Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 867/2008 tat- 3 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta’ ħidma tagħhom u l-finanzjament ta’ dawn
ĠU L 237, 4.9.2008, p. 5–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 867/2008
tat- 3 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta’ ħidma tagħhom u l-finanzjament ta’ dawn
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [1], b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 103(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) Skond l-Artikolu 201(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad- 29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 [2] għandhom jitħassru b’effett mill- 1 ta’ Lulju 2008. Minħabba d-diversi referenzi għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2080/2005 [3], li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 865/2004, u fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalizzazzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 2080/2005 għandu jitħassar u jinbidel b’Regolament ġdid li jispeċifika l-bażi legali l-ġdida u jkun fih referenza għad-dispożizzjonijiet bażiċi korretti. Ir-Regolament il-ġdid għandu jinkludi wkoll ċerti emendi meqjusin bħala meħtieġa wara l-esperjenza li nkisbet matul is-sentejn ta’ implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma.
(2) Sabiex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet approvati tal-operaturi jkunu effettivi, l-approvazzjoni għandha tkun relatata mal-kategoriji differenti ta’ operaturi li għandhom impatt maġġuri fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa jew f’dak taż-żebbuġ tal-mejda, filwaqt li għandu jiġi żgurat li dawk l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jiggarantixxu l-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet minimi li jkunu biżżejjed sabiex jinkisbu riżultati li jkunu ekonomikament sinjifikanti.
(3) Sabiex l-Istati Membri produtturi jkunu jistgħu jimplimentaw il-ġestjoni amministrattiva tas-sistema tal-organizzazzjonijiet approvati tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri u l-iskadenzi għall-approvazzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, il-kriterji għall-għażla tal-programmi ta’ ħidma tagħhom, l-arranġamenti sabiex jitħallas il-finanzjament Komunitarju, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ dawn.
(4) Skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 [4], li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, l-Istati Membri jistgħu jiġbru sa 10 % tal-komponent taż-żejt taż-żebbuġa fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41 tiegħu sabiex ifornu l-finanzjament Komunitarju għall-programmi ta’ ħidma mfassla mill-organizzazzjonijiet approvati tal-operaturi f’wieħed mill-oqsma jew aktar imsemmija fl-Artikolu 103(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(5) Skond ir-regoli komuni dwar il-finanzjament ta’ skemi ta’ appoġġ dirett, u sabiex l-ammonti disponibbli jkunu jistgħu jintużaw mill-Istat Membru, in-nefqa annwali maħsuba għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma m’għandhiex taqbeż l-ammonti annwali miżmuma mill-Istati Membri skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
(6) Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ġenerali bejn l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet approvati tal-operaturi, għandhom jiġu stabbiliti dawk it-tipi ta’ miżuri li huma eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju u dawk li mhumiex eliġibbli. L-arranġamenti għas-sottomissjoni tal-programmi u l-kriterji tal-għażla għal dawk il-programmi għandhom ikunu stabbilti wkoll. Minħabba l-effiċjenza msaħħa tat-teknoloġija moderna, jixraq li jitqiesu bħala eliġibbli, it-titjib fil-ħażna jew fl-ipproċessar li wkoll jistgħu jirriżultaw f’żieda indiretta fil-kapaċità. L-Istati Membri kkonċernati għandhom, madankollu, jitħallew sabiex jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-eliġibbiltà sabiex jadattaw miżuri sabiex ikunu iktar qrib is-sitwazzjoni nazzjonali fis-settur taż-żebbuġ.
(7) Fid-dawl tal-esperjenza, il-limiti tal-finanzjament Komunitarju għandhom jiġu ffissati mill-inqas fir-rigward tat-titjib tal-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni u t-traċċabbiltà taż-żebbuġ, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni, taħt l-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, b’kontroll tal-kwalità fuq iż-żjut taż-żebbuġa li jinbiegħu lill-konsumatur finali, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ mill-inqas ċertu numru ta’ miżuri f’oqsma ta’ prijorità sensittivi. Sabiex tiġi kkunsidrata l-esperjenza li nkisbet, il-limitu rilevanti ħalli jitjieb l-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġa għandu jiġi adattat sabiex jirrifletti l-evoluzzjoni f’dan il-qasam. Minħabba l-programmi ta’ ħidma kkonċernati u sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom, jixraq li jiġi previst perċentwal miżjud ta’ spejjeż indiretti.
(8) Sabiex jiġi żgurat li l-programmi ta’ ħidma jiġu implimentati fil-perjodi stabbiliti u skond l-Artikolu 103(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni amministrattiva tas-sistema tal-organizzazzjonijiet approvati tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-applikazzjoni għall-approvazzjoni, kif ukoll l-għażla u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma. Għall-għażla tal-programmi ta’ ħidma, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-valutazzjoni tal-programmi mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2002 tat- 23 ta’ Lulju 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 [5] dwar il-programmi tax-xogħol ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ għas-snin tas-suq 2002/03, 2003/04 u 2004/05 u tar-Regolament (KE) Nru 2080/2005.
(9) Sabiex jiġi garantit it-twettiq tajjeb u komplut tal-programmi ta’ ħidma approvati, huwa importanti li jiżdied l-ammont tal-garanzija tal-bank marbuta mal-approvazzjoni tal-applikazzjoni, u li r-rilaxx ta’ dan jitħalla biss wara li jkun tlesta b’suċċess il-programm ta’ ħidma kollu.
(10) Sabiex isir użu korrett mill-finanzjament disponibbli mill-Istati Membri, għandu jiġi pprovdut li ssir emenda annwali fil-programmi ta’ ħidma approvati għas-sena ta’ wara, sabiex jiġu kkunsidrati kwalunkwe bidliet ġustifikati kif jixraq mill-kundizzjonijiet tal-bidu. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jemendaw il-programmi ta’ ħidma u jqassmu mill-ġdid l-ammonti allokati mingħajr ma jaqbżu l-ammonti annwali miżmuma mill-Istati Membri produtturi skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Fil-każ ta’ emendi fi programm li jkunu meħtieġa mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi, u sabiex ikun hemm flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-programmi ta’ ħidma, jixraq li jiqsar iż-żmien tal-avviż bil-quddiem li għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti.
(11) Sabiex ix-xogħol jibda fi żmien tajjeb, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom jirċievu massimu ta’ 90 % bil-quddiem l-infiq annwali li jkun eliġibbli għall-programm ta’ ħidma approvat, soġġett għad-depożitu ta’ garanzija skond it-termini stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat- 22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għal prodotti agrikoli [6]. Biex ikun faċilitat u mħaffef it-twettiq tal-programmi ta’ ħidma, jixraq li tiġi stabbilita distribuzzjoni aktar bilanċjata tal-ammont tal-ħlas antiċipat.
(12) Sabiex jiżdied l-impatt ġenerali tal-programmi tax-xogħol li saru fil-qasam tas-segwitu tas-suq u tal-ġestjoni amministrattiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u f’dak taż-żebbuġ tal-mejda, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi u l-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-riżultati tal-miżuri meħuda għal dawn fuq is-siti tal-internet tagħhom.
(13) Għall-finijiet ta’ ġestjoni xierqa tar-regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ, l-Istati Membri kkonċernati għandhom ifasslu pjan ta’ kontroll u jispeċifikaw sistema ta’ penali għal kwalunkwe irregolarità li tkun saret. Għandu jkun hemm ukoll provvediment għall-organizzazzjonijiet tal-operaturi sabiex jinnotifikaw ir-riżultati tax-xogħol tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Istat Membru kkonċernat u sabiex jittrażmettu dawk ir-riżultati lill-Kummissjoni. Minħabba d-data tal-għeluq mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi sabiex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tal-finanzjament tagħhom u sabiex l-Istati Membri jikkonkludu l-verifiki meħtieġa, għandha tiġi ffissata data tal-għeluq ġdida għall-komunikazzjoni min-naħa tal-Istati Membri.
(14) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Ambitu
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 103 u 125 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ operaturi, il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju, l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma, u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma li jkunu ġew approvati.
Artikolu 2
Il-kundizzjonijiet sabiex jiġu approvati l-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ
1. L-Istati Membri għandhom japprovaw l-organizzazzjonijiet tal-operaturi eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju tal-programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu magħmula esklussivament mill-produtturi taż-żebbuġ li mhumiex membri ta’ xi organizzazzjoni ta’ produtturi approvata oħra;
(b) l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu magħmulin esklussivament minn organizzazzjonijiet approvati ta’ produtturi li ma jiffurmawx parti minn assoċjazzjoni approvata oħra ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi;
(c) l-organizzazzjonijiet tal-operaturi l-oħra għandhom ikunu magħmulin esklussivament minn operaturi fis-settur taż-żebbuġ li ma jiffurmawx parti minn organizzazzjoni approvata oħra ta’ operaturi;
(d) l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom ifornu rappreżentazzjoni wiesgħa u bbilanċjata tal-attivitajiet ekonomiċi kollha marbuta mal-produzzjoni u l-ipproċessar ta’, u l-kummerċ fiż-żejt taż-żebbuġa u/jew fiż-żebbuġ tal-mejda;
(e) l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom ikunu f’pożizzjoni li jissottomettu programm ta’ ħidma għal mill-inqas qasam wieħed tal-miżuri msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);
(f) l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom ikunu responsabbli għall-verifiki previsti fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.
3. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni li jkunu ġew sottomessi mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari dawn l-aspetti li ġejjin:
(a) il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taż-żebbuġ f’kull żona reġjonali definita mill-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem iż-żona reġjonali);
(b) l-interessi tal-konsumatur u l-bilanċ tas-suq;
(c) it-titjib fil-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda;
(d) valutazzjoni tal-effiċjenza tal-programmi ta’ ħidma li jkunu ġew sottomessi.
Artikolu 3
Il-proċedura għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ
1. Għall-finijiet tal-approvazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ għandhom jissottomettu, sad-data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, applikazzjoni li turi li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2).
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha ssir skond il-mudell fornut mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru sabiex din tkun tista’ tissorvelja l-konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(2). Din għandha tinkludi elementi li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ kull membru tal-organizzazzjoni tal-operaturi.
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma approvat, l-organizzazzjoni tal-operaturi għandha tiġi approvata mill-Istat Membru u għandha tirċievi numru tal-approvazzjoni.
3. L-approvazzjoni tiġi rifjutata, sospiża jew irtirata immedjatament jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).
4. Minkejja dan, l-organizzazzjoni tal-operaturi għandha żżomm id-drittijiet li jiddevolvu mill-approvazzjoni tagħha sakemm l-approvazzjoni tagħha tiġi rtirata, sakemm din tkun aġixxiet b’bona fide fir-rigward tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).
Fejn l-approvazzjoni tiġi rtirata minħabba li l-organizzazzjoni tal-operaturi tkun naqset deliberatament jew bħala riżultat ta’ negliġenza serja milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2), id-deċiżjoni li tiġi rtirata l-approvazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha, il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ma jibqgħux jiġu ssodisfati.
5. L-approvazzjoni tiġi rifjutata, sospiża jew irtirata immedjatament jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi:
(a) tkun ġiet penalizzata talli kisret l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni prevista fir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [7] fis-snin ta’ negozju 2002/03 sa 2004/05,
(b) tkun ġiet penalizzata talli kisret l-iskema għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi prevista fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1638/98 [8] fis-snin ta’ negozju 2002/03 sa 2004/05.
6. L-organizzazzjonijiet tal-operaturi li jkunu ġew approvati mill-Istat Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1334/2002 u/jew ikunu rċevew finanzjament għall-programmi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-snin ta’ negozju mill-2002/03 sa l-2004/05 jistgħu jitqiesu approvati skond dan ir-Regolament jekk dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).
Artikolu 4
Il-finanzjament Komunitarju
1. Il-finanzjament Komunitarju annwali għall-programmi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandu jingħata sa l-ammont miżmum skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-nefqa annwali għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati ma tkunx taqbeż l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finanzjament Komunitarju jiġi allokat b’mod proporzjonat matul il-perjodu previst fl-Artikolu 8(1).
Artikolu 5
Il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju
1. Il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skond l-Artikolu 103(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (minn hawn 'il quddiem imsejħin "il-miżuri eliġibbli") għandhom ikunu kif ġej:
(a) fil-qasam tas-segwitu tas-suq u l-ġestjoni amministrattiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda:
(i) il-ġbir ta’ data dwar is-settur u s-suq, skond l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-metodu, ir-rappreżentattività ġeografika u l-preċiżjoni stabbiliti mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
(ii) it-tfassil ta’ studji, b’mod partikolari dwar suġġetti relatati mal-attivitajiet l-oħra previsti fil-programm ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi kkonċernati;
(b) fil-qasam biex jitjiebu l-impatti ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ:
(i) operazzjonijiet kollettivi sabiex l-imsaġar taż-żebbuġ b’valur ambjentali għoli u li huma f’riskju ta’ abbandun jiġu mħarsa, b’mod konformi mal-kundizzjonijiet speċifikati u fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, mill-awtorità nazzjonali kompetenti, b’mod partikolari fejn jikkonċerna ż-żoni reġjonali li jistgħu jkunu eliġibbli kif ukoll il-qasam u n-numru minimu ta’ produtturi taż-żejt taż-żebbuġa li jridu jiġu involuti sabiex l-operazzjonijiet ikkonċernati jagħmluhom tassew effettivi;
(ii) jiżviluppaw prattika agrikola tajba fil-kultivazzjoni taż-żebbuġ, ibbażata fuq kriterji ambjentali adattati għall-kundizzjonijiet lokali, id-disseminazzjoni tagħha fost dawk li jikkultivaw iż-żebbuġ u li tiġi segwita l-applikazzjoni tagħha;
(iii) dimostrazzjonijiet prattiċi ta’ alternattivi għall-produtturi kimiċi sabiex id-dubbiena taż-żebbuġ tiġi kkontrollata;
(iv) dimostrazzjonijiet prattiċi ta’ tekniki tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ adattati għall-protezzjoni ambjentali u għall-amministrazzjoni tal-kampanja, bħalma huma l-biedja organika, il-biedja b’użu mill-inqas ta’ prodotti miżjuda, il-biedja integrata, eċċ.;
(v) iżidu data ambjentali fis-sistema ta’ informazzjoni ġeografika għall-kultivazzjoni taż-żebbuġ (il-GIS taż-żebbuġ) imsemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;
(c) fil-qasam sabiex titjieb il-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda:
(i) itejbu l-kundizzjonijiet tat-tkabbir, b’mod partikolari billi jikkontrollaw id-dubbiena taż-żebbuġ, tal-ħsad, tal-kunsinna u tal-ħażna taż-żebbuġ qabel l-ipproċessar, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
(ii) it-titjib tal-varjetà tal-imsaġar taż-żebbuġ fi proprjetajiet differenti, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-programmi ta’ ħidma;
(iii) itejbu l-kundizzjonijiet għall-ħażna u l-użu tar-residwi taż-żejt taż-żebbuġa u l-produzzjoni taż-żebbuġ tal-mejda;
(iv) għajnuna teknika lill-industrija tal-ipproċessar taż-żejt taż-żebbuġa li tkopri aspetti marbuta mal-kwalità tal-prodotti;
(v) jistabbilixxu u jtejbu l-laboratorji għall-analiżi taż-żjut verġni taż-żebbuġa;
(vi) it-taħriġ ta’ tasters sabiex isiru verifiki organolettiċi dwar iż-żjut taż-żebbuġa verġni;
(d) fil-qasam tat-traċċabbiltà, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni, taħt l-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda permezz ta’ kontroll tal-kwalità fuq iż-żjut taż-żebbuġa li jinbiegħu lill-konsumatur finali:
(i) jistabbilixxu u jmexxu sistemi li jippermettu li l-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati sal-kabbara taż-żebbuġ permezz tal-ippakkjar u l-ittikkettjar użat, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
(ii) jistabbilixxu u jmexxu sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità, ibbażati fuq sistema ta’ analiżi tar-riskju u verifiki rigward punti kritiċi, li jkunu konformi mal-kriterji tekniċi adottati mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
(iii) jistabbilixxu u jmexxu sistemi sabiex jissorveljaw il-konformità man-normi li jikkonfermaw l-awtentiċità, il-kwalità u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda li jitpoġġew fis-suq, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
(e) fil-qasam tat-tixrid tal-informazzjoni dwar il-miżuri mwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi sabiex itejbu l-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda:
(i) ixerrdu l-informazzjoni dwar ix-xogħol li jkun sar mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi fl-oqsma msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d);
(ii) jistabbilixxu u jżommu sit tal-internet rigward il-miżuri li jkunu ttieħdu mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi fl-oqsma msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d).
Rigward il-miżuri previsti fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru dispożizzjonijiet xierqa sabiex jirkupraw l-investiment jew il-valur residwu tiegħu jekk membru jiġi li jħalli l-organizzazzjoni tal-operaturi.
2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw kundizzjonijiet oħra li jispeċifikaw il-miżuri eliġibbli, sakemm dawn ma jirrendux impossibbli l-preżentazzjoni jew l-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 6
L-allokazzjoni tal-finanzjament Komunitarju
F’kull Stat Membru perċentwal minimu ta’ 25 % tal-finanzjament Komunitarju disponibbli skond l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi allokat għall-qasam imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), filwaqt li perċentwal minimu ta’ 12 % ta’ dak il-finanzjament Komunitarju għandu jiġi allokat għall-qasam imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1).
Jekk il-perċentwal minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx jista’ jintuża b’mod sħiħ fl-oqsma ta’ miżuri msemmija fih, l-ammonti mhux użati ma jistgħux jiġu allokati għall-oqsma l-oħra ta’ miżuri, iżda għandhom imorru lura fil-baġit Komunitarju.
Artikolu 7
Attivitajiet u spejjeż li mhumiex eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju
1. L-attivitajiet li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skond l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007:
(a) attivitajiet li jirċievu finanzjament Komunitarju għajr dak previst fl-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;
(b) attivitajiet immirati lejn żjieda diretta fil-produzzjoni, fil-ħażna jew fil-kapaċità tal-ipproċessar;
(c) attivitajiet marbuta max-xiri jew mal-ħażna ta’ żejt taż-żebbuġa jew żebbuġ tal-mejda jew li jkollhom impatt fuq il-prezzijiet tagħhom;
(d) attivitajiet marbuta mal-promozzjoni kummerċjali taż-żejt taż-żebbuġa jew taż-żebbuġ tal-mejda;
(e) attivitajiet marbuta mar-riċerka xjentifika;
(f) attivitajiet li jistgħu jgħawwġu l-kompetizzjoni fl-attivitajiet ekonomiċi l-oħra tal-organizzazzjoni tal-operaturi.
2. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-paragrafu 1(a), l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom jiddikjaraw bil-miktub, f’isimhom jew f’isem il-membri tagħhom, li jirrifjutaw kwalunkwe finanzjament taħt skema ta’ għajnuna Komunitarja jew nazzjonali oħra għal miżuri li huma attwalment iffinanzjati skond l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
3. Fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 5, l-ispejjeż li jsiru minħabba dawn li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju:
(a) ir-rimborż (inkluż fil-forma ta’ ħlasijiet annwali) ta’ self li jkun ittieħed għal miżura li tkun twettqet b’mod sħiħ jew parzjali qabel il-bidu tal-programm ta’ ħidma;
(b) il-ħlasijiet lill-operaturi li jipparteċipaw f’laqgħat u fi programmi ta’ taħriġ, sabiex jikkumpensaw għat-telf fid-dħul;
(c) in-nefqa relatata ma’ spejjeż amministrattivi u tal-persunal li tkun saret mill-Istati Membri u mill-benefiċjarji tal-għajnuna mill-FAEG;
(d) ix-xiri ta’ art li ma tkunx ġiet żviluppata;
(e) ix-xiri ta’ tagħmir użat;
(f) in-nefqa marbuta ma’ kuntratti ta’ kera, inklużi t-taxxi, l-ispejjeż tal-interessi u tal-assigurazzjoni;
(g) il-kiri bħala alternattiva għax-xiri, u l-ispejjeż tal-operat tal-oġġetti mikrija.
4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw kundizzjonijiet addizzjonali billi jagħtu aktar dettalji dwar l-attivitajiet u l-ispejjeż li mhumiex eliġibbli msemmija fil-paragrafi 1 u 3.
Artikolu 8
Il-programmi ta’ ħidma u l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni
1. Il-programmi ta’ ħidma eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skond l-Artikolu 103(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitwettqu matul perjodu massimu ta’ tliet snin. L-ewwel perjodu għandu jibda fl- 1 ta’ April 2006. Il-perjodi ta’ wara għandhom jibdew kull tliet snin mill-1 ta’ April.
2. Kull organizzazzjoni ta’ operaturi approvata taħt dan ir-Regolament tista’ tissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ programm ta’ ħidma wieħed sa data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru iżda sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena.
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkun fiha dawn l-elementi li ġejjin:
(a) id-dettalji tal-organizzazzjoni tal-operaturi kkonċernata;
(b) informazjoni dwar il-kriterji tal-għażla previsti fl-Artikolu 9(1);
(c) deskrizzjoni u ġustifikazzjoni dwar kull miżura proposta, u orarju;
(d) in-nefqa ppjanata, maqsuma skond il-miżura u skond il-qasam tal-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 5, bid-dettalji għal kull perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma, fejn tiddistingwi bejn l-ispejjeż indiretti, li ma jistgħux jaqbżu s-7 % tat-total, u t-tipi ewlenin l-oħra ta’ spejjeż;
(e) il-pjan tal-finanzjament skond il-qasam tal-miżuri msemmi fl-Artikolu 5, bid-dettalji għal kull perjodu massimu ta’ 12-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma, li jindika b’mod partikolari l-finanzjament Komunitarju mitlub u, fejn jixraq, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-operaturi u l-kontribuzzjoni nazzjonali;
(f) id-deskrizzjoni tal-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi tal-effiċjenza li jippermettu l-valutazzjoni interim waqt l-implimentazzjoni, u l-valutazzjoni ex post tal-programm fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Istat Membru;
(g) prova li tkun saret garanzija skond ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għal ammont li jkun ekwivalenti għal mill-inqas 10 % tal-finanzjament Komunitarju mitlub;
(h) applikazzjoni għas-self skond l-Artikolu 11;
(i) id-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 7(2);
(j) għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali u għall-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, dettalji dwar l-organizzazzjonijiet tal-operaturi li huma responsabbli għall-implimentazzjoni attwali tal-miżuri subkuntrattati fil-programmi tagħhom;
(k) għall-organizzazzjonijiet tal-operaturi li jiffurmaw parti minn assoċjazzjoni ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjoni interprofessjonali, dikjarazzjoni li l-miżuri previsti fil-programmi tagħhom mhumiex koperti b’applikazzjoni oħra għall-finanzjament Komunitarju skond dan ir-Regolament.
Artikolu 9
L-għażla u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-programmi ta’ ħidma fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
(a) il-kwalità ġenerali tal-programm u l-konsistenza tiegħu mal-għanijiet u l-prijoritajiet tas-settur taż-żebbuġ fiż-żona reġjonali kkonċernata, kif stabbilit mill-Istat Membru;
(b) il-kredibbiltà finanzjarja u s-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji tal-organizzazzjoni tal-operaturi kkonċernata sabiex jiġu implimentati l-miżuri proposti;
(c) id-daqs taż-żona reġjonali involuta fil-programm ta’ ħidma;
(d) is-sitwazzjonijiet ekonomiċi diverġenti fiż-żona reġjonali involuta li jiġu kkunsidrati fil-programm ta’ ħidma;
(e) l-eżistenza ta’ diversi oqsma ta’ miżuri u d-daqs tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-operaturi;
(f) l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi tal-effiċjenza li jippermettu l-evalwazzjoni interim waqt l-implimentazzjoni, kif ukoll evalwazzjoni ex post tal-programm imfassal mill-Istat Membru;
(g) l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ ħidma li setgħu saru qabel mill-organizzazzjoni tal-operaturi fil-qafas ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolamenti (KE) Nru 1334/2002 jew (KE) Nru 2080/2005.
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-distribuzzjoni tal-applikazzjonijiet fost it-tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi f’kull żona reġjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw kwalunkwe programm ta’ ħidma li ma jkunx komplut jew li jkollu informazzjoni skorretta, jew li jinkludi kwanlunkwe waħda mill-attivitajiet mhux eliġibbli previsti fl-Artikolu 7.
3. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi dwar liema programmi ta’ ħidma ġew approvati u, fejn japplika, għal-liema programmi ta’ ħidma dawn taw il-finanzjament nazzjonali li jikkorrispondi.
L-approvazzjoni finali ta’ programm ta’ ħidma tista’ tkun soġġetta għall-inkorporazzjoni ta’ emendi li l-Istat Membru jqis bħala meħtieġa. F’dan il-każ, l-organizzazzjoni tal-operaturi kkonċernata għandha tikkomunika l-qbil tagħha fi żmien 15-il jum min-notifika tal-emendi.
4. Jekk il-programm ta’ ħidma propost ma jintgħażilx, l-Istat Membru għandu jirrilaxxa immedjatament il-garanzija msemmija fl-Artikolu 8(2)(g).
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont tal-finanzjament Komunitarju jiġi allokat f’kull kategorija ta’ organizzazzjoni ta’ operaturi, filwaqt li jikkunsidraw il-valur taż-żejt taż-żebbuġa li jiġi prodott jew ikkummerċjalizzat mill-membri tal-organizzazzjoni tal-operaturi.
Artikolu 10
L-emendi fil-programmi ta’ ħidma
1. L-organizzazzjonijiet tal-operaturi jistgħu, skond proċedura stabbilita mill-Istat Membru, jagħmlu talba sabiex isiru emendi fil-kontenut u l-baġit tal-programm ta’ ħidma approvat tagħhom, sakemm din ma tkunx tinvolvi qabża fuq l-ammont miżmum skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
2. It-talbiet għall-emendi fi programm ta’ ħidma għandhom ikunu akkumpanjati b’dokumenti ta’ sostenn li jistabbilixxu r-raġunijiet għal u n-natura u l-implikazzjonijiet tal-bidliet proposti. Dawn it-talbiet għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni tal-operaturi lill-awtorità kompetenti mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ppjanat tal-implimentazzjoni tal-miżura kkonċernata.
3. Fejn organizzazzjonijiet ta’ operaturi li qabel kellhom pjani ta’ ħidma separati jingħaqdu, dawn għandhom jibqgħu jħaddmu l-pjani b’mod parallel u separat sa l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-inkorporazzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jgħaqqdu l-programmi ta’ ħidma tagħhom permezz ta’ applikazzjoni sabiex jemendaw il-programmi rispettivi tagħhom, skond il-paragrafi 1 u 2.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi li jitolbu hekk, għal raġunijiet sostanzjati kif jixraq, sabiex jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma rispettivi tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jgħaqqduhom.
4. Sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li tkun irċeviet it-talba għall-emendi msemminja fil-paragrafu 2, ladarba din tkun eżaminat id-dokumenti fornuti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-organizzazzjoni tal-operaturi kkonċernata. Jekk ma tittiħidx deċiżjoni fiż-żmien stipulat, it-talba għandha titqies bħala aċċettata.
5. Jekk il-finanzjament Komunitarju li l-organizzazzjoni tal-operaturi tieħu jkun inqas mill-ammont fil-programm approvat, il-benefiċjarji jistgħu jadattaw il-programm tagħhom għall-finanzjament miksub.
Artikolu 11
Il-ħlasijiet antiċipati
1. Organizzazzjoni ta’ operaturi li tkun issottomettiet l-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 8(2)(h) għandha tirċievi, skond il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ħlas antiċipat totali ta’ massimu ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli ppjanata għal kull sena koperta mill-programm ta’ ħidma approvat.
2. Qabel it-tmiem tax-xahar wara x-xahar tal-bidu tal-implimentazzjoni ta’ kull sena tal-programm ta’ ħidma approvat, l-Istat Membru għandu jħallas lill-organizzazzjoni tal-operaturi kkonċenata pagament inizjali ta’ nofs l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1.
It-tieni pagament ekwivalenti għan-nofs l-ieħor tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas wara li jkun għamel il-verifika msemmija fil-paragrafu 3.
3. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li kull pagament tal-ħlas antiċipat ikun intnefaq, qabel ma jħallsu l-pagament li jmiss.
Din il-verifika għandha ssir mill-Istat Membru fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 13 jew fuq il-bażi ta’ verifika fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 14.
4. Il-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għad-depożitu ta’ garanzija mill-organizzazzjoni tal-operaturi kkonċernata skond ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 ta’ ammont li jkun ugwali għal 110 % tal-ħlas bil-quddiem li jkun intalab. Ir-rekwiżit primarju fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 20(2) ta’ dak ir-Regolament huwa l-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fil-programm ta’ ħidma approvat.
5. Sa data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru iżda sa mhux aktar tard mit-tmiem ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi kkonċernati jistgħu jissottomettu applikazzjoni għar-rilaxx tal-garanzija msemmija fil-paragrafu 4 sa ammont li jkun ugwali għal nofs in-nefqa li tkun saret tabilħaqq. L-Istat Membru għandu jistabbilixxi liema dokumenti ta’ sostenn għandhom jakkumpanjaw din l-applikazzjoni u għandu jivverifikahom, u għandu jirrilaxxa l-garanziji li jikkorrispondu man-nefqa kkonċernata sa mhux aktar tard mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni.
Artikolu 12
L-applikazzjoni għall-finanzjament Komunitarju
1. Għall-finijiet tal-ħlas tal-finanzjament Komunitarju skond l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, organizzazzjoni ta’ operaturi għandha tissottometti lill-aġenzija ta’ ħlas, sa data li trid tiġi stabbilita mill-Istat Membru iżda sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem ta’ kull sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha, applikazzjoni għall-finanzjament.
L-Istat Membru jista’ jħallas lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi l-bilanċ tal-finanzjament Komunitarju li jikkorrispondi għal kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma wara li jkun ivverifika, fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 13 jew fuq il-bażi ta’ verifika fuq il-post kif imsemmija fl-Artikolu 14, li ż-żewġ pagamenti tal-ħlas bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 11(2) ikunu ntefqu.
L-applikazzjonijiet għall-finanzjament Komunitarju li jkunu ġew sottomessi wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhomx jintlaqgħu u kwalunkwe ammont li dawn jirċievu b’rabta mal-finanzjament Komunitarju għall-programm għandu jiġi rimborżat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.
2. L-applikazzjoni għall-finanzjament Komunitarju għandha ssir skond il-mudell fornut mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru. Sabiex tiġi aċċettata, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’dawn li ġejjin:
(a) dokumenti ta’ sostenn li jagħtu prova ta’:
(i) in-nefqa mwettqa fil-perjodu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma (il-fatturi u d-dokumenti bankarji li jipprovaw li din tħallset);
(ii) fejn jixraq, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-operaturi u tal-Istat Membru kkonċernat;
(b) rapport fil-qosor li jinkludi l-elementi li ġejjin:
(i) deskrizzjoni dettaljata dwar il-fażijiet tal-programm implimentat, maqsuma skond l-oqsma tal-miżuri kif spjegat fid-dettall fl-Artikolu 5;
(ii) fejn jixraq, il-ġustifikazzjoni u r-riperkussjonijiet finanzjarji tal-ispazju bejn il-fażijiet tal-programm ta’ ħidma approvat mill-Istat Membru u l-fażijiet tal-programm ta’ ħidma li jkun ġie implimentat;
(iii) evalwazzjoni tal-programm ta’ ħidma implimentat, ibbażata fuq l-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(f).
3. L-applikazzjonijiet għall-finanzjament li ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu miċħuda. L-organizzazzjoni tal-operaturi kkonċernata tista’ tissottometti applikazzjoni ġdida għall-finanzjament f’perjodu ta’ żmien li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru.
4. L-applikazzjonijiet għan-nefqa li jsiru iktar minn xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għandhom jiġu miċħuda.
5. Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-finanzjament u tad-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafu 2, u ladarba jkunu wettqu l-eżaminazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn kif ukoll il-verifiki msemmija fl-Artikolu 14, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-finanzjament Komunitarju dovut u, kif jixraq, jirrilaxxaw il-garanzija msemmija fl-Artikolu 11(4).
Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 8(2)(g) għandha tiġi rilaxxata wara t-tkomplija tal-programm ta’ ħidma kollu, l-eżaminazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn u l-verifiki msemmija fl-Artikolu 14.
Artikolu 13
Ir-rapporti tal-organizzazzjoni tal-operaturi
1. B’effett mill-2007, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom jissottomettu sa l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Dawn ir-rapporti jkopru dawn li ġejjin:
(a) il-fażijiet tal-programm ta’ ħidma li ġie implimentat jew li qed jiġi implimentat;
(b) l-emendi ewlenin għall-programmi ta’ ħidma;
(c) evalwazzjoni tar-riżultati miksuba diġà, ibbażata fuq l-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(f).
Għall-aħħar sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, ir-rapport finali għandu jieħu post ir-rapporti previsti fl-ewwel subparagrafu.
2. Għal programmi ta’ ħidma li jdumu inqas minn sena, ir-rapport finali għandu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tal-implimentazzjoni tal-programm.
3. Ir-rapport finali għandu jagħmel evalwazzjoni tal-programm ta’ ħidma u għandu jinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) rendikont, mill-inqas ibbażat fuq l-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(f) u fuq kwalunkwe kriterju rilevanti ieħor, li juri kemm l-għanijiet segwiti mill-programmi intlaħqu;
(b) rendikont dwar il-bidliet li saru fil-programm ta’ ħidma;
(c) fejn jixraq, indikazzjoni dwar il-fatturi li jridu jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-programm ta’ ħidma li jmiss.
4. Id-data li tinġabar u l-istudji li jkunu saru sabiex jitwettqu l-miżuri skond l-Artikolu 5(1)(a) għandhom, wara li tkun twettqet il-miżura rilevanti, jiġu ppubblikati fis-sit tal-internet tal-organizzazzjoni tal-operaturi.
Artikolu 14
Il-verifiki fuq il-post
1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-finanzjament Komunitarju jkunu ntlaħqu, b’mod partikolari rigward il-konformità mal-aspetti li ġejjin:
(a) il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni;
(b) l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati, b’mod partikolari il-miżuri tal-investiment;
(c) in-nefqa li tkun ġiet implimentata attwalment meta mqabbla mal-għajnuna mitluba u mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-operaturi taż-żebbuġ ikkonċernati.
2. L-awtorità kompetenti għandha tintroduċi pjani ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post li jkopru kampjun tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati skond l-Artikolu 103(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-awtorità kompetenti għandha tagħżel il-kampjun fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju b’tali mod li:
(a) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom ikunu kollha soġġetti għall-verifiki fuq il-post minn tal-inqas darba wara l-pagament tal-ħlas bil-quddiem u qabel il-ħlas finali tal-finanzjament Komunitarju;
(b) l-organizzazzjonijiet tal-operaturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali l-oħra jiġu verifikati kollha kull sena matul il-perjodu tal-implimentazzjoni ta’ kull programm ta’ ħidma approvat, sakemm dawn ikunu bbenefikaw minn ħlas bil-quddiem matul dik is-sena, li f’dak il-każ il-verifika ssir wara d-data tal-pagament tal-ħlas bil-quddiem.
Jekk il-verifiki jiżvelaw xi irregolaritajiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel verifiki oħra matul is-sena kkonċernata u għandha żżid in-numru tal-organizzazzjonijiet ta’ operaturi li jridu jiġu verifikati matul is-sena ta’ wara.
3. Il-verifiki fuq il-post għandhom isiru bla avviż minn qabel. Madankollu, sabiex tkun faċilitata l-organizzazzjoni prattika tal-verifiki, l-organizzazzjoni tal-operaturi li tkun se tiġi verifikata tista’ tingħata twissija minn qabel ta’ mhux aktar minn 48 siegħa.
4. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi liema organizzazzjonijiet ta’ operaturi għandha tivverifika fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
(a) l-ammont ta’ finanzjament għall-programm ta’ ħidma approvat;
(b) in-natura tal-miżuri ffinanzjati taħt il-programm ta’ ħidma;
(c) il-grad tal-progress sabiex jiġu implimentati l-programmi ta’ ħidma;
(d) is-sejbiet li jkunu saru matul kontrolli fuq il-post preċedenti jew verifiki li jkunu saru matul il-proċedura tal-approvazzjoni;
(e) kriterji ta’ riskji oħra li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri.
5. Il-perjodu ta’ kull verifika fuq il-post għandu jikkorrispondi għall-grad tal-progress sabiex jiġi implimentat il-programm ta’ ħidma approvat.
Artikolu 15
Ir-rapport ta’ spezzjoni
Kull verifika fuq il-post għandha tkun soġġetta għal rapport ta’ spezzjoni dettaljat, li jindika b’mod partikolari:
(a) id-data u l-perjodu tal-verifika;
(b) il-lista ta’ dawk preżenti;
(c) il-lista tal-fatturi vverifikati;
(d) in-numri tar-referenza tal-fatturi magħżula minn fost id-dokumenti tal-kontijiet (ir-reġistru tal-bejgħ, jew tax-xiri, u r-reġistru tal-VAT li fihom il-fatturi magħżula jkunu ġew reġistrati);
(e) id-dokumenti bankarji li jikkonfermaw il-ħlas tal-ammonti magħżula;
(f) indikazzjoni dwar il-miżuri mwettqa diġà li jkunu ġew analizzati speċifikament fuq il-post.
Artikolu 16
Korrezzjonijiet u penali
1. Fejn l-irtirar tal-approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(3) ikun ġej mill-fatt li l-organizzazzjoni tal-operaturi tkun naqset deliberatament jew bi traskuraġni serja milli tissodisfa l-obbligi tagħha, din m’għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament tal-programm ta’ ħidma kollu, u għandha wkoll tħallas lill-awtorità kompetenti ammont li jkun ugwali għall-ammont mhux eliġibbli tal-finanzjament.
2. Jekk miżura partikolari ma tkunx ġiet implimentata skond il-programm ta’ ħidma, l-organizzazzjoni tal-operaturi m’għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament tal-miżura kkonċernata. Din l-esklużjoni ma tapplikax jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi tkun issottomettiet informazzjoni korretta jew jekk din tkun tista’ turi b’mezzi oħra li hija ma għandha ebda tort.
3. Il-penali li ġejjin għandhom japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-operaturi fejn jinstabu irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma:
(a) f’każ ta’ irregolarità kkawżata minħabba negliġenza, l-organizzazzjoni tal-operaturi:
(i) m’għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament tal-miżura kkonċernata;
(ii) għandha tħallas ukoll lill-awtorità kompetenti ammont li jkun ugwali għall-ammont mhux eliġibbli tal-finanzjament;
(b) f’każ ta’ irregolarità intenzjonata, inklużi dikjarazzjonijiet foloz, l-organizzazzjoni tal-operaturi:
(i) m’għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament tal-programm ta’ ħidma kollu;
(ii) għandha wkoll tħallas lill-awtorità kompetenti ammont li jkun ugwali għall-ammont mhux eliġibbli tal-finanzjament;
(iii) m’għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skond l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-perjodu kollu ta’ tliet snin ta’ wara dak li fih tkun ġiet skoperta l-irregolarità.
4. L-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet jew tal-penali taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu lill-aġenzija li tħallas responsabbli u dawn għandhom jiġu mnaqqsa minnha min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar il-Gwida u l-Garanzija.
Artikolu 17
L-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti
1. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha tirkupra kwalunkwe ammont mhux dovut flimkien, fejn jixraq, mal-interessi li jiġu kkalkulati skond il-paragrafu 2.
2. L-interessi għandhom jiġu kkalkulati:
(a) fuq il-bażi tal-perjodu li jkun għadda bejn il-ħlas u r-rimborż mill-benefiċjarju;
(b) bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin tiegħu ta’ ri-finanzjament, li hija pubblikata fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tidħol fis-seħħ mid-data li fiha jsir il-ħlas mhux dovut, biż-żieda ta’ tliet punt perċentwali.
3. Fil-każ ta’ miżura li aktar tard tinstab li mhijiex eliġibbli, u li tkun ġiet implimentata b’mod konformi ma’ programm ta’ ħidma approvat, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jħallas il-finanzjament rilevanti dovut jew li ma jipproċedix bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu diġà, jekk tali deċiżjoni tkun ittieħdet f’każijiet simili li kienu finanzjati mill-baġit nazzjonali u jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi ma tkunx aġixxiet bi traskuraġni jew intenzjonalment.
4. L-ammonti rkuprati jew imħallsa skond dan l-Artikolu għandhom jitħallsu lill-aġenzija ta’ ħlas u jitnaqqsu min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar il-Garanzija.
Artikolu 18
Il-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri
1. Sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Jannar 2006 għall-ewwel perjodu ta’ tliet snin li jibda mill- 1 ta’ April 2006 u mill- 31 ta’ Jannar 2009 għat-tieni perjodu ta’ tliet snin li jibda mill- 1 ta’ April 2009, l-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dawk relatati ma’:
(a) il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi msemmija fl-Artikolu 2(2);
(b) il-kundizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw il-miżuri eliġibbli adotatti skond l-Artikolu 5(2);
(c) l-għanijiet u l-prijoritajiet tas-settur taż-żebbuġ imsemmija fl-Artikolu 9(1)(a) u l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi msemmija fl-Artikolu 9(1)(f);
(d) l-arranġamenti għas-sistema ta’ ħlasijiet bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 11 u, fejn jixraq, is-sistema sabiex jitħallas il-finanzjament nazzjonali;
(e) l-applikazzjoni tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 14 u tal-penali u l-korrezzjonijiet previsti fl-Artikolu 16;
(f) il-perjodu msemmi fl-Artikolu 12(3).
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma approvat, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni id-data dwar:
(a) l-organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati;
(b) il-programmi ta’ ħidma u l-karatteristiċi tagħhom, maqsuma skond it-tip ta’ organizzazzjoni ta’ operaturi, skond il-qasam tal-miżuri u skond iż-żona reġjonali;
(c) l-ammont ta’ finanzjament allokat għal kull programm ta’ ħidma;
(d) l-iskeda ppjanata tal-finanzjament Komunitarju skond is-sena baġitarja għall-perjodu kollu kopert bil-programmi ta’ ħidma.
3. Sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ottubru ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jinkludi fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) in-numru ta’ programmi ta’ ħidma ffinanzjati, il-benefiċjarji, iż-żoni taħt is-siġar taż-żebbuġ, l-imtieħen, il-faċilitajiet tal-ipproċessar u l-volumi ta’ żejt u ta’ żebbuġ tal-mejda kkonċernati;
(b) il-karatteristiċi tal-miżuri żviluppati f’kull żona tal-miżuri;
(c) kwalunkwe diskrepanza bejn il-miżuri ppjanati u dawk imwettqa tabilħaqq, u l-implikazzjonijiet ta’ din fuq livell ta’ nefqa;
(d) deskrizzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati, ibbażati b’mod partikolari fuq l-evalwazzjonijiet tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 12(2)(b)(iii);
(e) statistiċi dwar il-kontrolli mwettqa skond l-Artikoli 14 u 15 u l-penali jew il-korrezzjonijiet applikati skond l-Artikolu 16;
(f) in-nefqa skond il-programm u skond il-miżuri, u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità, nazzjonali u tal-operaturi.
4. Il-komunikazzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom isiru elettronikament skond l-informazzjoni fornuta lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw fis-siti tal-internet tagħhom id-data kollha miġbura kif ukoll l-istudji li jkunu saru sabiex jitwettqu l-miżuri taħt l-Artikolu 5(1)(a) meta dawn ikunu tlestew.
Artikolu 19
Dispożizzjoni tranżitorja
1. L-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem il-finanzjament Komunitarju għall-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-programm.
2. Dan il-ħlas bil-quddiem għandu jkun limitat esklussivament għall-ammont li jikkorrispondi għal dak il-finanzjament Komunitarju.
3. In-nefqa li tiġi mill-pagament tal-ħlas bil-quddiem previst fil-paragrafu 2 għandha titniżżel fil-kontijiet bħala nefqa li tkun saret mis- 16 sal- 31 ta’ Ottubru 2006.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw fis-siti tal-internet tagħhom id-data kollha miġbura kif ukoll l-istudji li jkunu saru sabiex jitwettqu l-miżuri skond l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2080/2005, meta dawn ikunu tlestew.
Artikolu 20
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 2080/2005 huwa b’dan il-mezz revokat.
Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill- 1 ta’ April 2009. Madankollu, l-Artikolu 19(4) għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann Fischer Boel
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
[2] ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97. Verżjoni korretta fil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.
[3] ĠU L 333, 20.12.2005, p. 8.
[4] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
[5] ĠU L 195, 24.7.2002, p. 16. Ir-Regolament kif imħassar bir-Regolament (KE) Nru 2080/2005.
[6] ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.
[7] ĠU 172, 30.9.1966, p. 3025/66.
[8] ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32.
--------------------------------------------------
ANNESS
Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 20
Regolament (KE) Nru 2080/2005 | Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 | Artikolu 1 |
Artikolu 2 | Artikolu 2 |
Artikolu 3 | Artikolu 3 |
Artikolu 4 | Artikolu 4 |
Artikolu 5 | Artikolu 5 |
Artikolu 6 | Artikolu 6 |
Artikolu 7 | Artikolu 7 |
Artikolu 8 | Artikolu 8 |
Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (f) | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (f) |
— | Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g) |
Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (g) | Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(2) sa (5) | Artikolu 9(2) sa (5) |
Artikolu 10 | Artikolu 10 |
Artikolu 11(1), (2) u (3) | Artikolu 11(1), (2) u (3) |
Artikolu 11(4), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 11(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu | — |
Artikolu 11(5) | Artikolu 11(5) |
Artikolu 12(1) sa (4) | Artikolu 12(1) sa (4) |
Artikolu 12(5) | Artikolu 12(5), l-ewwel subparagrafu |
— | Artikolu 12(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 13(1), (2) u (3) | Artikolu 13(1), (2) u (3) |
— | Artikolu 13(4) |
Artikolu 14(1) | Artikolu 14(1) |
Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, il-kelmiet introduttorji | Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, il-kelmiet introduttorji |
Artikolu 14(2), l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 14(2), il-punti (a) u (b) |
Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 14(3), (4) u (5) | Artikolu 14(3), (4) u (5) |
Artikolu 15 | Artikolu 15 |
Artikolu 16 | Artikolu 16 |
Artikolu 17 | Artikolu 17 |
Artikolu 18(1) sa (4) | Artikolu 18(1) sa (4) |
— | Artikolu 18(5) |
Artikolu 19(1) sa (3) | Artikolu 19(1) sa (3) |
— | Artikolu 19(4) |
Artikolu 20, l-ewwel paragrafu | Artikolu 20, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 20, it-tieni paragrafu | — |
— | Artikolu 20, it-tieni paragrafu |
Artikolu 21, l-ewwel paragrafu | Artikolu 21, l-ewwel paragrafu |
— | Artikolu 21, it-tieni paragrafu |
--------------------------------------------------
| Fuq |