32008R1207


Titolu u referenza

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1207/2008 tat- 28 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

 ĠU L 327, 5.12.2008, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1207/2008

tat- 28 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat- 30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fl-aktar reġjuni periferiċi tal-Komunità [2] jippermetti derogi mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [3]. Dak l-Artikolu jistabbilixxi skema ġenerali li tamministra d-dħul u l-ħruġ mill-flotta.

(2) L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 jiffissa l-perjodu ta’ validità tad-deroga mill-iskema tad-dħul u l-ħruġ għall-bastimenti li jkunu rċevew għajnuna pubblika għat-tiġdid. Dan il-perjodu kien oriġinarjament limitat għall- 31 ta’ Diċembru 2007 u mbagħad ġie estiż sal- 31 ta’ Diċembru 2008 wara l-qbil politiku milħuq fil-Kunsill fid- 19 ta’ Ġunju 2006 rigward il-Fond Ewropew għas-Sajd.

(3) L-att tal-Kummissjoni li jippermetti lill-Istati Membri kkonċernati biex jagħtu għajnuna mill-Istat kien adottat aktar tard milli kien mistenni. Minħabba l-fatt li t-tarzni interessati għandhom kapaċità limitata, l-implimentazzjoni sħiħa tal-qbil politiku milħuq fil-Kunsill fid- 19 ta’ Ġunju 2006 ma jistax jiġi garantit qabel id-data tal- 31 ta’ Diċembru 2008.

(4) Għalhekk huwa xieraq li l-iskadenza għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tiġi estiża sa l-2011.

(5) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 m il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

"5. Minkejja l-paragrafu 3 hawn fuq, għall-bastimenti tas-sajd li jkunu rċevew għajnuna pubblika għat-tiġdid, id-deroga fil-paragrafu 1(a) hawn fuq ma tibqax tapplika tliet snin wara li tkun ingħatat l-għajnuna pubblika għat-tiġdid u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2011.".

2. L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

"Artikolu 6

Rappurtaġġ

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mit- 30 ta’ Ġunju 2012.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Barnier

[1] Opinjoni mogħtija fil- 21 ta’ Ottubru 2008 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

[3] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet