32008R1359


Titolu u referenza

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat- 28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

 ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008

tat- 28 ta’ Novembru 2008

li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal- 20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd konformement mal-Politika Komuni dwar is-Sajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura aċċess għall-ilmijiet u għar-riżorsi u l-eżerċizzju sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd billi jittieħed kont, inter alia, tal-parir xjentifiku disponibbli u ta’ kwalunkwe parir mogħti mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali stabbiliti taħt l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament.

(2) Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd għal kull tip ta’ sajd jew grupp ta’ tipi ta’ sajd u li jallokahom konformement mal-kriterji preskritti.

(3) L-aħħar parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar ċerti stokkijiet ta’ ħut li jinsabu fil-baħar fond jindika li dawk l-istokkijiet qed jinqabdu b’rati insostenibbli, u li l-opportunitajiet ta’ sajd għal dawk l-istokkijiet għandhom jitnaqqsu sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom.

(4) L-ICES ukoll tat parir li r-rata ta’ sfruttament tal-orange roughy fis-subżona VII tal-ICES hija għolja wisq. Barra minn hekk il-parir xjentifiku jindika li l-orange roughy fis-subżona VI huma eżawriti ferm u ġew identifikati żoni ta’ aggregazzjonijiet vulnerabbli ta’ dik l-ispeċi. Huwa għalhekk xieraq li s-sajd għall-orange roughy jiġi pprojbit f’dawk iż-żoni.

(5) Konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas- 16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet tal-baħar fond [2], l-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-fond, kif definiti fl-Anness I għal dak ir-Regolament, jiġu deċiżi fuq bażi biennali. Madankollu, teżisti eċċezzjoni għall-istokkijiet tal-greater silver smelt u tal-linarda li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd jiddependu fuq l-eżitu tan-negozjati annwali man-Norveġja. L-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet għalhekk għad iridu jiġu stabbiliti fir-Regolament annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd li jiġi deċiż mill-Kunsill f’Diċembru.

(6) Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-kwoti, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċifiċi li hija suġġetta għalihom l-attività tas-sajd.

(7) Taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas- 6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti [3], hu meħtieġ li jiġi indikat liema stokkijiet huma suġġetti għad-diversi miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu ffissati b’referenza għaż-żoni ICES kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas- 17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku [4] u għaż-żoni CECAF (il-Kumitat għas-Sajd tal-Lvant tal-Atlantiku Ċentrali) kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat- 23 ta’ Ottubru 1995 dwar is-sottomissjoni ta’ statistiċi nominali tas-sajd mill-Istati Membri li jistadu f’żoni li mhumiex fin-Nord Atlantiku [5].

(9) L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jiġu utilizzati konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam, partikolarment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat- 22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut tal-Istati Membri [6], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal- 20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd [7], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat- 12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [8], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas- 27 ta’ Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd [9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat- 30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar ta’ organiżmi tal-baħar [10], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal- 21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound [11].

(10) Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li dawn iż-żoni tas-sajd jinfetħu fl- 1 ta’ Jannar 2009. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata deroga għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fit-Titolu I, l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd annwali disponibbli għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għall-istokkijiet tal-ispeċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet Komunitarji u f’ċerti ilmijiet mhux Komunitarji fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabdiet, u l-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom jistgħu jiġu utilizzati opportunitajiet ta’ sajd bħal dawn.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, "permess għas-sajd fil-baħar fond" tfisser il-permess imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002.

2. Id-definizzjonijiet taż-żoni ICES u CECAF huma dawk stipulati, rispettivament, fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91 u r-Regolament (KE) Nru 2597/95.

Artikolu 3

L-iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd

L-opportunitajiet ta’ sajd għall-istokkijiet ta’ speċijiet tal-baħar fond għall-bastimenti Komunitarji huma ffissati kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 4

Allokazzjoni fost l-Istati Membri

L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri prevista fl-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) skambji taħt l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula taħt l-Artikoli 21(4) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(c) żbark addizzjonali permess taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d) kwantitajiet miżmuma taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e) tnaqqis magħmul taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 5

Flessibbiltà tal-kwoti

Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-kwoti kollha fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala kwoti "Analitiċi".

Madankollu, il-miżuri previsti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m’għandhomx japplikaw għal dawn il-kwoti.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-iżbark ta’ qabdiet u qabdiet inċidentali

1. Ħut minn stokkijiet li għalih l-opportunitajiet ta’ sajd huma stabbiliti minn dan ir-Regolament jista’ jinżamm abbord jew jiġi żbarkat biss jekk inqabad minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota li tkun għadha ma ntlaħqitx. L-iżbark kollu jitnaqqas mill-kwota.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal qabdiet li jsiru matul investigazzjonijiet xjentifiċi mwettqa taħt l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 850/98. Qabdiet bħal dawn m’għandhomx jitnaqqsu mill-kwota.

Artikolu 7

Orange roughy

1. Is-sajd għall-orange roughy għandu jkun ipprojbit fiż-żoni tal-baħar li ġejjin:

(a) dik iż-żona ta’ baħar magħluqa minn linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

57°00′ N, 11°00′ W

57°00′ N, 8°30′ W

56°23′ N, 8°30′ W

55°00′ N, 8°30′ W

55°00′ N, 11°00′ W

57°00′ N, 11°00′ W;

(b) dik iż-żona ta’ baħar magħluqa minn linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

55°30′ N, 15°49′ W

53°30′ N, 14°11′ W

50°30′ N, 14°11′ W

50°30′ N, 15°49′ W;

(c) dik iż-żona ta’ baħar magħluqa minn linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

55°00′ N, 13°51′ W

55°00′ N, 10°37′ W

54°15′ N, 10°37′ W

53°30′ N, 11°50′ W

53°30′ N, 13°51′ W.

Dawk il-pożizzjonijiet u l-linji rombu u l-pożizzjonijiet tal-bastimenti korrispondenti għandhom jitkejlu konformement mal-istandard WGS84.

2. Bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond, li jkunu daħlu fiż-żoni definiti fil-paragrafu 1, m’għandhom iżommu abbord jew jittrażbordaw l-ebda kwantità ta’ orange roughy, u lanqas m’għandhom jiżbarkaw kwalunkwe kwantità ta’ orange roughy fi tmiem dik is-sajda sakemm:

(a) kwalunkwe tagħmir tas-sajd miżmum abbord ma jkunx marbut sew u stivat matul it-tranżitu konformement mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93; jew

(b) il-veloċità medja matul it-tranżitu ma tkunx ugwali għal, jew akbar minn, 8 mili nawtiċi fis-siegħa.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond jiġu ssorveljati tajjeb miċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) li għandhom ikollhom sistema għad-ditezzjoni u r-reġistrazzjoni tad-dħul, it-tranżitu u l-ħruġ tal-bastimenti miż-żoni ddefiniti fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill- 1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Barnier

[1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

[2] ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.

[3] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

[4] ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

[5] ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1.

[6] ĠU L 276, 10.10.1983 p. 1.

[7] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

[8] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

[9] ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

[10] ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

[11] ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

PARTI 1

Definizzjoni ta’ Speċi u ta’ Gruppi ta’ Speċi

1. Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetika li ġejja tal-ismijiet tal-ispeċi bil-Latin. Madankollu, klieb il-baħar tal-fond jitqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. Hawn taħt tinsab tabella ta’ korrispondenza ta’ ismijiet komuni u ismijiet bil-Latin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

Isem Komuni | Isem Xjentifiku |

Ċinturin iswed | Aphanopus carbo |

Alfonsinos | Beryx spp. |

Roundnose grenadier | Coryphaenoides rupestris |

Orange roughy | Hoplostethus atlanticus |

Linarda | Molva dypterygia |

Paġella Ħamra | Pagellus bogaraveo |

Lipp tal-qawwi | Phycis blennoides |

2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, "klieb il-baħar tal-fond", tfisser il-lista ta’ speċijiet li ġejjin:

Isem Komuni | Isem Xjentifiku |

Iceland catshark | Apristuris spp. |

Żagħrun | Centrophorus granulosus |

Leafscale gulper shark | Centrophorus squamosus |

Mazzola Portugiża | Centroscymnus coelolepis |

Longnose velvet dogfish | Centroscymnus crepidater |

Mazzola sewda | Centroscyllium fabricii |

Mazzola (Birdbeak dogfish) | Deania calceus |

Murruna Sewda | Dalatias licha |

Mazzola kbira tal-fanal | Etmopterus princeps |

Mazzola tal-Fanal (velvet belly) | Etmopterus spinax |

Blackmouth dogfish | Galeus melastomus |

Mouse catshark | Galeus murinus |

Greenland shark | Somniosus microcephalus |

PARTI 2

Opportunitajiet annwali ta’ sajd applikabbli għal bastimenti Komunitarji f’żoni fejn jeżistu limitazzjonijiet fuq il-qabdiet abbażi tal-ispeċi u taż-żona (f’tunnellati ta’ piż ħaj)

Ir-referenzi kollha huma għas-subżoni u/jew diviżjonijiet tal-ICES sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

SpeċiKlieb il-Baħar tal-Fond | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII, VIII u IX (DWS/56789-) |

Sena | 2009 [1] | 2010 [2] | |

Ġermanja | 20 | 0 | |

Estonja | 1 | 0 | |

Irlanda | 55 | 0 | |

Spanja | 93 | 0 | |

Franza | 339 | 0 | |

Litwanja | 1 | 0 | |

Polonja | 1 | 0 | |

Portugall | 127 | 0 | |

Renju Unit | 187 | 0 | |

KE | 824 | 0 | |

SpeċiKlieb il-Baħar tal-Fond | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ X (DWS/10-) |

Sena | 2009 [3] | 2010 [4] | |

Portugall | 10 | 0 | |

KE | 10 | 0 | |

SpeċiKlieb il-Baħar tal-Fond u Deania histricosa u Deania profondorum | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ XII DWS(12-) |

Sena | 2009 [5] | 2010 [6] | |

Irlanda | 1 | 0 | |

Spanja | 17 | 0 | |

Franza | 6 | 0 | |

Renju Unit | 1 | 0 | |

KE | 25 | 0 | |

SpeċiĊinturin iswedAphanopus carbo | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, III u IV (BSF/1234-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Ġermanja | 4 | 4 | |

Franza | 4 | 4 | |

Renju Unit | 4 | 4 | |

KE | 12 | 12 | |

SpeċiĊinturin iswedAphanopus carbo | ŻonaL-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII u XII (BSF/56712-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Ġermanja | 32 | 29 | |

Estonja | 15 | 14 | |

Irlanda | 78 | 73 | |

Spanja | 156 | 145 | |

Franza | 2189 | 2036 | |

Latvja | 102 | 95 | |

Litwanja | 1 | 1 | |

Polonja | 1 | 1 | |

Renju Unit | 156 | 145 | |

Oħrajn [7] | 8 | 8 [7] | |

KE | 2738 | 2547 | |

SpeċiĊinturin iswedAphanopus carbo | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII, IX u X (BSF/8910-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Spanja | 11 | 11 | |

Franza | 28 | 26 | |

Portugall | 3561 | 3311 | |

KE | 3600 | 3348 | |

SpeċiĊinturin iswedAphanopus carbo | ŻonaIlmijiet tal-Komunità u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ CECAF 34.1.2. (BSF/C3412-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Portugall | 4285 | 4285 | |

KE | 4285 | 4285 | |

SpeċiAlfonsinosBeryx spp. | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV (ALF/3X14-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Irlanda | 10 | 10 | |

Spanja | 74 | 74 | |

Franza | 20 | 20 | |

Portugall | 214 | 214 | |

Renju Unit | 10 | 10 | |

KE | 328 | 328 | |

SpeċiRoundnose grenadierCoryphaenoides rupestris | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, IV u Va (RNG/1245 A-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Danimarka | 2 | 2 | |

Ġermanja | 2 | 2 | |

Franza | 11 | 11 | |

Renju Unit | 2 | 2 | |

KE | 17 | 17 | |

SpeċiRoundnose grenadierCoryphaenoides rupestris | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III (RNG/03-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Danimarka | 804 | 804 | |

Ġermanja | 5 | 5 | |

Svezja | 41 | 41 | |

KE | 850 | 850 | |

SpeċiRoundnose grenadierCoryphaenoides rupestris | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ Vb, VI, VII (RNG/5B67-) |

Sena | 2009 [8] | 2010 [8] | |

Ġermanja | 7 | 6 | |

Estonja | 57 | 49 | |

Irlanda | 254 | 216 | |

Spanja | 63 | 54 | |

Franza | 3222 | 2738 | |

Litwanja | 74 | 63 | |

Polonja | 37 | 32 | |

Renju Unit | 189 | 160 | |

Oħrajn [9] | 7 | 6 | |

KE | 3910 | 3324 | |

SpeċiRoundnose grenadierCoryphaenoides rupestris | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/8X14-) |

Sena | 2009 [10] | 2010 [10] | |

Ġermanja | 34 | 34 | |

Irlanda | 7 | 7 | |

Spanja | 3734 | 3734 | |

Franza | 172 | 172 | |

Latvja | 60 | 60 | |

Litwanja | 7 | 7 | |

Polonja | 1168 | 1168 | |

Renju Unit | 15 | 15 | |

KE | 5197 | 5197 | |

SpeċiOrange roughyHoplostethus atlanticus | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI (ORY/06-C.) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Irlanda | 2 | 0 | |

Spanja | 2 | 0 | |

Franza | 11 | 0 | |

Renju Unit | 2 | 0 | |

KE | 17 | 0 | |

SpeċiOrange roughyHoplostethus atlanticus | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VII (ORY/07-C.) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Irlanda | 15 | 0 | |

Spanja | 0 | 0 | |

Franza | 50 | 0 | |

Renju Unit | 0 | 0 | |

Oħrajn | 0 | 0 | |

KE | 65 | 0 | |

SpeċiOrange roughyHoplostethus atlanticus | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14C) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Irlanda | 2 | 0 | |

Spanja | 1 | 0 | |

Franza | 9 | 0 | |

Portugall | 2 | 0 | |

Renju Unit | 1 | 0 | |

KE | 15 | 0 | |

SpeċiLinardaMolva dypterygia | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ II, IV u V (BLI/245-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Danimarka | 5 | 4 | |

Ġermanja | 5 | 4 | |

Irlanda | 5 | 4 | |

Franza | 28 | 25 | |

Renju Unit | 18 | 15 | |

Oħrajn | 5 | 4 [11] | |

KE | 66 | 56 | |

SpeċiLinardaMolva dypterygia | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III (BLI/03-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Danimarka | 5 | 4 | |

Ġermanja | 3 | 3 | |

Svezja | 5 | 4 | |

KE | 13 | 11 | |

SpeċiPaġella ĦamraPagellus bogaraveo | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII (SBR/678-) [12] |

Sena | 2009 | 2010 | |

Irlanda | 7 | 6 [13] | |

Spanja | 204 | 172 [13] | |

Franza | 10 | 9 [13] | |

Renju Unit | 25 | 22 [13] | |

Oħrajn | 7 | 6 [13] [14] | |

KE | 253 | 215 | |

SpeċiPaġella ĦamraPagellus bogaraveo | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ IX (SBR/09-) [15] |

Sena | 2009 | 2010 [16] | |

Spanja | 722 | 614 | |

Portugall | 196 | 166 | |

KE | 918 | 780 | |

SpeċiPaġella ĦamraPagellus bogaraveo | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ X (SBR/10-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Spanja | 10 | 10 [17] | |

Portugall | 1116 | 1116 [17] | |

Renju Unit | 10 | 10 [17] | |

KE | 1136 | 1136 [17] | |

SpeċiLipp tal-qawwiPhycis blennoides | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ I, II, III u IV (GFB/1234-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Ġermanja | 9 | 9 | |

Franza | 9 | 9 | |

Renju Unit | 13 | 13 | |

KE | 31 | 31 | |

SpeċiLipp tal-qawwiPhycis blennoides | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI u VII (GFB/567-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Ġermanja | 10 | 10 | |

Irlanda | 260 | 260 | |

Spanja | 588 | 588 | |

Franza | 356 | 356 | |

Renju Unit | 814 | 814 | |

KE | 2028 | 2028 | |

SpeċiLipp tal-qawwiPhycis blennoides | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX (GFB/89-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Spanja | 242 | 242 | |

Franza | 15 | 15 | |

Portugall | 10 | 10 | |

KE | 267 | 267 | |

SpeċiLipp tal-qawwiPhycis blennoides | ŻonaIlmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ X u XII (GFB/1012-) |

Sena | 2009 | 2010 | |

Franza | 9 | 9 | |

Portugall | 36 | 36 | |

Renju Unit | 9 | 9 | |

KE | 54 | 54 | |

[1] Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd speċifiku għall-klieb il-baħar tal-fond.

[2] Huwa permess sajd inċidentali sa 10 % tal-kwoti tal-2009.

[3] Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd speċifiku għall-klieb il-baħar tal-fond.

[4] Huwa permess sajd inċidentali sa 10 % tal-kwoti tal-2009.

[5] Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd speċifiku għall-klieb il-baħar tal-fond.

[6] Huwa permess sajd inċidentali sa 10 % tal-kwoti tal-2009.

[7] Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

[8] Massimu ta’ 8 % ta’ kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII, IX, X, XII u XIV.

[9] Qabdiet inċidentali biss. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

[10] Massimu ta’ 8 % ta’ kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ Vb, VI, VII.

[11] Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

[12] Għandu jiġi rispettat daqs minimu ta’ żbark ta’ 30 cm (tul totali) fl-2009 u 35 cm (tul totali) fl-2010. Madankollu, fl-2010, 15 % tal-ħut żbarkat jista’ jkollu daqs minimu ta’ żbark ta’ mill-inqas 30 cm (bħala tul totali).

[13] Sa 10 % tal-kwoti tal-2010 jistgħu jinqabdu f’Diċembru 2009.

[14] Qabdiet inċidentali biss. L-ebda sajd speċifiku mhu permess taħt din il-kwota.

[15] Għandu jiġi rispettat daqs minimu ta’ żbark ta’ 30 cm (tul totali) fl-2009 u 35 cm (tul totali) fl-2010. Madankollu, fl-2010, 15 % tal-ħut żbarkat l-art jista’ jkollu daqs minimu ta’ żbark ta’ mill-inqas 30 cm (bħala tul totali).

[16] Sa 10 % tal-kwoti tal-2010 jistgħu jinqabdu f’Diċembru 2009.

[17] Sa 10 % tal-kwoti tal-2010 jistgħu jinqabdu f’Diċembru 2009.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet