32008R1137


Titolu u referenza

Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2008 li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – L-Ewwel Parti

 ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  GA  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill

tat- 22 ta' Ottubru 2008

li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – L-Ewwel Parti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 40, 47(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenzi, 55, 71, 80(2), 95, 100, 137(2), 156, 175(1) u 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni [4] ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE [5], li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplimentat biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda.

(2) Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [6] dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti għandhom jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli.

(3) Ladarba l-emendi li għandhom isiru fi strumenti għal dan l-iskop jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, huma ma jeħtiġux, fil-każ ta' direttivi, traspożizzjoni mill-Istati Membri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istrumenti elenkati fl-Anness huma b'dan adattati, skond dak l-Anness, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Artikolu 2

Ir-referenzi magħmula għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrumenti elenkati fl-Anness għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 22 ta' Ottubru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. Pöttering

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. Jouyet

[1] ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.

[2] ĠU C 117, 14.5.2008, p. 1.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' Ġunju 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Settembru 2008.

[4] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[5] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

[6] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. BIEDJA

1.1. Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat- 22 ta' Frar 1999 li għandha x'taqsam ma' l-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra [1]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/4/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex iġġib din id-Direttiva konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ġenerali li japplikaw għall-ikel. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/4/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/4/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Id-deċiżjoni sabiex din id-Direttiva tinġieb konformement mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ġenerali li japplikaw għall-oġġetti ta' l-ikel għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, ġiet adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).";

2. l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, imwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [**].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

1.2. Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ġunju 2000 dwar il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem [3]

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/36/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari biex tadotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/36/KE inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/36/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-miżuri li ġejjin meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tagħha, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6, paragrafu 2:

- miżuri li jġibu lil din iD-direttiva konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ġenerali li japplikaw għall-ikel,

- miżuri li jadattaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness I, parti B, punt 2, u partijiet C u D, skond il-progress tekniku.";

2. l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, imwaqqaf mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [****]

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2. L-IMPJIEGI

2.1. Id-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill tat- 12 ta' Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [5]

Fir-rigward tad-Direttiva 89/391/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi tad-direttivi individwali previsiti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 86/391/KEE li jirriżultaw mill-adozzjoni ta' direttivi relatati ma' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni, kif ukoll mill-progress tekniku, mill-bidliet fir-regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u minn skoperti ġodda. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dawk id-direttivi individwali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 17

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat sabiex tagħmel adattamenti ta' natura purament teknika tad-direttivi individwali previsiti fl-Artikolu 16(1), sabiex jittieħed kont ta':

(a) l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni:

(b) il-progress tekniku, bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u skoperti ġodda.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dawn id-direttivi individwali ġew adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-paragrafu 2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fil-paragrafu 3.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

2.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE, tal- 31 ta' Marzu 1992, dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti [6]

Fir-rigward tad-Direttiva 92/29/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi ta' l-Annessi tagħha, bħala riżultat ta' progress tekniku jew bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u skoperti ġodda fil-qasam. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 92/29/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/29/KE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi ta' l-Annessi ta' din id-Direttiva, fid-dawl tal-progress tekniku jew ta' bidliet f'regolamenti jew speċifikazzjonijiet internazzjonali u ta' skoperti ġodda fil-qasam.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fil-paragrafu 2. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fil-paragrafu 3.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

2.3. Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/44/KE tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni) (is-sittax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [7]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/44/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari biex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi fl-Anness tagħha minħabba l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi rigward id-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' l-għodda tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, kif ukoll minħabba l-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-vibrazzjonijiet tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/44/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva 2002/44/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Emendi tekniċi

L-emendi ta' natura purament teknika li għandhom isiru fl-Anness ma' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a) l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' għodda tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b) il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-vibrazzjonijiet tekniċi.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12, fil-paragrafu 3.

Artikolu 12

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 89/391/KEE.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

2.4. Id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (is-sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [8]

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/10/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi, minħabba l-adozzjoni tad-direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' l-apparat tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, kif ukoll minħabba l-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-ħoss. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/10/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2003/10/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Emendi tekniċi

L-emendi ta' natura purament teknika li għandhom isiru għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a) l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' apparat tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b) il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar adattati u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-ħoss.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13, fil-paragrafu 3.

Artikolu 13

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

2.5. Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta' l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [9]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/40/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tagħmel l-adattamenti purament tekniċi, b'kont meħud ta' l-adozzjoni tad-Direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, u b'kont meħud tal-progress tekniku, tal-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u ta' skoperti ġodda li jirrigwardaw il-kampi elettro-manjetiċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/40/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' emendi ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/40/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-emendi li jsiru lill-Anness li jkunu ta' natura purament teknika għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a) l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' tagħmir tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b) il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-kampi elettro-manjetiċi.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11, fil-paragrafu 3.";

2. l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

2.6. Id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 5 ta' April 2006, dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u ta' sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-dsatax-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [10]

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari biex, fl-Annessi ta' din id-Direttiva, tagħmel l-adattamenti purament tekniċi u li jikkunsidraw l-adozzjoni tad-direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u/jew tal-postijiet tax-xogħol, u l-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u skoperti ġodda li jirrigwardaw il-kampi elettro-manjetiċi fil-kuntest tax-xogħol. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' natura purament teknika.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-emendi li jsiru lill-Annessi li jkunu ta' natura purament teknika għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni konformement ma':

(a) l-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandardizzazzjoni relatati mad-disinn, il-bini, il-fabbrikazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' tagħmir tax-xogħol u/jew ta' postijiet tax-xogħol;

(b) il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet armonizzati Ewropej l-aktar rilevanti u skoperti xjentifiċi ġodda li jirrigwardaw il-radjazzjonijiet ottiċi fil-kuntest tax-xogħol.

Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11, fil-paragrafu 3.";

2. l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jitqiesu id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

3. L-INTRAPRIŻA

3.1. Id-Direttiva tal-Kunsill tas- 27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet għal tankijiet taħt pressjoni u metodi ta' l-ispezzjoni tagħhom [11]

Fir-rigward tad-Direttiva 76/767/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku l-Annessi u dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi individwali li huma speċifikati f'kull waħda minn dawk id-direttivi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 76/767/KEE u tad-Direttivi individwali tagħha, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 76/767/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1) il-punt (a) ta' l-Artikolu 17(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(a) L-Istat Membru għandu jibgħat id-dokumenti li jagħtu deskrizzjoni tal-bastiment u d-dokumenti li jappoġġaw it-talba tiegħu għal deroga, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe test li sar, lill-Istati Membri l-oħra li jkollhom erba' xhur żmien biex jaqblu jew ma jaqblux, kif ukoll biex jippreżentaw kummenti, mistoqsijiet, rekwiżiti addizzjonali u talbiet għal aktar ittestjar li jista' jkollhom, jew, jekk jixtiequ, biex jirriferu l-kwistjoni għall-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 20(1). Kopji ta' dawn id-dokumenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. Tali korrispondenza għandha tkun kunfidenzjali.";

2. l-Artikolu 18 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 18

Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku l-Annessi I u II ma' din id-Direttiva u dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi separati li huma speċifikati f'kull waħda minn dawk id-direttivi.. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u ta' direttivi separati, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2).";

3. l-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

3.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [12]

Fir-rigward tad-Direttiva 76/769/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 76/769/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza bħall-ħtieġa urġenti li jiġu rrinfurzati r-restrizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu ta' sustanzi perikolużi, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 76/769/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 2a għandu jiġi sostitwit kif ġej:

"Artikolu 2a

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress tekniku, fir-rigward ta' sustanzi u preparazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 2b(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 2b(3).";

2. għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 2b

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 29(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha..

3.3. Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni [14]

(1) Fir-rigward tad-Direttiva 94/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tintroduċi emendi fid-dawl tal-progress tal-konoxxenza teknika u fid-dawl ta' evidenza xjentifika ġdida. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 94/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 6a għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 6a

Il-Kummissjoni tista' tintroduċi emendi li jkunu neċessarji, fid-dawl tal-progress tal-konoxxenza teknika u ta' evidenza xjentifika ġdida, fejn jidħlu r-rekwiżiti ta' l-Anness I.B.2 u ta' l-Anness I.C.1 esklużi modifiki diretti jew indiretti li jsiru f'termini tal-valuri ta' l-emissjonijiet ta' l-egżost jew tal-ħsejjes u tal-valuri tal-proporzjonijiet Froude u P/D. Emendi bħal dawn jistgħu jinkludu l-karburanti ta' referenza u l-livelli li għandhom jintużaw għall-ittestjar ta' l-emissjonijiet ta' l-exhaust u tal-ħsejjes.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6b (2).";

2. għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 6b

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit konformement ma' l-Artikolu 6(3).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

3.4. Id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessut [15]

Fir-rigward tad-Direttiva 96/73/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadotta l-miżuri neċessarji għall-adattament għall-progress tekniku tal-metodi ta' analiżi kwantitattiva previsti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 96/73/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku l-metodi ta' analiżi kwantitattiva previsti fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat għal Direttivi dwar l-Ismijiet u l-Ittikkettar tat-Tessuti.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

3.5. Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-preparazzjonijiet perikolużi [16]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/45/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/45/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/45/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 10(3), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Relattivament għal ċerti preparazzjonijiet klassifikati bħala perikolużi fis-sens ta' l-Artikolu 7, bħala deroga mill-punti 2.4, 2.5, u 2.6 tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-eżenzjonijiet għal ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward ta' l-ittikkettar ambjentali jew dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma' l-ittikkettar ambjentali, fejn jista' jintwera li jkun hemm tnaqqis fl-impatt ambjentali. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20a (3).";

2. fl-Artikolu 12(4), it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri fil-qafas ta' l-Anness V. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20a (3).";

3. l-Artikolu 19(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 20a (2).";

4. l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku l-Annessi ma' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20a (3).";

5. għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 20a

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 29(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.6. Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta [18]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/24/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku l-Annessi tagħha jew id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi individwali msemmija fl-Anness I tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/24/KE jew tad-direttivi separati, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/24/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 17

Il-Kummissjoni tista' tadatta għall-progress tekniku l-Annessi ma' din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi separati msemmija fl-Anness I. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva jew tad-Direttivi separati, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).";

2. l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

3.7. Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi [19]

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/37/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha, tadatta d-dispożizzjonijiet tekniċi tad-Direttivi individwali u tintroduċi fid-Direttivi individwali dispożizzjonijiet relatati ma' l-approvazzjoni mill-KE tat-tip ta' unitajiet tekniċi separati. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/37/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/37/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-kliem introduttiv għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej

"1. Il-miżuri li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u li huma relatati mas-suġġett imsemmi hawn taħt, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3):";

(b) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Annessi ma' din id-Direttiva jekk, skond id-Deċiżjoni 97/836/KE, jiddaħħlu regolamenti ġodda jew emendi li l-Komunità tkun aċċettat għar-regolamenti eżistenti. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).";

2. l-Artikolu 20(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

3.8. Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl [20]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/22/KE, il-Kummissjoni, b'mod partikolari, tista' tieħu miżuri adatti sabiex temenda l-Annessi speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010). Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/22/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/22/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

2. l-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi speċifiċi għall-istrumenti (minn MI-001 sa MI-010) fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a) żbalji massimi permissibbli (ŻMPijiet) u l-klassijiet ta' eżattezza;

(b) kondizzjonijiet operattivi valutati;

(ċ) valuri kritiċi ta' bidla;

(d) disturbi.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).".

4. L-AMBJENT

4.1. Id-Direttiva tal-Kunsill tat- 8 ta' Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta' l-ilma għall-għawm [21]

Fir-rigward tad-Direttiva 76/160/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku l-valuri parametriċi G u I, u l-metodi ta' l-analiżi, stabbiliti fl-Anness tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 76/160/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 76/160/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn l-emendi li jkunu meħtieġa sabiex tadatta għall-progress tekniku l-valuri parametriċi G u I, u l-metodi ta' l-analiżi, stabbiliti fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).";

2. l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

4.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi [22]

Fir-rigward tad-Direttiva 91/271/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex temenda r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet A, B u C ta' l-Anness I tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 91/271/KEE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/271/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Is-sistemi ta' ġbir deskritti fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni tista' temenda dawk ir-rekwiżiti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).";

2. l-Artikolu 4(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-iskariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jilħqu l-kriterji rilevanti ta' l-Anness I. B. Il-Kummissjoni tista' temenda dawn il-kriterji. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).";

3. l-Artikolu 5(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-iskariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban deskritti fil-paragrafu 2 għandhom jilħqu l-kriterji rilevanti ta' l-Anness I B. Il-Kummissjoni tista' temenda dawn il-kriterji. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).";

4. l-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha teżamina dik it-talba u tieħu l-miżuri meħtieġa konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).";

(b) fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw minn qabel id-dokumentazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-każ u tieħu l-miżuri adatti konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).";

5. l-Artikolu 11(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Ir-Regolamenti u/jew awtorizzazzjoni speċifika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima C ta' l-Anness. Il-Kummissjoni tista' temenda dawk ir-rekwiżiti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).";

6. l-Artikolu 12(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Ir-Regolamenti preċedenti u/jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi ta' skariki minn impjanti ta' trattament ta' ilma mormi urban, magħmula taħt il-paragrafu 2 fi ħdan agglomerazzjonijiet ta' bejn l-2000 u l-10000 e.p. fil-każ ta' rimi f'ilma ħelu jew ilmijiet estwarji u f'agglomerazzjonijiet ta' 10000 e.p. jew aktar fir-rigward ta' l-iskariki kollha, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fit-Taqsima B ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni tista' temenda dawk ir-rekwiżiti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).";

7. l-Artikolu 15(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni tista' tifformula linji gwida dwar is-sorveljanza msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).";

8. l-Artikolu 17(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2), il-metodi u l-formati li għandhom jiġu adottati għar-rappurtar fuq il-programmi nazzjonali. Kwalunkwe emenda għal dawn il-metodi u formati għandha tiġi adottata skond dik il-proċedura.";

9. fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

4.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat- 12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli [23]

Fir-rigward tad-Direttiva 91/676/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta jew tissupplimenta l-Annessi fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 91/676/KEE u jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/676/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 7

Il-Kummissjoni tista' tfassal linji gwida għall-monitoraġġ imsemmi fl-Artikoli 5 u 6 skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 8

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).";

2. l-Artikolu 9(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

3. fil-punt 2 ta' l-Anness III, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Jekk Stat Membru jippermetti ammont differenti taħt il-punt (b) tat-tieni subparagrafu, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni li għandha teżamina l-ġustifikazzjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 9(2).".

4.4. Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz [24]

Fir-rigward tad-Direttiva 94/63/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tirrivedi l-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir għat-tagħbija mill-qiegħ preskritt fl-Anness IV u sabiex tadatta, bl-eċċezzjoni tal-valuri tal-limiti stipulat fil-punt 2 ta' l-Anness II, l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/63/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 94/63/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 4(1), is-sitt subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"It-terminals kollha b'faċilitajiet tat-tagħbija għat-tankers tat-triq għandhom ikunu mgħammra b'ta' l-anqas irfid wieħed li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għal tagħmir ta' tagħbija mill-qiegħ preskritti fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dawk l-ispeċifikazzjonijiet f'intervalli regolari u, fejn ikun il-każ, tirrivedihom. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).";

2. l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

Adattament għall-progress tekniku

Ħlief għal-limiti tal-valuri msemmija fl-Anness II, il-punt 2, il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).";

3. l-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

4.5. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad- 9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi [25]

Fir-rigward tad-Direttiva 96/82/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi II sa VI tagħha għall-progress tekniku u sabiex tistabbilixxi kriterji armonizzati għad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri bil-għan li stabbiliment ikun fi stat li ma joħloq l-ebda periklu ta' aċċident serju. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/82/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 96/82/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 9(6), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(b) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji armonizzati għad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtorità kompetenti li stabbiliment partikolari jkun fi stat li ma joħloq l-ebda periklu ta' xi aċċident serju fis-sens tas-subparagrafu (a). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).";

2. l-Artikolu 15(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom, hekk kif l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 14 tkun inġabret, jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' l-analiżi tagħhom u bir-rakkomandazzjonijiet tagħhom billi jużaw formola ta' rapport stabbilita u miżmuma dejjem taħt reviżjoni permezz tal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).

Ir-rappurtar ta' din l-informazzjoni mill-Istati Membri jista' ma jsirx mall-ewwel biss sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-proċedimenti legali fejn ikun hemm il-possibilità li tali rappurtar jaffettwa dawk il-proċedimenti";

3. l-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 21

Termini ta' riferenza tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-kriterji msemmija fl-Artikolu 9(6)(b) u l-Annessi II sa VI għall-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3).

2. Il-miżura biex titfassal il-forma tar-rapport imsemmija fl-Artikolu 15(2), għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 22(2).";

4. l-Artikolu 22 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 22

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

4.6. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas- 26 ta' April ta' l-1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma [26]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/31/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha għall-progress xjentifiku u tekniku u biex tadotta miżuri għall-istandardizzazzjoni ta' metodi ta' kontroll, ta' kampjunament u ta' analiżi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/31/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/31/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 16

Proċedura ta' Kumitat

Il-miżuri meħtieġa għall-adattament ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva għal progress xjentifiku u tekniku u sabiex jiġu stabbiliti l-istandardizzazzjoni ta' metodi ta' kontroll, ta' kampjunament u ta' analiżi rigward it-terraferma ta' skart għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, fost affarijiet oħrajn billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3). Għal dan l-iskop, skond l-Anness II, il-Kumitat għandu jikkunsidra l-prinċipji ġenerali u proċeduri ġenerali għal kriterji ta' eżami u aċċettazzjoni kif stipulat fl-Anness II u għandu jistabbilixxi kriterji speċifiċi u/jew metodi ta' eżami u valuri limiti assoċjati għal kull klassi ta' terraferma, inklużi jekk neċessarju tipi speċifiċi ta' terraferma skond kull klassi, inkluż il-ħżin taħt l-art.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja msemija fl-Artikolu 17(2), tadotta, u meta jkun meħtieġ temenda, dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni u għat-trażmissjoni regolari tad-data statistika msemmija fl-Artikoli 5, 7 u 11.";

2. l-Artikolu 17(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

4.7. Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda [27]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/94/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Annessi tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/94/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 9

1. Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi ma' din id-Direttiva u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tagħha għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3) wara konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet oħra interessati.

Biex jiġi assistit dan il-proċess ta' adattament kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sal- 31 ta' Diċembru 2003, rapport dwar l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jkopri l-perjodu mit- 18 ta' Jannar 2001 sal- 31 ta' Diċembru 2002. Il-format ta' dan ir-rapport għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2) mhux aktar tard mit- 18 ta' Jannar 2001.

2. Addizzjonalemnt għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri mmirati lejn:

(a) aktar speċifikazzjoni tal-format tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 3 billi tadatta l-Anness I;

(b) aktar speċifikazzjoni tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-gwida msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jiġu klassifikati mudelli ġodda ta' karozzi biex b'hekk ikun jista' jsir elenku tal-mudelli skond l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-karburant fi klassijiet speċifikati, inkluża klassi għal elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant;

(ċ) it-twaqqif ta' rakkomandazzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-dispożizzjonijiet dwar il-letteratura promozzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 lil media u materjali oħra.

Il-miżuri li hemm referenza għalihom fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2).";

2. l-Artikolu 10(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

4.8. Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart [28]

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/76/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi kriterji għar-rekwiżiti relatati mat-tnaqqis tal-frekwenza ta' ċertu kejl perjodiku, sabiex tiddeċiedi d-data li minnha se jitwettaq kejl kontinwu ta' ċerti valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet fl-arja, sabiex tadatta l-Artikoli 10, 11 u 13 u l-Annessi I u III għall-progress tekniku jew għal skoperti ġodda dwar il-benefiċċji tas-saħħa ta' tnaqqis ta' emissjonijiet; u, sabiex tadatta t-tabelli fl-Anness II il-punt 2.1. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/76/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/76/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"7. It-tnaqqis tal-frekwenza tal-kejl perjodiku tal-metalli tqal minn darbtejn fis-sena għal darba kull sentejn u għad-diossini u furans minn darbtejn fis-sena għal darba fis-sena jistgħu jkunu awtorizzati fil-permess mill-awtorità kompetenti sakemm l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ikunu inqas mill-50 % tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni mfassla rispettivament skond l-Anness II jew l-Anness V u sakemm ikunu disponibbli l-kriterji tar-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu dawn il-kriterji, ibbażata millinqas fuq id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (d). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).";

(b) il-paragrafu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"13. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, hekk kif issir disponibbli fil-Komunità teknika adatta ta' kejl, id-data minn meta l-kejl kontinwu tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja għall-metalli tqal, diossini u furans għandhom jitwettqu skond l-Anness III. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi żżid magħha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).";

2. l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 16

Adattament għall-progress teknoloġiku jew skoperti ġodda

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u li jadattaw l-Artikoli 10, 11 u 13 u l-Annessi I u III għall-progress teknoloġiku jew skoperti ġodda dwar il-benefiċċji għas-saħħa mit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).";

3. l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 17

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

4. fil-punt II.2.1 ta' l-Anness II, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Fil-każ fejn, għall-impjanti kbar ta' kombustjoni, ikunu stabbiliti valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed severi taħt id-Direttiva 2001/80/KE jew ikunu maħsuba valuri tal-limitu iżjed severi taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità, dawn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jissostitwixxu, għall-impjanti u sustanzi li jniġġsu kkonċernati, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fit-tabelli li ġejjin (Cproċ). F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadatta dawk it-tabelli għal dawn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed severi. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2) mingħajr dewmien.".

4.9. Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali [29]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/49/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-punt 3 ta' l-Anness I, u l-Annessi II u III, għall-progress tekniku u xjentifiku u tistabbilixxi metodi komuni ta' valutazzjoni. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/49/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/49/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' reviżjoni ta' l-Anness II, tistabbilixxi metodi komuni ta' l-istudju għad-determinazzjoni ta' Ljal u Llejl. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Sakemm dawn il-metodi jkunu adottati, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-metodi ta' l-istudji adottati skond l-Anness II u bbażati fuq il-metodi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni proprja tagħhom. F'każi bħal dawn, l-Istati Membri għandhom juru li dawk il-metodi jagħtu riżultati ekwivalenti għar-riżultati akwistati bil-metodi stabbiliti fil-paragrafu 2(2) ta' l-Anness II.";

2. l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I, il-punt 3, l-Anness II u l-Anness III ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku u xjentifiku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";

3. fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

4. fl-Anness III, it-tieni sentenza tal-kliem introduttorju għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Ir-relazzjonijiet ta' doża-effett introdotti bir-reviżjonijiet futuri ta' dan l-Anness li jsiru skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3) għandhom jikkonċernaw partikolarment:".

4.10. Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament [30]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi u tadatta sistema għall-iżvilupp u l-assenjament ta' identifikaturi partikolari għall-OMĠ. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

Identifikaturi partikolari

Il-Kummissjoni għandha:

(a) qabel l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 sa 7 tistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjament ta' identifikaturi partikolari għall-OMĠs;

(b) tadatta s-sistema prevista fil-punt (a), kif ikun xieraq.

Il-miżuri previsti fl-ewwel paragrafu, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2). Waqt li jkun qed isir dan, għandhom jitqiesu l-iżviluppi li jkun hemm f'fora internazzjonali.";

2. l-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

4.11. Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi [31]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/42/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Anness III għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/42/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/42/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Adattamenti għal progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness III sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfasslasabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";

2. fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

4.12. Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati [32]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti standard għal kontrolli ta' telf, sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' programmi ta' taħriġ u ta' ċertifikazzjoni, u sabiex tadotta rekwiżiti addizzjonali ta' ttikkettar. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. l-Artikolu 3(7) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti standard għal kontrolli ta' telf għal kull waħda mill-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";

2. l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, abbażi ta' informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri u b'konsultazzjoni mas-setturi rilevanti, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għal programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-persunal rilevanti involut fl-installazzjoni, il-manteniment jew "servicing" ta' tagħmir u sistemi koperti mill-Artikolu 3(1) kif ukoll għall-persunal involut fl-attivitajiet previsti fl-Artikoli 3 u 4. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";

3. l-Artikolu 7(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-forma tat-tikketta li għandha tintuża għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2).

Ir-rekwiżiti ta' ttikkettar, flimkien ma' dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom, fejn xieraq, ikunu adottati. Dawk il-miżuri, imfasslasabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Qabel ma tippreżenta proposta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-idoneità ta' l-inklużjoni ta' tagħrif ambjentali addizzjonali, inkluż il-potenzjal ta' tisħin globali, fuq ttikketti, filwaqt li jittieħed kont ta' skemi ta' tikkettar eżistenti li jkunu diġà applikabbli għall-prodotti u tagħmir imsemmija fil-paragrafu 2.";

4. l-Artikolu 12(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

4.13. Id-Direttiva 2006/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut [33]

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/44/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-valuri G għall-parametri, u l-metodi ta' analiżi, stabbiliti fl-Anness I għall-progress tekniku u xjentifiku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/44/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/44/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri meħtieġa biex jadattaw għall-progress tekniku u xjentifiku l-valuri G għall-parametri u l-metodi ta' analiżi li jinsabu fl-Anness I ma' din id-Direttiva.. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).";

2. l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

4.14. Id-Direttiva 2006/113/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski [34]

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/113/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku l-valuri G għall-parametri, u l-metodi ta' analiżi, stabbiliti fl-Anness I. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/113/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/113/KE għandu jiġi sostitwitb'dan li ġej:

"Artikolu 12

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/44/KE, għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex jadattaw għall-progress tekniku u xjentifiku l-valuri G għall-parametri u l-metodi ta' analiżi li jinsabu fl-Anness I ma' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/44/KE.".

5. L-ISTATISTIKA EWROPEA

5.1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal- 15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità [35]

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 696/93, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta l-Anness għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 696/93, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 696/93 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. l-Artikoli 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 5

Wara t-tmiem tal-perjodu transitorju msemmi fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura ta' amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2), tawtorizza Stat Membru biex juża unitajiet oħra ta' l-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni.

Artikolu 6

Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi dawk maħsuba għall-adattament għall-progress ekonomiku u tekniku li jikkonċernaw b'mod partikolari l-unitajiet ta' l-istatistika tas-sistema ta' produzzjoni, il-kriterji użati u d-definizzjonijiet speċifikati fl-Anness, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).";

2. l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat għall-Programm ta' l-Istatistika.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

5.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat- 23 ta' Novembru 1995 dwar il-ġbir ta' l-informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu [36]

Fir-rigward tad-Direttiva 95/57/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tiddetermina d-definizzjonijiet li japplikaw għall-karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni kif ukoll l-aġġustamenti kollha tal-lista ta' dawn il-karatteristiċi, sabiex tadotta r-rekwiżiti minimi ta' eżattezza meħtieġa li għandhom jintlaħqu mir-riżultati tal-ġbir kif ukoll mill-proċeduri sabiex jiġi assigurat l-ipproċessar armonizzat tal-bażi sistematiċi, u sabiex tadotta regoli dettaljati dwar l-ipproċessar mill-Istati Membri ta' l-informazzjoni miġbura. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 95/57/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 95/57/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Id-definizzjonijet li japplikaw għall-karatteristiċi tal-ġbir ta' l-informazzjoni kif ukoll l-aġġustamenti kollha tal-lista tal-karatteristiċi għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).";

2. fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-ġbir ta' l-istatistika għandha tassigura, safejn ikun possibbli, li r-riżultati jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' eżattezza meħtieġa. Dawk ir-rekwiżiti, kif ukoll il-proċeduri li jassiguraw l-ipproċessar armonizzat tal-bażi sistematiċi, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2). Ir-rekwiżiti minimi ta' eżattezza għandhom jiġu ddeterminati b'mod partikolari b'referenza għall-iljieli mqattgħin f'akkomodazzjoni kull sena fil-livell nazzjonali.";

3. l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 6

L-ipproċessar ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-informazzjoni miġbura msemmija fl-Artikolu 3 skond ir-rekwiżiti ta' eżattezza stabbiliti fl-Artikolu 4 u skond ir-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2). Il-livell reġjonali għandu jkun konformi man-Nomenklatura ta' l-Unitajiet Territorjali ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.";

4. fl-Artikolu 7(3), il-kliem "fl-Artikolu 12" għandu jiġi sostitwit bil-kliem: "fl-Artikolu 12(1)";

5. fl-Artikolu 9, il-kliem "fl-Artikolu 12" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "fl-Artikolu 12(1)";

6. fl-Artikolu 11, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, 4 u 6, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 7 u 9 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(1)";

7. fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

5.3. Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) [37]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex temenda l-unitajiet amministrattivi użati għall-klassifikazzjoni tan-NUTS, sabiex tidderoga l-limiti demografiċi għal uħud mill-unitajiet li m'humiex amministrattivi, sabiex temenda l-unitajiet amministrattivi iżgħar skond ir-rekwiżiti tal-livell NUTS 3 kif ukoll sabiex temenda l-klassifikazzjoni NUTS. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"4. L-unitajiet amministrattivi eżistenti li jintużaw għall-klassifikazzjoni NUTS huma elenkati fl-Anness II. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u li jadattaw l-Anness II, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).";

(b) fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Ċerti unitajiet mhux amministrattivi individwali jistgħu, madankollu, jiddevjaw minn dawn l-egħtiebi minħabba f'ċirkostanzi partikolari ġeografiċi, soċjo ekonomiċi, storiċi, kulturali jew ambjentali, speċjalment fil-gżejjer u f'reġjunijiet imbiegħda. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).";

2. fl-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u li jadattaw l-Anness III għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).";

3. l-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"4. L-emendi li jsiru lill-klassifikazzjoni NUTS għandhom jiġu adottati fit-tieni nofs tas-sena kalendarja, mhux aktar frekwentement minn kull tliet snin, skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).";

(b) il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. Meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni NUTS, l-Istat Membru interessat għandu jittrasmetti lill-Kummissjoni s-serje taż-żmien għas-suddiviżjoni ġdida reġjonali, sabiex tissostitwixxi data li tkun diġà ġiet trasmessa. Il-lista tas-serje u kemm idumu għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni waqt li jittieħed kont tal-fattibbiltà tal-provvista tagħhom. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2). Is-serje taż-żmien għandhom jiġu provduti fi żmien sentejn mill-emendament tal-klassifikazzjoni NUTS.";

4. l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar il-Programm ta' l-Istatistika.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

5.4. Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) [38]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri dwar l-oqsma sekondarji ta' l-objettiv u l-individwi inklużi fil-kampjun inizjali, kif ukoll miżuri li jieħdu kont tal-bidliet ekonomiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-oqsma sekondarji ta' l-objettiv għandhom jiġu inklużi, fil-komponent traversali biss, kull sena mill-2005 'l quddiem. Għandu jiġi kopert qasam sekondarju wieħed kull sena. Il-miżuri li jiddefinixxu l-oqsma ta' l-objettiv, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).";

2. fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fil-komponent lonġitudinali, l-individwi inklużi fil-kampjun inizjali, jiġifieri, il-persuni kampjunarji, għandhom jiġu segwiti tul il-panel Kull persuna kampjunarja li tmur f'residenza privata tagħha ġewwa l-konfini nazzjonali għandha tiġi segwita fil-lokalità l-ġdida tagħha skond ir-regoli u l-proċeduri ta' traċċjar li jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).";

3. fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

4. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-kliem "skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2)" għandu jitħassar;

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, imfassla sabiexjemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3) mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu tas-sena ta' l-istħarriġ.".

5.5. Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontabilità ekonomika għall-agrikoltura fil-Komunità [39]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 138/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taġġorna l-metodoloġija tal-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura (EAA) fil-Komunità, il-lista tal-kwantitajiet varjabbli u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data għal dawn il-kontijiet. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 138/2004, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-metodoloġija ta' l-EAC għandha tiġi aġġornata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).";

2. l-Artikolu 3, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-kwantitajiet varjabbli u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tad-data stabbiliti fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).";

3. l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

5.6. Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar statistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni [40]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri għall-implimentazzjoni tal-moduli li jikkonċernaw elementi differenti bħas-selezzjoni u l-ispeċifikazzjoni tagħhom, l-aġġustament u l-modifika tas-suġġetti u l-karatteristiċi, il-kopertura, l-perjodiċità, previsti minn dak ir-Regolament imsemmi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 8

Miżuri ta' implimentazzjoni

1. Il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-moduli ta' dan ir-Regolament għandhom jikkonċernaw is-selezzjoni u l-ispeċifikazzjoni, l-aġġustament u l-modifika tas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom, il-kopertura, perjodi ta' referenza u tqassim tal-karatteristiċi, l-perjodiċità u timing tal-provista tad-data u l-limiti ta' żmien għat-trażmissjoni tar-riżultati.

2. Il-miżuri ta' implimentazzjoni, inklużi l-aġġustament u l-aġġornament ta' miżuri sabiex jittieħed kont tal-bidliet tekniċi u ekonomiċi, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2), wara li jittieħed kont tar-riżorsi ta' l-Istati Membri, u l-piż fuq dawk li jirrispondu, l-fattibbiltà teknika u metodoloġika u l-affidabbiltà tar-riżultati.

3. Għandhom jitfasslu miżuri ta' implimentazzjoni minn ta' l-anqas disa' xhur qabel il-bidu ta' perjodu ta' ġbir ta' data.

Artikolu 9

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

5.7. Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani [41]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tispeċifika l-istandards komuni ta' kwalità kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità u sabiex tadatta l-Annessi għall-bidliet ekonomiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 184/2005, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. l-Artikolu 4(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-istandards komuni ta' kwalità, kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità, għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet fir-rigward ta' l-ispejjeż tal-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data kif ukoll tibdil importanti fil-ġbir tad-data.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Il-kwalità tad-data trasmessa għandha tiġi valutata, fuq il-bażi tar-rapporti ta' kwalità, mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-Kumitat dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti msemmi fl-Artikolu 11(1).

Din il-valutazzjoni mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni.";

2. l-Artikoli 10 u 11 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 10

L-Adattament għall-bidliet Ekonomiċi u Tekniċi

Il-miżuri li ġejjin, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, u meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-bidliet ekonomiċi u tekniċi, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3):

(a) miżuri li jaġġornaw ir-rekwiżiti tad-data, inklużi l-iskadenzi għall-preżentazzjoni kif ukoll ir-reviżjonijiet, l-estensjonijiet u l-eliminazzjonijiet ta' flussi ta' data stabbiliti fl-Anness I;

(b) miżuri li jaġġornaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 11

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti, ("il-Kumitat").

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli minn 5 sa 7 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-BĊE jista' jattendi l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur.".

5.8. Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta' kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skond is-settur istituzzjonali [42]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi skedi ta' żmien u tqassim tat-transazzjonijiet, sabiex taġġusta l-ħin ta' trasmissjoni tad-data, sabiex taġġusta l-proporzjon tat-total Komunitarju u sabiex tiddefinixxi standards komuni ta' kwalità. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005 inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, skeda ta' żmien għat-trasmissjoni tal-punti p. 1, p. 2, D.42, D.43, D.44, D.45 u B.4G, rispettivament, u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħtieġa ta' tqassim tat-transazzjonijiet elenkati fl-Anness skond is-settur kontroparti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi, fost affarijiet oħrajn, iżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3). Kwalunkwe deċiżjoni tali m'għandhiex tiġi adottata qabel ma l-Kummissjoni tkun irrapportat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 9.";

(b) il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-ħin tat-trasmissjoni speċifikat fil-paragrafu 3 jista' jiġi aġġustat mill-Kummissjoni, b'massimu ta' ħamest ijiem. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).";

2. l-Artikolu 3(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Il-proporzjon (1 %) tat-total Komunitarju msemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi aġġustat mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).";

3. l-Artikolu 6 (1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tad-data trasmessa titjieb maż-żmien sabiex tilħaq l-istandards tal-kwalità komuni li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Il-miżuri li jistabbilixxu dawk l-istandards komuni ta' kwalita', imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).";

4. l-Artikolu 7 għandu jitħassar;

5. l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika ("il-Kumitat").

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

6. IS-SOĊJETÀ TA' L-INFORMAZZJONI

6.1. Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi [43]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/93/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi kriterji għall-Istati Membri biex jiddeterminaw jekk għandux jinħatar korp biex jiddetermina l-konformità ta' mekkaniżmi ta' sikurezza għall-ħolqien ta' firem mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness III tagħha. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/93/KE billi jissupplimentaha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/93/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-konformità tal-mekkaniżmi ta' sikurezza għall-ħolqien tal-firem mal-ħtiġiet stipulati fl-Anness III għandhom jiġu stabbiliti minn korpi adatti, pubbliċi jew privati, maħtura mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji għall-Istati Membri biex jistabbilixxu jekk korp għandux jiġi maħtur. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi żżid magħha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).";

2. fl-Artikolu 3(5), il-kliem "fl-Artikolu 9" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "fl-Artikolu 9(2)";

(3) l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 9

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn "Kumitat tal-Firem Elettroniċi".

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

6.2. Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU [44].

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 733/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura għan-nomina tar-Reġistru, u sabiex tadotta regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjoni tat-Top Level Domain (TLD) ".eu" u prinċipji ta' politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 733/2002 billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tal-kriterji u tal-proċedura għan-nomina tar-Reġistru.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 3 (1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(a) tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura għan-nomina tar-Reġistru. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' uġenza msemmija fl-Artikolu 6(4)";

2. fl-Artikolu 5, il-paragrafu (1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Wara li tikkonsulta mar-Reġistru, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta' politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet ta' l-.eu TLD u l-prinċipji tal-politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).

Il-politika pubblika għandha tinkludi:

(a) politika dwar is-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' konflitti;

(b) politika pubblika dwar reġistrazzjoni spekulattiva u abużiva ta' ismijiet ta' qasam inkluża l-possibbiltà ta' reġistrazzjoni ta' ismijiet ta' qasam f'fażijiet biex jiġu assigurati opportunitajiet temporanji adegwati għad-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u biex korpi pubbliċi jirreġistraw isimhom;

(ċ) politika dwar il-possibiltà tar-revokazzjoni ta' ismijiet ta' qasam, inkluża l-kwistjoni ta' bona vacantia;

(d) kwistjonijiet dwar il-lingwa u kunċetti ġeografiċi;

(e) it-trattament ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra.";

3. l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 6

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni li għandu x'jaqsam man-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

7. IS-SUQ INTERN

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36/KE tas- 7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali [46]

Fir-rigward tad-Direttiva 2005/36/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi l-kriterji neċessarji sabiex jitwaqqfu pjattaformi komuni li jirrigwardjaw l-eżenzjoni mill-miżuri kumpensatorji. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/36/KE inter alia billi jissupplimentawaha b'elementi ġodda mhux essenzjali magħha, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2005/36/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-punt (ċ), (ii), għandha titħassar it-tieni sentenza;

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-lista li tidher fl-Anness II sabiex jittieħed kont ta' taħriġ li jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-ewwel paragrafu, punt ċ) ii). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

2. fl-Artikolu 13(2), it-tielet subparagrafu, it-tielet sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-lista li tidher fl-Anness III sabiex jittieħed kont ta' edukazzjoni u taħriġ regolati li jipprovdi standard professjonali komparabbli u li jipprepara lit-trainee għal-livell komparabbli ta' responsabbilitajiet u funzjonijiet. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

3. l-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Jekk il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tqis li abbozz ta' pjattaforma komuni jiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali, tista' tippreżenta abbozz ta' miżuri bil-ħsieb li jiġu adottati. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

(b) il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. Jekk Stat Membru jikkunsidra li l-kriterji stabbiliti f'miżura adottata skond il-paragrafu 2 ma għadhomx joffru garanziji adegwati rigward il-kwalifiki professjonali, għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta abbozz ta' miżuri bil-ħsieb li jiġu adottati. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3)";

4. l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 20

Adattament tal-listi ta' l-attivitajiet ta' l-Anness IV

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-listi ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Anness IV li huma s-suġġett ta' rikonoxximent ta' esperjenza professjonali skond l-Artikolu 16, bil-ħsieb li n-nomenklatura tiġi aġġornata jew iċċarata, kemm-il darba dan ma jinvolvix tibdil fl-attivitajiet relatati mal-kategoriji individwali. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

5. fl-Artikolu 21(6), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-għarfien u l-ħiliet imsemmija fl-Artikoli 24(3), 31(6), 34(3), 38(3), 40(3) u 44(3), għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

6. fl-Artikolu 25, il-paragrafu (5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-Kummissjoni tista' tadatta l-perijodi minimi ta' taħriġ imsemmija fl-Anness V, punt 5.1.3, għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

7. fl-Artikolu 26, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tinkludi fl-Anness V, punt 5.1.3 speċjalizzazzjonijiet mediċi ġodda li huma komuni għal mhux inqas minn żewġ kwinti ta' l-Istati Membri bil-ħsieb li jitqies it-tibdil fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

8. fl-Artikolu 31(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.2.1 għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

9. fl-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.3.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

10. fl-Artikolu 35, paragrafu 2, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-perijodu minimu ta' taħriġ imsemmi fit-tieni subparagrafu għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

11. fl-Artikolu 38(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.4.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

12. fl-Artikolu 40(1), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.5.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

13. fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 44(2), it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-kontenut elenkat fl-Anness V, punt 5.6.1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

14. fl-Artikolu 46(2), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' temenda l-għarfien u l-ħiliet elenkati fil-paragrafu 1, għall-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 58(3).";

15. l-Artikolu 58 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 58

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 taghha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

8. IS-SAĦĦA U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

8.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal- 21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem [47]

Fir-rigward tad-Direttiva 89/108/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-kriterji ta' purità li għandhom jiġu sodisfatti mill-mezzi krijoġeniċi kif ukoll il-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni għal oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr, il-proċeduri ta' monitoraġġ tat-temperaturi ta' dawn l-oġġetti ta' l-ikel u tal-monitoraġġ ta' temperaturi fil-mezzi ta' trasport, ta' magazzinaġġ u ta' ħażna. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 89/108/KEE billi jissupplimentawha b'elementi mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 89/108/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 4, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-kriterji ta' purità li għandhom jiġu sodisfatti minn dawn il-mezzi krijoġeniċi għandhom jiġu adottati, safejn ikun meħtieġ, mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";

2. l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Il-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni għal oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr u l-proċeduri ta' monitoraġġ tat-temperaturi tagħhom u tal-monitoraġġ ta' temperaturi fil-mezzi ta' trasport, ta' magazzinaġġ u ta' ħażna għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).";

3. l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

8.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta' l- 24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel [48]

Fir-rigward tad-Direttiva 90/496/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadotta dispożizzjonijiet li jkunu neċessarji għal bidliet fil-lista ta' vitamini, minerali u l-kwantità rakkomandata tagħhom ta' kuljum; għad-definizzjoni tal-fibra u l-metodi assoċjati tagħha ta' analiżi; sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni; għal emendi u żidiet relatati mal-lista ta' kategoriji ta' nutrijenti u l-fatturi tagħhom ta' konverżjoni, kif ukoll sabiex tistabbilixxi r-regoli dwar il-medda tat-tagħrif li għandu jingħata u l-mod ta' komunikazzjoni tiegħu f'każ ta' prodotti ta' l-ikel li ma jkunux ippakkjati minn qabel. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 90/496/KEE inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 90/496/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 1(4)(a), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva u li jbidlu l-lista ta' vitamini, minerali u l-kwantità rakkomandata tagħhom ta' kull jum għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";

2. fl-Artikolu 1(4)(b), it-tielet subparagrafu, il-kliem "l-Artikolu 10" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "l-Artikolu 10(2)";

3. fl-Artikolu 1(4), il-punt (j) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(j) "fibra" tfisser il-materjal li għandu jiġi definit mill-Kummissjoni u mkejjel bil-metodu ta' analiżi li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";

4. l-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3

L-uniċi allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni permessi għandhom ikunu dawk li jirrelataw ma' l-enerġija, man-nutrijenti elenkati fl-Artikolu 1(4)(a)(ii) u mas-sustanzi li jagħmlu sehem minn, jew huma komponenti ta', kategorija ta' dawk in-nutrijenti. Dispożizzjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu allegazzjonijiet tan-nutrizzjoni skond it-tifsira ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";

5. fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-emendi għall-fatturi ta' konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u ż-żieda mal-lista fil-paragrafu 1 ta' sustanzi li jagħmlu sehem minn, jew huma komponenti ta', waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija f'dak il-paragrafu u l-fatturi ta' konverżjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni s abiex jiġi kalkolat b'mod aktar eżatt il-valur ta' enerġija ta' l-oġġetti ta' l-ikel,. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";

6. fl-Artikolu 6(3), il-kliem "l-Artikolu 10" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "l-Artikolu 10(2)";

7. fl-Artikolu 6(5)(b), il-kliem "l-Artikolu 10" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "l-Artikolu 10(2)";

8. fl-Artikolu 6(8), it-tieni subparagrafu, il-kliem "l-Artikolu 10" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "l-Artikolu 10(2)";

9. l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

Fil-każ ta' prodotti ta' l-ikel li ma jkunux impakkettati minn qabel imqiegħda għall-bejgħ lill-konsumatur ta' l-aħħar jew lill-caterers bil-kwantità u l-oġġetti ta' l-ikel ippakkjati fil-punt tal-bejgħ fuq it-talba tax-xerrej jew ippakkeġġjati minn qabel bil-ħsieb li jinbiegħu minnufih, il-medda tat-tagħrif li għaliha jirriferi l-Artikolu 4 u l-mod tal-komunikazzjoni tiegħu jista' jiġi stabbilit b'liġi nazzjonali sa l-adozzjoni eventwali ta' miżuri mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).";

10. fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

8.3. Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li jikkonċerna l-ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza [49]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/2/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex timplimenta regoli relatati ma' l-irradjazzjoni ta' l-ikel. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/2/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Minħabba raġunijiet ta' effiċjenza, il-limiti normali taż-żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom ikunu limitati għall-adozzjoni ta' ċerti eċċezzjonijiet għar-regoli relatati ma' dożi massimi ta' radjazzjoni għal oġġetti ta' l-ikel u l-użu ta' trattament ta' irradjazzjoni flimkien ma' trattament kimiku, kif ukoll għall-adozzjoni ta' rekwiżiti supplimentari għall-approvazzjoni ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' l-emendi għad-Direttiva 1999/2/KE jew għad-Direttivi implimentattivi permezz ta' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet kif paragunati mas-sitwazzjoni legali preċedenti sal-medda neċessarja sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/2/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni tista' tadotta eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).";

2. fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-approvazzjoni għandha tingħata biss jekk il-faċilità:

- tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kodiċi Konġunt tal-FAO/WHO ta' Prattika Internazzjonali Codex Alimentarius Irrikmandat mill-Kummissjoni għat-tħaddim tal-faċilitajiet ta' irradjazzjoni użati għat-trattament ta' l-ikel (referenza FAO/WHO/CAC, vol.XV edizzjoni 1), u kwalunkwe rekwiżiti supplimentari li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4);

- tinnomina persuna responsabbli għall-osservanza tal-kondizzjonijiet kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċess.";

3. fl-Artikolu 8(3), il-kliem "l-Artikolu 12" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "l-Artikolu 12(2)";

4. fl-Artikolu 9(2), il-punt (a), l-ewwel subparagrafu, il-kliem "l-Artikolu 12" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "l-Artikolu 12(2)";

5. l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.';

6. fl-Artikolu 14(2), il-kliem "l-Artikolu 12" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "l-Artikolu 12(2)";

7. fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-adattamenti ta' din id-Direttiva jew tad-Direttiva implimentattiva jistgħu jsiru mill-Kummissjoni biss sal-punt neċessarju biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u għandhom f'kull każ ikunu limitati għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet kif paragunati mas-sitwazzjoni legali ta' qabel. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(5).".

8.4. Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel [51]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/46/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadotta regoli speċifiċi għall-vitamini u l-minerali użati bħala supplimenti ta' l-ikel, inkluż sabiex tistabbilixxi valuri speċifiċi għal livelli massimi u minimi għall-vitamini u l-minerali preżenti fis-supplimenti ta' l-ikel kif ukoll il-kriterji ta' purità tagħhom. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/46/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, ma jkunx possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' miżura li tipprojbixxi l-użu ta' vitamina jew ta' mineral li l-użu tagħhom kien awtorizzat qabel.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/46/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-kriterji għall-purità għas-sustanzi elenkati fl-Anness II ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, ħlief fejn japplikaw skond il-paragrafu 3. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";

2. fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-modifiki fil-listi msemmija fil-paragrafu 1, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4) sabiex tneħħi vitamina jew mineral mil-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.";

3. fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"4. L-ammonti massimi u minimi ta' vitamini u minerali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";

4. fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jkunu meħtieġa adattamenti għal din id-Direttiva jew għall-implementazzjoni ta' l-atti tal-Komunità sabiex jirrimedjaw id-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u sabiex jassiguraw il-protezzjoni tas-saħħa umana, hija għandha tadotta dawk l-emendi. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4) bil-għan li tadotta dawk l-adattamenti. L-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' sigurtà jista', f'dak il-każ, iżomm fis-seħħ miżuri bħal dawn sa meta ssir l-adozzjoni ta' l-adattamenti.";

5. l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

9. L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

9.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas- 16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma [53]

Fir-rigward tad-Direttiva 91/672/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-lista taċ-ċertifikati tal-boatmasters għall-ġarr ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 91/672/KEE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/672/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadatta l-lista taċ-ċertifikati li jidhru fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).";

2. l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

9.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat- 22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar [54]

Fir-rigward tad-Direttiva 92/75/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex iżżid tipi oħrajn ta' apparat tad-dar mal-lista fl-Artikolu 1(1) tagħha u sabiex tadotta miżuri dwar it-tipi elenkati ta' apparat tad-dar. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 92/75/KEE, billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 92/75/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 1 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Jistgħu jiġu miżjuda tipi oħra ta' apparat tad-dar mal-lista f'dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).";

2. l-Artikolu 2 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Id-dettalji dwar it-tikketta u l-fiche għandhom jiġu definiti b'Direttivi relatati ma' kull tip ta' apparat adottat skond din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10 (2).";

3. l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tadotta, u tadatta għall-progress tekniku, miżuri relatati ma' l-istabbiliment u t-tħaddim ta' l-iskema permezz ta' Direttivi implimentattivi u permezz ta' żjieda ta' aktar apparati tad-dar fil-lista stabbilita fl-Artikolu 1(1) fejn ikun probabbli li jiġi frankat ammont sinifikanti ta' enerġija.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).";

4. l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 10

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

9.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat- 23 Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni fil-Komunità [55]

Fir-rigward tad-Direttiva 96/50/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-forma taċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjes u għall-iżviluppi fir-rigward ta' l-għarfien professjonali meħtieġ għall-ħruġ taċ-ċertifikat. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/50/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 96/50/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Il-Kummissjoni tista' tieħu l-passi neċessarji bil-għan li tadatta l-forma taċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjes fl-Anness I għall-iżviluppi fir-rigward ta' l-għarfien professjonali meħtieġ għall-ħrug taċ-ċertifikat u speċifikat fl-Anness II. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan l-att, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).";

2. l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/672/KEE.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

9.4. Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat- 18 ta' Ġunju ta' l-1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità [56]

Fir-rigward tad-Direttiva 98/41/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta ċerti dispożizzjonijiet, mingħajr ma jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, sabiex jittieħed kont tal-emendi tal-Konvenzjoni SOLAS li jirrigwardjaw is-sistemi ta' reġistrazzjoni li jkunu daħlu fis-seħħ wara. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 98/41/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 98/41/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-kliem "Artikolu 13" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Artikolu 13(2)".

(b) fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, il-kliem "Artikolu 13" għandu jiġi sostitwit bil-kliem "Artikolu 13(2)";

2. fl-Artikolu 12, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-emendar tal-Konvenzjoni SOLAS, din id-Direttiva tista' tkun emendata sabiex tassigura l-applikazzjoni, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u mingħajr ma jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha, ta' emendi għall-Konvenzjoni SOLAS li jirrigwardjaw is-sistemi ta' reġistrazzjoni li jkunu daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva. Il-miżuri li Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";

3. l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [], b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

9.5. Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija [58]

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/59/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Annessi tagħha, id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(b) u r-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u ta' l-IMO u biex tadatta l-Annessi sabiex jittejjeb ir-reġim stabbilit bid-Direttiva 2000/59/KE u jitqiesu l-miżuri tal-Kummissjoni u ta' l-IMO li jidħlu fis-seħħ wara, u b'hekk tkun assigurata l-implimentazzjoni armonizzata tagħhom. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/59/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/59/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 14

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibhra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.;

2. l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15

Proċedura emendatorja

L-Annessi ta' din id-Direttiva, id-definizzjoni fl-Artikolu 2(b) u r-referenzi għall-istrumenti Komunitarji u ta' l-IMO jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni sabiex jinġiebu f'linja waħda mal-miżuri Komunitarji jew ta' l-IMO li jkunu daħlu fis-seħħ, sakemm b'dawn l-emendi ma jiġix estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Barra minn hekk, l-Annessi ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni meta dan ikun meħtieġ biex jittejjeb ir-reġim stabbilit b'din id-Direttiva, sa fejn dawn l-emendi ma jestendux il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

L-emendi ta' l-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva billi jiġi applikat l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.".

9.6. Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa [60]

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/96/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta ċerti definizzjonijiet, ir-referenzi għall-konvenzjonijiet internazzjonali u l-kodifiki tar-Riżoluzzjonijiet ta' l-IMO u ċ-Ċirkolarijiet, ir-referenzi għan-normi ta' l-ISO, ir-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u l-Annessi tagħhom, sabiex jiġu implimentati l-proċeduri stabbiliti bid-Direttiva u tkun assigurata l-konformità ma' l-istrumenti internazzjonali u Komunitarji li jkunu ġew adottati, emendati jew miġjuba fis-seħħ wara li tkun daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2001/96/KE, sakemm b'dan ma jiġix estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li temenda l-proċeduri ta' bejn il-bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa u t-terminals kif ukoll l-obbligazzjonijiet tar-rapportaġġ. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/96/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2001/96/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 14

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.;

2. fl-Artikolu 15, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"1. Id-definizzjonijiet fil-punti minn 1 sa 6 u minn 15 sa 18 ta' l-Artikolu 3, ir-referenzi għall-konvenzjonijiet internazzjonali u l-kodifiki tar-Riżoluzzjonijiet ta' l-IMO u ċ-Ċirkolarijiet, ir-referenzi għan-normi ta' l-ISO, ir-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u l-Annessi, jistgħu jiġu emendati biex jinġiebu konformi ma' l-istrumenti internazzjonali u Komunitarji li jkunu ġew adottati, emendati jew miġjuba fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm b'dan ma jiġix estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

2. Il-Kummissjoni tista' temenda l-Artikolu 8 u l-Annessi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva, kif ukoll temenda jew tħassar l-obbligazzjonijiet tar-rapportaġġ imsemmija fl-Artikoli 11(2) u 12, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma jestendux il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).".

9.7. Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità [62]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/6/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-listi ta' formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti, il-firmatarji, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll il-mudelli tal-formoli FAL ta' l-II IMO. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadatta r-referenzi għall-istrumenti ta' l-IMO biex id-Diretiva 2002/6/KE tinġieb konformement mal-miżuri tal-Komunità jew ta' l-IMO. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/6/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/6/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 5

Proċedura emendatorja

Il-miżuri li jadattaw l-Annessi I u II ta' din id-Direttiva u tar-referenzi għall-istrumenti ta' l-IMO biex jinġiebu konformement mal-miżuri tal-Komunità jew ta' l-IMO li daħlu fis-seħħ għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(2).";

2. l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 6

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha..

9.8. Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruportijiet tal-Komunità [64]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/30/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-lista ta' ajruportijiet fl-ibliet fl-Anness I. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/30/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/30/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-punt (b), għandha titħassar l-aħħar sentenza.

(b) għandu jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Anness I. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).";

2. fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

9.9. Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini [65]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/91/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadatta għall-progress tekniku ċerti partijiet tal-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness ta' dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/91/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/91/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jadottaw metodoloġija, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, għal kalkolu tal-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini fuq il-bażi tal-qafas ġenerali speċifikat fl-Anness ma' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness għall-progress tekniku, filwaqt li tqis l-istandards jew normi applikati fil-liġi nazzjonali. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).";

2. fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-adattamenti tal-punti 1 u 2 ta' l-Anness ma' din id-Direttiva għall-progress tekniku, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).";

3. l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 14

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

9.10. Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 ta' April 2003 dwar ħtiġiet speċifici ta' stabbiltà għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro [66]

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-ħtiġiet speċifiċi ta' stabbiltà u l-linji gwida intenzjonati għall-amministrazzjonijiet nazzjonali sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u, b'mod partikolari dak ta' l-IMO, kif ukoll tiżdied l-effiċjenza tad-Direttiva fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba u l-progress teknoloġiku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 10

Adattamenti

L-Annessi ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari dak ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjoni (IMO), kif ukoll tiżdied l-effiċjenza ta' din id-Direttiva fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba u l-progress teknoloġiku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).";

2. l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS), imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

9.11. Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri. [68]

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/59/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadatta l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/59/KE, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/59/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Adattament għal progress xjentifiku u tekniku

L-adattamenti ta' l-Annessi I u II għall-progress xjentifiku u tekniku, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(2).";

2. l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

9.12. Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani [69]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 785/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-ammonti relatati mal-kopertura tar-responsabbiltà fir-rigward tal-passiġġieri, tal-bagalji, u tat-trasport tal-merkanzija u l-ammonti relatati mal-kopertura tar-responsabbiltà fir-rigward ta' terzi persuni. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 785/2004, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu adattati, skond il-ħtieġa, jekk dan ikun meħtieġ minħabba emendi tat-trattati internazzjonali rilevanti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).";

2. fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu adattati, skond il-ħtieġa, jekk dan ikun meħtieġ tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).";

3. fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

9.13. Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità [70]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Anness li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet għall-amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi internazzjonali dwar l-amministrazzjoni tas-sigurtà. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 336/2006, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 jiġi b'dan emendat kif ġej:

1. il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Adattamenti ta' l-Anness II, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).";

2. l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) imwaqqaf mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [].

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha..

9.14. Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija [72]

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/32/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b'mod partikolari sabiex tadatta ċerti valuri u metodi ta' kalkolu għall-progress tekniku; sabiex tirfina u tikkomplementa l-qafas ġenerali għall-kejl u l-verifika ta' l-iffrankar ta' l-enerġija; sabiex tgħolli l-persentaġġ ta' kalkoli axxendenti armonizzati użati fil-mudell ta' kalkolu armonizzat; u sabiex tiżviluppa sett ta' indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u ta' punti ta' referenza. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/32/KE, inter alia jissupplimentawha elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/32/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1. l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15

Reviżjoni u adattament għall-progress tekniku

1. Il-valuri u l-metodi ta' kalkolu msemmija fl-Annessi II sa V ma' din id-Direttiva għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

2. Qabel l- 1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tkompli tirfina u tikkomplementa kif meħtieġ il-punti 2 sa 6 ta' l-Anness IV, filwaqt li tirrispetta l-qafas ġenerali stabbilit f'dak l-Anness. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi, fost affarijiet oħrajn, iżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

3. Qabel l- 1 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni għandha tgħolli l-persentaġġ ta' kalkoli axxendenti armonizzati użati fil-mudell ta' kalkolu armonizzat imsemmi fil-punt 1 ta' l-Anness IV, mingħajr preġudizzju għall-iskemi nazzjonali li diġà jagħmlu użu minn persentaġġ ogħla. Din il-miżura, li tfasslet sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3). Il-mudell ġdid ta' kalkolu armonizzat b'persentaġġ sinifikattivament ogħla ta' kalkoli axxendenti jibda jintuża l-ewwel darba fl- 1 ta' Jannar 2012.

Kull fejn ikun prattiku u possibbli, il-kejl totali ta' kemm ikun ġie frankat matul il-perjodu totali ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jsir b'dan il-mudell ġdid ta' kalkolu armonizzat msemmi fl-ewwel subparagrafu, mingħajr preġudizzju għal dawk l-iskemi nazzjonali li jużaw persentaġġ ogħla ta' kalkoli axxendenti.

4. Sa mhux aktar tard mill- 1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa sett ta' indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u ta' punti ta' referenza bbażati fuqhom, billi tikkunsidra data disponibbli jew data li trid tinġabar b'mod li jkun ekonomikament effettiv għal kull Stat Membru. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3). Sabiex jiġu żviluppati dawn l-indikaturi armonizzati ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u dawn il-punti ta' referenza, il-Kummissjoni għandha tuża bħala gwida ta' referenza l-lista indikattiva stabbilita fl-Anness V. L-Istati Membri gradwalment jintegraw dawn l-indikaturi u l-punti ta' referenza fid-data ta' statistika inkluża fl-EEAPs tagħhom, kif imsemmija fl-Artikolu 14, u jużawhom bħala għodda għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiddeċiedu fuq l-oqsma ta' prijorità futuri fl-EEAPs.

Sa mhux aktar tard mis- 17 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fuq il-progress li jkun sar biex jiġu stabbiliti indikaturi u punti ta' referenza.";

2. l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 16

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.".

[1] ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.

[**] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1."

[3] ĠU L 197, 3.8.2000, p. 19.

[****] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1."

[5] ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

[6] ĠU L 113, 30.4.1992, p. 19.

[7] ĠU L 177, 6.7.2002, p. 13.

[8] ĠU L 42, 15.2.2003, p. 38.

[9] ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1.

[10] ĠU L 114, 27.4.2006, p. 38.

[11] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 153.

[12] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

[] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1."

[14] ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.

[15] ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

[16] ĠU L 200, 30.7.1999 p. 1.

[] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1."

[18] ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1.

[19] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

[20] ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.

[21] ĠU L 31, 5.2.1976, p. 1.

[22] ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

[23] ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

[24] ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24.

[25] ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

[26] ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

[27] ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.

[28] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

[29] ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

[30] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

[31] ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

[32] ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

[33] ĠU L 264, 25.9.2006, p. 20.

[34] ĠU L 376, 27.12.2006, p. 14.

[35] ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1.

[36] ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.

[37] ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

[38] ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.

[39] ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1.

[40] ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.

[41] ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23.

[42] ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22.

[43] ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

[44] ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1.

[] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.".

[46] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

[47] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34.

[48] ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.

[49] ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.

[] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1."

[51] ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

[] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1."

[53] ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.

[54] ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

[55] ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31.

[56] ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.

[] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23."

[58] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81.

[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1."

[60] ĠU L 13, 16.1.2002, p. 9.

[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1."

[62] ĠU L 67, 9.3.2002, p. 31.

[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1."

[64] ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.

[65] ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

[66] ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22.

[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1."

[68] ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

[69] ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1.

[70] ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.

[] ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1."

[72] ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

--------------------------------------------------

Indiċi kronoloġiku

(1) Id-Direttiva tal-Kunsil 76/160/KEE tat- 8 ta' Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta' l-ilma għall-għawm

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE tas- 27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet għal tankijiet taħt pressjoni u metodi ta' l-ispezzjoni tagħhom

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KE tal- 21 ta' Diċembru, 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti ta' l-ikel iffriżati malajr għal konsum mill-bniedem

(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat- 12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol

(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta' l- 24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel

(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi

(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat- 12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas- 16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma

(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal- 31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti

(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat- 22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar

(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal- 15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità

(13) Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni

(14) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE ta' l- 20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz

(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat- 23 ta' Novembru 1995 dwar il-ġbir ta' l-informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu

(16) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat- 23 Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni fil-Komunità

(17) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad- 9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi

(18) Id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessut

(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat- 18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità

(20) Id-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Frar 1999 li għandha x'taqsam ma' l-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra

(21) Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet f'dak li jikkonċerna l-ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza

(22) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas- 26 ta' April ta' l-1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma

(23) Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi

(24) Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi

(25) Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda

(26) Id-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(27) Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija

(28) Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart

(29) Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b'sigurtà ta' bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa

(30) Id-Direttiva 2002/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2002 dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità

(31) Id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

(32) Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruportijiet tal-Komunità

(33) Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU

(34) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel

(35) Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

(36) Id-Direttiva 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni) (is-sittax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(37) Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini

(38) Ir-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (Is-Sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(39) Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

(40) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS)

(41) Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (UE-SILC)

(42) Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru tas- 26 ta' Mejju, 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi

(43) Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri

(44) Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE

(45) Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE

(46) Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni

(47) Id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 dwar l-istrumenti tal-kejl

(48) Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta' l-espożizzjoni ta' ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(49) Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontabilità ekonomika għall-agrikolutra fil-Komunità

(50) Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani

(51) Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani

(52) Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta' kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skond is-settur istituzzjonali

(53) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta' Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali

(54) Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità

(55) Id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (id-19-il Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(56) Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija

(57) Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati

(58) Id-Direttiva 2006/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut

(59) Id-Direttiva 2006/113/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 dwar il-kwalità meħtieġa ghall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet