2009/379/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Mejju 2009 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
ĠU L 117, 12.5.2009, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal- 11 ta' Mejju 2009
li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
(2009/379/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal- 21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) Ċerti ammonti għas-snin baġitarji 2007 sa 2013 li huma disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) huma stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE tal- 24 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007, u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG [2].
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad- 29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa [3], ġie mħassar u huwa sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 [4] b’seħħ mill- 1 ta’ Jannar 2009.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 daħħal fl-Artikolu 7 tiegħu rati ġodda miżjuda tal-modulazzjoni obbligatorja. F’konformità mal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas- 27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti [5], iż-żieda fir-rati ta’ modulazzjoni obbligatorja għandha titnaqqas mir-rata tal-modulazzjoni volontarja.
(4) B’konsegwenza, l-ammonti ta’ modulazzjoni volontarja u obbligatorja disponibbli għall-FAEŻR inbidlu.
(5) F’ġieħ iċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 2006/410/KEE għandha titħassar u tinbidel b’test ġdid,
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji 2007 sa 2013 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikoli 10(2), u 143(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 [6] u l-Artikoli 9(1), 10(3), 134 u 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll l-ammont nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2006/410/KE hija mħassra.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann Fischer Boel
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
[2] ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.
[3] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
[4] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
[5] ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 325.
[6] ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.
--------------------------------------------------
ANNESS
(EUR miljuni): |
Sena tal-baġit | L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | L-Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Ammonti disponibbli għall-FAEŻR | Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
L-Artikolu 9(1) u 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 | L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 | L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 | L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 | L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 |
2007 | 984 | 22 | | | | | | 44753 |
2008 | 1241 | 22 | | | | 362 | | 44592 |
2009 | 1305,7 | 22 | | | | 424 | 40,66 | 44886,64 |
2010 | | | 1867,1 | 22 | | 429,8 | 82,11 | 44744,99 |
2011 | | | 2095,3 | 22 | 484 | 403,9 | 122,61 | 44489,19 |
2012 | | | 2355,3 | 22 | 484 | 372,3 | 122,61 | 44736,79 |
2013 | | | 2640,9 | 22 | 484 | 334,9 | 122,61 | 44969,59 |
--------------------------------------------------
| Fuq |