32009D0367


Titolu u referenza

2009/367/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2009 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3217)

 ĠU L 111, 5.5.2009, p. 44–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad- 29 ta’ April 2009

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3217)

(2009/367/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal- 21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

(2) Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal- 21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD [2] għas-sena finanzjarja 2008, qiegħda titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is- 16 ta’ Ottubru 2007 u l- 15 ta’ Ottubru 2008.

(3) Il-Kummissjoni ċċekkjat it-tagħrif imressaq mill-Istati Membri u qabel il- 31 ta’ Marzu 2009, bagħtet lill-Istati Membri r-riżultati tal-verifiki tagħha, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(4) Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu lill-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, deċiżjoni dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati skont l-Istat Membru u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lill-Istati Membri.

(5) It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-ħlas oħra jesiġi aktar inkjesti u l-kontjiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-ħlas konċernati.

(6) Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Xi parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur tas-sena 2008 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(7) Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ ħlasijiet mensili mad-dħul fil-kontijiet tal-infiq għas-sena finanzjarja 2008. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe rifużjoni prematura jew temporanja tal-ammonti kkonċernati, dawn il-ħlasijiet mensili ma għandhomx jiġu rikonoxxuti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu eżaminati iktar skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8) Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex iressqu quddiem il-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru segwiti b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 [3] tal- 21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2009. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9) Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru tagħhom u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. L-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u għalhekk għandhom joħorġu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(10) Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas, għajr ta’ dawk l-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG, stipulati fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ Deċiżjoni dwar approvazzjoni fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer Boel

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

[2] ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

[3] OJ L 322M, 2.12.2008, p. 162.

--------------------------------------------------

ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET GĦALL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru.

[1] [2] [3] [4]

NB: Nomenklatura 2009: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803

SM | | 2008 - Nefqa / Dħul assenjat lill-Aġenzijji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma | Total a + b | Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja 1 kollha) [1] | Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament 1290/2005 | Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet | Ħlasijiet magħmula lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja | Ammont li għad irid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru [2] |

approvati | mifruda |

= nefqa / dħul assenjat/a iddikjarat/a fid-dikjarazzjoni ta' kull sena | = total tan-nefqa / dħul assenjat/a fid-dikjarazzjoni ta' kull xahar |

| | a | b | c = a + b | d | e | f = c + d + e | g | h = f – g |

BE | EUR | 432608618,53 | 273518319,77 | 706126938,30 | –593,30 | –54510,68 | 706071834,32 | 706201150,75 | –129316,43 |

BG | EUR | 173261850,21 | 0,00 | 173261850,21 | –10969,94 | 0,00 | 173250880,27 | 173262003,11 | –11122,84 |

CZ | EUR | 382633310,43 | 0,00 | 382633310,43 | 0,00 | 0,00 | 382633310,43 | 382638179,78 | –4869,35 |

DK | DKK | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –14764,84 | –14764,84 | 0,00 | –14764,84 |

DK | EUR | 981148146,05 | 0,00 | 981148146,05 | –334916,53 | 0,00 | 980813229,52 | 980605638,09 | 207591,43 |

DE | EUR | 4679844580,08 | 421042712,93 | 5100887293,01 | –37390,29 | –2874536,38 | 5097975366,35 | 5101133812,30 | –3158445,95 |

EE | EUR | 41604457,53 | 0,00 | 41604457,53 | –30242,24 | 0,00 | 41574215,29 | 41537242,47 | 36972,82 |

IE | EUR | 1452426445,64 | 0,00 | 1452426445,64 | –152676,24 | –209340,42 | 1452064428,98 | 1450327500,26 | 1736928,72 |

EL | EUR | 0,00 | 2460745905,37 | 2460745905,37 | 0,00 | 0,00 | 2460745905,37 | 2460745905,37 | 0,00 |

ES | EUR | 5476876522,21 | 0,00 | 5476876522,21 | –4919283,22 | –4564317,68 | 5467392921,32 | 5475621557,38 | –8228636,07 |

FR | EUR | 8323180801,10 | 0,00 | 8323180801,10 | –1302798,28 | –18942379,66 | 8302935623,16 | 8324404948,60 | –21469325,44 |

IT | EUR | 4168669787,38 | 101969623,15 | 4270639410,53 | –1887157,65 | –4363298,08 | 4264388954,80 | 4264132179,52 | 256775,28 |

CY | EUR | 27774540,54 | 0,00 | 27774540,54 | 0,00 | 0,00 | 27774540,54 | 27774540,54 | 0,00 |

LV | EUR | 96759251,98 | 0,00 | 96759251,98 | 0,00 | 0,00 | 96759251,98 | 96760415,54 | –1163,56 |

LT | EUR | 155733024,94 | 0,00 | 155733024,94 | 0,00 | 0,00 | 155733024,94 | 155996896,19 | –263871,25 |

LU | EUR | 33965171,44 | 0,00 | 33965171,44 | –1273,90 | 0,00 | 33963897,54 | 33787840,71 | 176056,83 |

HU | EUR | 486553484,46 | 0,00 | 486553484,46 | –11055,36 | 0,00 | 486542429,10 | 492387580,59 | –5845151,49 |

MT | EUR | 0,00 | 2472341,64 | 2472341,64 | 0,00 | 0,00 | 2472341,64 | 2472341,64 | 0,00 |

NL | EUR | 854800814,16 | 0,00 | 854800814,16 | –91807,12 | –65076,30 | 854643930,74 | 856242767,86 | –1598837,12 |

AT | EUR | 656513475,83 | 0,00 | 656513475,83 | 0,00 | –44207,31 | 656469268,52 | 656496253,55 | –26985,03 |

PL | EUR | 1172220664,21 | 0,00 | 1172220664,21 | 0,00 | 0,00 | 1172220664,21 | 1172232662,17 | –11997,96 |

PT | EUR | 0,00 | 720094153,57 | 720094153,57 | 0,00 | 0,00 | 720094153,57 | 720094153,57 | 0,00 |

RO | EUR | 0,00 | 461870850,36 | 461870850,36 | 0,00 | 0,00 | 461870850,36 | 461870850,36 | 0,00 |

SI | EUR | 93014996,23 | 0,00 | 93014996,23 | 0,00 | 0,00 | 93014996,23 | 93152578,75 | –137582,52 |

SK | EUR | 169701265,50 | 0,00 | 169701265,50 | 0,00 | 0,00 | 169701265,50 | 169768426,79 | –67161,29 |

FI | EUR | 565626400,21 | 0,00 | 565626400,21 | –2432,42 | –7736,10 | 565616231,70 | 567200798,71 | –1584567,01 |

SE | SEK | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –65415,38 | –65415,38 | 0,00 | –65415,38 |

SE | EUR | 713833441,95 | 0,00 | 713833441,95 | –35629,22 | 0,00 | 713797812,73 | 713869554,32 | –71741,59 |

UK | GBP | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –58909,25 | –58909,25 | 0,00 | –58909,25 |

UK | EUR | 3158349336,06 | 0,00 | 3158349336,06 | –14574228,18 | 0,00 | 3143775107,88 | 3223172099,30 | –79396991,42 |

SM | | Nefqa [3] | Dħul assenjat [3] | Fond għaz-Zokkor | Artikolu 32 (=e) | Total (=h) |

Spiża [4] | Dħul assenjat [4] |

05 07 01 06 | 6701 | 05 02 16 02 | 6803 | 6702 |

i | j | k | l | m | n = i + j + k + l + m |

BE | EUR | –74805,75 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –54510,68 | –129316,43 |

BG | EUR | –11122,84 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –11122,84 |

CZ | EUR | –4869,35 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –4869,35 |

DK | DKK | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –14764,84 | –14764,84 |

DK | EUR | 207591,43 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 207591,43 |

DE | EUR | –209002,65 | –74906,93 | 0,00 | 0,00 | –2874536,38 | –3158445,95 |

EE | EUR | 36972,82 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 36972,82 |

IE | EUR | 1946269,14 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –209340,42 | 1736928,72 |

EL | EUR | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 |

ES | EUR | –3664318,39 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –4564317,68 | –8228636,07 |

FR | EUR | –2526945,78 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –18942379,66 | –21469325,44 |

IT | EUR | 4620073,36 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –4363298,08 | 256775,28 |

CY | EUR | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 |

LV | EUR | –1035,93 | –127,63 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –1163,56 |

LT | EUR | –263563,31 | –307,94 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –263871,25 |

LU | EUR | 176056,83 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 176056,83 |

HU | EUR | –5845151,49 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –5845151,49 |

MT | EUR | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 |

NL | EUR | –1444785,70 | –88975,12 | 0,00 | 0,00 | –65076,30 | –1598837,12 |

AT | EUR | 17222,28 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –44207,31 | –26985,03 |

PL | EUR | –11997,96 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –11997,96 |

PT | EUR | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 |

RO | EUR | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 |

SI | EUR | –137582,52 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –137582,52 |

SK | EUR | 3555,47 | –70716,76 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –67161,29 |

FI | EUR | –1521889,93 | –54940,99 | 0,00 | 0,00 | –7736,10 | –1584567,01 |

SE | SEK | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –65415,38 | –65415,38 |

SE | EUR | –71741,59 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –71741,59 |

UK | GBP | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –58909,25 | –58909,25 |

UK | EUR | –79396991,42 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | 0,00 | –79396991,42 |

[1] It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li jitqiesu fis-sistema tal-ħlas, li magħha b'mod partikolari jiżdiedu l-korrezzjonijiet F'każ li ma jinżammux id-dati ta' skadenza għall-ħlasijiet iffissati f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2008.

[2] Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni ta' kull sena Għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mifruda (kol.b).Ir-rata ta' skambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

[3] F'każ li parti mid-dħul assenjat tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata skont 05 07 01 06.

[4] F'każ li parti mid-dħul assenjat lill-Fond għaz-Zokkor, tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata skont 05 02 16 02.

--------------------------------------------------

ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008 - FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma mifruda u huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni li għandha tittieħed iktar tard

Stat Membru | Aġenzija tal-Ħlas |

Il-Belġju | ALV |

Il-Ġermanja | Baden-Württemberg |

Il-Greċja | OPEKEPE |

L-Italja | ARBEA |

Malta | MRRA |

Il-Portugall | IFAP |

Ir-Rumanija | PIAA |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet