġenzjali mal-pjani msemmija f’punti 2.2.3. u 2.2.4;

2.2.7. wiċċ kurvilineari, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, li għandu raġġ ta’ 900 mm u jestendi ‘il quddiem għall 400 mm minn u tanġenzjali għall-pjan msemmi f’punt 2.2.3 fil-punt 150 mm ‘il quddiem tal-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.8. pjan perpendikualri inklinat mal-pjan ta’ referenza, li jgħaqqad il-wiċċ msemmi f’punt 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40 mm mal-isteering wheel. Fil-każ ta’ pożizzjoni għolja tal-isteering wheel dan il-pjan huwa mibdul ma’ pjan tanġenzjali mal-wiċċ 2.2.7;

2.2.9. pjan vertikali, perpendikulari mal-pjan ta’ referenza, 40 mm il-quddiem tal-isteering wheel;

2.2.10. pjan orizzontali mill-punt ta’ referenza tas-sedil;

2.2.11. fil-każ ta’ trattur b’posizzjoni ta’ sewqan riversibbli (i.e. b’ sedil u steering wheel riversibbli), l-ispazju għandu jkun il-kombinazzjoni taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ posizzjonijiet tal-isteering wheel u s-sedil;

2.2.12. fil-każ ta’ trattur li jista’ jkun mgħammar b’iktar sedili, it-testijiet għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju kkombinat tal-punti ta’ referenza tas-sedil għal kull possibbiltà disponibli għat-twaħħil tas-sedilli. L-istruttura tal-protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju kkombinat madwar id-diversi punti ta’ referenza tas-sedil;

2.2.13. meta tkun proposta għażla ġdida għas-sedil wara li jkun sar it-test, għandha ssir kalkolazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk l-ispazju madwar il-punt ta’ referenza ġdid tas-sedil jinsabx kompletament fl-ispazju kombinat stabbilit preċedentement. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun meħtieġ li jsir test ġdid.

2.3. Il-lokazzjoni tas-sedil u l-punt tar-referenza tas-sedil

2.3.1. Għall-għan tad-definizzjoni taż-żona tal-ispazju fil-punt 2.1, is-sedil għandu jkun il-punt l-aktar lura minn kull medda orizzontali kif aġġustata. Għandu jkun issetjat fin-nofs tal-medda vertikali aġġustata fejn hemm aġġustament indipendenti mill-pożizzjoni orizzontali.

Il-punt ta’ referenza għandu jkun stabbilit bl-użu tal-apparat illustrat fl-Anness IV, il-fig. 1 u 2, sabiex jissimulaw tgħabija minn okkupant uman. L-apparat jikkonsisti minn sedil pan board u backrest boards. Il-backrest board ta’ taħt għandu jiġi imwaħħal fir-reġjun tal-ischium humps (A) u loin (B), l-irbit (B) jkun jista jiġi aġġustat għall-għoli.

2.3.2. Il-punt ta’ referenza huwa definit bħala l-punt fil-pjan orizzontali medjan tas-sedil fejn il-pjan tanġenzjali tal-backrest ta’ taħt u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Il-pjan orizzontali jgħaddi mill-wiċċ ta’ taħt tas-sedil pan board 150 mm quddiem it-tanġent imsemmi hawn fuq.

2.3.3. Meta s-sospenzjoni tas-sedil huwa pprovdut bl-aġġustament għall-piż tax-xufier, dan għandu jiġi ssetjat sabiex is-sedil ikun fin-nofs tal-medda dinamika.

L-apparat għandu jiġi pożizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jiġi mgħobbi b’forza ta’ 550 N fil-punt 50 mm quddiem ir-rabta (A), u ż-żewġ partijiet tal-backrest board għandhom jiġu ppressati bil-mod b’mod tanġenzjali kontra l-backrest.

2.3.4. Jekk mhux possibbli li jkunu ddeterminati tanġenti definiti għal kull żona tal-backrest (‘il fuq u ‘l isfel mir-reġjun lumbari) għandu jsir dan li ġej:

2.3.4.1. meta l-ebda tanġent definit għaż-żona t’isfel m’huwa possibbli: il-parti t’isfel tal-backrest board hija ppressata kontra l-backrest b’mod vertikali;

2.3.4.2. meta l-ebda tanġent definit għaż-żona ta’ fuq m’huwa possibli: l-irbit (B) huwa ffissat f’għoli ta’ 230 mm fuq il-punt ta’ referenza tas-sedil, jekk il-parti t’isfel tal-backrest board hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet tal-backrest board huma ppressati bil-mod kontra l-backrest b’mod tanġenzjali.

3. KEJL LI GĦANDU JSIR

3.1. Fratturi u qsim

Wara kull test, il-membri strutturali kollha, l-irbit u s-saljaturi tal-irbit fuq it-trattur għandhom ikunu eżaminati b’mod viziv għal fratturi u qsim, kull qasma żgħira f’partijiet mhux importanti tiġi injorata.

3.2. Żona ta’ spazju

3.2.1. Waqt kull test l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk xi parti mill-istruttura ta’ protezzjoni tkunx daħlet fiż-żona tal-ispazju madwar is-sedil tas-sewqa hekk kif definit fil-punti 2.1 u 2.2.

3.2.2. Barra minn hekk, l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi eżaminata sabiex jiġi verifikat jekk xi parti miż-żona tal-ispazju hijiex barra mill-protezzjoni tal-istruttura tal-protezzjoni. Għal din ir-raġuni għandha tiġi kunsidrata bħala barra miż-żona ta’ protezzjoni jekk xi parti minnha tkun għamlet kuntatt mal-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni minn fejn ġie l-impatt. Għal din ir-raġuni is-settjar tat-tajer u tas-sarbut għandu jkun meqjus bħala l-iżgħar indikat mill-manifattur.

3.3. Devjazzjoni momentarja massima

Matul it-test tal-impatt tal-ġenb, id-differenza bejn id-devjazzjoni momentarja massima u d-devjazzjoni residwa f’għoli ta’ 900 mm fuq u 150 mm ‘il quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil għandu jiġi rrekordjat. Wieħed mit-truf tal-arblu indikat fil-punt 2.7.1 tal-Anness II għandu jitwaħħal mal-parti ta’ fuq tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u it-tarf l-ieħor jgħaddi minn toqba fl-istandard vertikali. Il-pożizzjoni tal-friction collar fuq l-arblu wara l-impatt jindika id-devjazzjoni momentarja massima.

3.4. Devjazzjoni permanenti

Wara t-test tal-kompressjoni finali id-devjazzjoni permanenti tal-istruttura tal-protezzjoni għandha tiġi rrekordjata. Għal dan l-iskop, qabel ma jibda t-test, il-pożizzjoni tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ewlenija f’relazzjoni mar-referenza tas-sedil għandha tiġi rrekordjata.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

FIGURI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

MUDELL

RAPPORT DWAR IT-TEST TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TAL-KOMPONENTI TAL-ISTRUTTURI TA' PROTEZZJONI KONTRA L-QLIB (QAFAS TAS-SIGURTÀ JEW TAL-KABINA) FIR-RIGWARD KEMM TAS-SAĦĦA TAGHĦA KIF UKOLL TAS-SAĦĦA TAT-TWAĦĦIL TAGHĦA MAT-TRATTUR.

Struttura ta' Protezzjoni

Għamla

Tip

GĦamla tat-Trattur

Tip ta' Trattur

Metodu tat-test

I/II (1)

Identifikazzjoni tal-istazzjon tat-test

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti …

1. It-trademark jew l-isem tal-istruttura tal-protezzjoni …

2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura tal-protezzjoni …

3. Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-trattur jew rappreżentant tiegħu tal-istruttura tal-protezzjoni …

4. Speċifikazzjonijiet tat-trattur li fuqhom jitmexxew it-testijiet

4.1. It-trademark jew l-isem …

4.2. It-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali …

4.3. In-Numru tas-serje …

4.4. It-toqol tat-trattur bla saborra bl-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib armata mingħajr is-sewwieq … kg

4.5. Wheelbase/moment of inertia (1) … mm/kg/m2 (1)

4.6. Il-qisien tat-tyres: Quddiem …

Wara …

5. Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għal tipi oħra ta' tratturi

5.1. It-trademark jew l-isem …

(1) Ħassar fejn mhux applikabbli.

+++++ TIFF +++++

5.2. It-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali …

5.3. Toqol tat-trattur bla saborra bl-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib armata mingħajr is-sewwieq … kg

5.4. Wheelbase/moment of inertia (1) … mm/kg/m2 (1)

5.5. Il-qisien tat-tyres: Quddiem …

Wara …

6. Speċifikazzjonijiet tal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib

6.1. Disinji tal-arranġament ġenerali kemm tal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib kif ukoll tat-twaħħil tagħha mat-trattur

6.2. Ritratti mill-ġenb u minn wara li juru dettalji tal-armar

6.3. Deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib bl-inklużjoni tat-tip ta' kostruzzjoni, dettalji tal-armar fuq it-trattur, dettalji tal-kurazzata, mezzi tal-aċċess u l-ħrib, dettalji tal-kuxxinar ta' ġewwa, fatturi li jipprevjenu t-tgerbib kontinwu u dettalji tas-sħana u l-ventilazzjoni.

6.4. Dimensjonijiet

6.4.1. Għoli tal-membri tas-saqaf fuq is-sedil tat-trattur bis-sewwieq fuqu 'il fuq mill-punt tar-referenza tas-sedil (2) … mm

6.4.2. Għoli tal-membri tas-saqaf 'il fuq mill-pjattaforma tat-trattur … mm

6.4.3. Struttura interna tal-protezzjoni kontra l-qlib b'950 mm 'il fuq mis-sedil(mgħobbi)/b'900 mm 'il fuq mill-punt ta' referenza tas-sedil (2) … mm

6.4.4. Ħxuna tal-istruttura interna tal-protezzjoni kontra l-qlib fil-punt 'il fuq mis-sedil fl-gholi taċ-ċentru tal-isteering wheel … mm

6.4.5. Distanza miċ-ċentru tal-isteering wheel fil-lemin tal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib … mm

6.4.6. Distanza miċ-ċentru tal-isteering wheel fix-xellug tal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib … mm

6.4.7. Distanza minima mir-rim tal-isteering wheel sal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib… mm

6.4.8. Ħxuna tal-bibien

ta' fuq … mm

tan-nofs … mm

ta' isfel … mm

6.4.9. Għoli tal-bibien:

il fuq mill-pjattaforma … mm

(1) Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2) Skont il-metodu tat-test użat.

+++++ TIFF +++++

'il fuq mill-ogħla staffa … mm

'il fuq mill-iktar staffa baxxa … mm

6.4.10. L-għoli totali tat-trattur bl-istruttura ta' protezzjoni kontra 1-qlib armata … mm

6.4.11. Il-wisa' totali tal-istruttura ta' protezzjoni kontra 1-qlib … mm

6.4.12. Distanza orizzontali għal wara tal-istruttura tal-protezzjoni minn wara tas-sedil mgħobbi f'gholi ta' 950 mm/mill-punt ta' referenza tas-sedil f'għoli ta' 900 mm (1) … mm

6.5. Dettalji u kwalità tal-materjal użat, standards użati …

Il-qafas ewlieni … (materjali u dimensjonijiet)

Armar … (materjali u dimensjonijiet)

Kurazzata … (materjali u dimensjonijiet)

Saqaf … (materjali u dimensjonijiet)

Kurazzata ta' ġewwa … (material and dimensions)

Boltijiet tal-assemblaġġ u armar … (grad u dimensjonijiet)

7. Riżultati tat-testijiet

7.1. Testijiet tal-impatt u tal-kuxxinar

Testijiet tal-impatt ġew magħmula tan-naħa tal-lemin/ tan-naħa tax-xellug ta' wara (2) u tan-naħa tal-lemin/tan-naħa quddiem u tan-naħa tal-lemin/ tan-naħa mal-ġenb). Il-massa ta' referenza użata sabiex jiġi ikkalkulat 1-enerġiji tal-forzi tal-impatt u ikkraxjar kienu … kg

Il-ħtiġiet 1-oħra li jikkonċernaw qsim u 1-fratturi, id-devjazzjoni massima u ż-żona ta' spazju kienu milħuqa b'mod sodisfaċjenti.

7.2. Devjazzjoni mkejla wara t-testijiet Devjazzjoni Permanenti:

Wara: in-naħa tax-xellug … mm

in-naħa tal-lemin … mm

Quddiem: in-naħa tax-xellug … mm

in-naħa tal-lemin … mm

ġnub:

quddiem … mm

Wara: … mm

fuq/taħt

quddiem … mm

Wara: … mm

Differenzi bejn il-momentum massimu u d-devjazzjoni residwa matul it-test tal-impact tal-ġenb … mm

8. Numru tar-rapport …

9. Data tar-rapport …

10. Firma …

(1) Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2) Skont il-metodu tat-test użat.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

MARKI

Il-marka tat-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għandha tikkonsisti minn rettanglu madwar l-ittra żgħira "e", u warajha numru distintiv tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:

1. Għall-Ġermanja,

2. Għal Franza,

3. Għall-Italja,

4. Għall-Olanda,

5. Għall-Isvezja,

6. Għall-Belġju,

7. Għall-Ungerija,

8. Għar-Repubblika Ċeka,

9. Għal Spanja,

11. Għar-Renju Unit,

12. Għall-Awstrija,

13. Għal-Lussemburgu,

17. Għall-Finlandja,

18. Għad-Danimarka,

19. Għar-Rumanija,

20. Għall-Polonja,

21. Għall-Portugall,

23. Għall-Greċja,

24. Għall-Irlanda,

26. Għas-Slovenja,

27. Għas-Slovakkja.

29. Għall-Estonja,

32. Għall Latvja,

34. Għall Bulgarija

36. Għall-Litwanja,

49. Għal Ċipru,

50. Għal Malta.

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti li jaqbel man-numru maħruġ fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti maħruġ fir-rigward tas-saħħa tat-tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur.

Eżempju ta’ marka tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

Tifsir : L-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib li fiha marka tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti murija hawn fuq hija struttura li għaliha l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ingħatat fil-Ġermanja (e 1) taħt in-numru 1471.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VII

MUDELL

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TAL-KOMPONENTI

Isem tal- awtorità kompetenti

Notifika li tikkonċerna l-għoti, it-teħid, u l-irtirar jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-kompo-nenti fir-rigward tas-sahha tal-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib (kabina jew qafas tas-'sigurtà') u s-sahha tat-twahhil taghha mat-trattur.

Numru ta' l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti …

… estensjoni (1)

1. Marka tad-ditta jew l-isem tal-istruttura tal-protezzjoni …

2. L-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-istruttura tal-protezzjoni …

3. Jekk applikabbli l-isem u l-indirizz tar-rapprezentant awtorizzat tal-istruttura tal-protezzjoni …

4. It-trademark jew l-isem, it-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali tat-trattur li ghalih l-istruttura tal-protezzjoni hfja intiża …

5. Estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ghat-tip(i) ta' tratturi li ġejjin …

5.1. Piż tat-trattur mingħajr saborra, hekk kif definit fil.3. tal-Anness II, jeċċedi/ jew ma jeċċedix (2) il-piż ta' referenza ghat-test b'aktar minn 5 %.

5.2. Metodu ta' twahhil u punti ta' twahhil huma/mhumiexf) identiċi.

5.3. Il-komponenti kollha li jistghu jintużaw bhala sostenn ghall-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib huma/mhumiex) identiċi

6. Sottomess ghall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti fil- …

7. Stazzjoni fejn sar it-test …

8. Data u numru tar-rapport tal-istazzjoni fejn sar it-test

9. Data tal-ghoti/t-tehid/l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti (2) …

10. Data tal-ghoti/t-tehid/l-irtirar tal-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti (2) …

11. Post …

12. Data …

13. Id-dokumenti li ġejjin, li fihom in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti imsemmrja aktar 'il fuq, huma annessi ma' dan iċ-ċertifikat (e.g. rapport tal-istazzjon fejn sar it-test) …

14. Rimarki, jekk hemm …

15. Firma …

(1) Jekk applikabbli, stqarr jekk din hrjiex l-ewwel, tieni, etc, estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE oriġinali tal-komponenti

(2) Ħassar fejn mhux applikabbli

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti

1. L-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti ta’ trattur, fir-rigward tas-saħħa tal-protezzjoni kontra l-qlib u s-saħħa tat-twaħħil mat-trattur għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2. Rappreżentant tat-tip ta’ trattur li għandu jiġi approvat, li fuqu l-istruttura tal-protezzjoni u t-twaħħil tagħha, approvat, u armat, għandu jiġi ppreżentat lis-servizzi tekniċi li jagħmlu testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

3. Is-servizz tekniku responsabbli sabiex jagħmel testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jivverifika jekk it-tip approvat tal-istruttura tal-protezzjoni hijiex intiża sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li dwarha tkun mitluba l-approvazzjoni tat-tip. B’mod partikulari, għandu jiġi aċċertat li t-twaħħil tal-istruttura tal-protezzjoni jikkorispondi ma’ dak li ġie ittestjat meta tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti.

4. Il-possessur tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti jista’ jitlob għall-estensjoni tagħha għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dik l-estensjoni bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.1. it-tip il-ġdid tal-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u it-trattur tat-twaħħil tagħha irċevew l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti;

5.2. hija iddisinjata sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li għalih l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tkun intalbet;

5.3. it-twaħħil tal-istruttura tal-protezzjoni tat-trattur taqbel ma’ dik ittestjata meta kienet ingħatat l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti.

6. Ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip li ingħatat jew ġiet miċħuda.

7. Jekk l-applikazzjoni tal-approvazzjoni KE tat-tip għal tip ta’ trattur hija introdotta fl-istess ħin li talba għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti għal tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib hija intiża sabiex tiġi armata fuq tip ta’ trattur li għalih l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti hija mitluba, il-verifiki previsti f’punti 2 u 3 m’għandhomx jsiru.

--------------------------------------------------

ANNEX IX

MUDELL

Isem tal-Awtorità kompetenti

ANNESS MAĊ-ĊERTIFIKAT TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TAL-KOMPONENTI GĦAL TIP TA' TRATTUR FIR-RIGWARD TAS-SAĦĦA TA' L-ISTRUTTURA TA' PROTEZZJONI KONTRA L-QLIB (KABINA JEW QAFAS TAS-SIGURTÀ) U S-SAĦĦA TAT-TWAĦĦIL TAGĦHOM MAT-TRATTUR

(Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KE)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE …

… estensjoni (1)

1. It-trademark jew il-marka tat-trattur …

2. Tip ta' trattur …

3. L-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-trattur …

4. Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur …

5. L-isem tal-marka jew il-marka ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib …

6. Estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ghat-tip(i) li ġejjin ta' strutturi ta' protezzjoni …

7. Trattur ippreżentat għall-approvazzjoni tat-tip KE fil …

8. Servizz tekniku responsabbli mill-kontroll tal-konformità ma' l-approvazzjoni tat-tip KE …

9. Data tar-rapport mahruġa minn dak is-servizz …

10. Numru tar-rapport mahruġ minn dak is-servizz …

11. L-approvazzjoni tat-tip KE fir-rigward tas-sahha ta' l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u s-sahha tat-twahhil taghhom mat-trattur intlaqghet/ġiet miċhuda (2) …

12. L-estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip KE fir-rigward tas-sahha ta' l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u s-sahha tat-twahhil taghhom mat-trattur intlaqghet/ġiet miċhudaf (2) …

13. Post …

14. Data …

15. Firma …

(1) Jekk applikabbli ikteb jekk dan huwa l-ewwel, it-tieni etc. estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE

(2) Ħassar fejn mhux applikabbli.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS X

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-lista ta’ emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva 77/536/KEE tal-Kunsill (ĠU L 220, 29.8.1977, p. 1) | |

Anness I, Parti X, Att ta’ Adeżjoni 1979 (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 108) | |

Anness I, Parti IX A, Att ta’ Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 209) | |

Direttiva 87/354/KEE tal-Kunsill (ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43) | Għal dak li għandu x’jaqsam biss mar-referenzi magħmula mill-punt 9(a) tal-Anness tad-Direttiva 77/536/KEE. |

Direttiva 89/680/KEE tal-Kunsill (ĠU L 398, 30.12.1989, p. 26) | |

Punt XI.C.II. 2 tal-Anness I, Att ta’ Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 205) | |

Direttiva 1999/55/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 146, 11.6.1999, p. 28) | |

Punt I.A.21 tal-Anness II, Att ta’ Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 53) | |

Direttiva 2006/96/KE tal-Kunsill (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) | Għal dak li għandu x’jaqsam biss mar-referenzi magħmula fl-ewwel Artikolu fid-Direttiva 77/536/KEE u għal dak li għandu x’jaqsam mal-Anness, il-punt 20. |

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

77/536/KEE | fid- 29 ta’ Diċembru 1978. | — |

87/354/KEE | fil- 31 ta’ Diċembru 1987. | — |

89/680/KEE | fit- 3 ta’ Jannar 1990. | — |

1999/55/KE | fit- 30 ta’ Ġunju 2000 [1] | — |

2006/96/KE | fl- 1 ta’ Jannar 2007. | — |

[1] Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/55/KE:1."Mill- 1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħorġu d-dokument li hemm provvediment dwaru fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali, fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur, jewjipprojbixxu id-dħul fis-servizz ta’ tratturi,jekk it-tratturi in kwistjoni jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE kif emendata b’din id-Direttiva.2.Mill- 1 ta’ Jannar 2001, l-Istati Membri:ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li hemm provvediment dwaru fit-tielet inċiż ta’ Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ trattur li ma jissodisfax il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE kif emendata b’din id-Direttiva,jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li ma jissodifax il-ħtiġiet tad-Direttiva 77/536/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva."

--------------------------------------------------

ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 77/536/KEE | Direttiva 1999/55/KE | Din id-Direttiva |

Artikolu 9 | | Artikolu 1 |

Artikolu 1 | | Artikolu 2 |

Artikolu 2 | | Artikolu 3 |

Artikolu 3 | | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | | Artikolu 5 |

Artikolu 5 | | Artikolu 6 |

Artikolu 6 | | Artikolu 7 |

Artikolu 7 | | — |

| Artikolu 2 | Artikolu 8 |

Artikolu 8 | | Artikolu 9 |

Artikoli 10 u 11 | | Artikoli 10 u 11 |

Artikolu 12, (1) | | — |

Artikolu 12, (2) | | Artikolu 12 |

— | | Artikolu 13 |

— | | Artikolu 14 |

Artikolu 13 | | Artikolu 15 |

Annessi I sa IX | | Annessi I sa IX |

— | | Anness X |

— | | Anness XI |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet