32008R0755


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal- 31 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali Test b’relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008

tal- 31 ta’ Lulju 2008

li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(c)(ii) tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2005/36/KE jistipula li fejn, għal professjoni speċifika rregolata, jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi oħra direttament relatati mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2005/36/KE ma japplikawx. L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li jemenda d-Direttiva 2001/25/KE [2] jipprovdi għar-rikonoxximent awtomatiku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri skond ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 4 ta’ April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara [3]. Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE m’għandhiex tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE.

(2) Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Olanda ressqu talbiet raġunati sabiex ineħħu l-professjonijiet ta’ tbaħħir tagħhom li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE.

(3) Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Rumanija talbu t-tħassir tal-professjonijiet kollha u tad-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ elenkati għall-pajjiżi tagħhom taħt il-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. L-Olanda talbet it-tħassir ta’ żewġ professjonijiet: "l-uffiċjal ewlieni (bastiment kostali) (b’taħriġ addizzjonali) ("stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)")" u "inġinier ta’ bastiment kostali (b’diploma) ("diploma motordrijver")", kif ukoll id-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE.

(4) Ir-Renju Unit ressaq talba raġunata biex ineħħi l-professjonijiet ta’ tbaħħir tiegħu, li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE, mill-punt 5 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE.

(5) Id-Direttiva 2005/36/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(6) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat skond kif stipulat fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCreevy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3).

[2] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160.

[3] ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/45/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif ġej:

(1) Il-punt 3(a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a) Trasport bil-baħar

Taħriġ għal dawn li ġejjin:

fil-Latvja:

- inġinier ta’ l-elettriku uffiċjal fuq bastimenti (kuģu elektromehāniķis),

- operatur ta' makkinarju tar-refriġerazzjoni (kuģa saldēšanas iekārtu mašīnists).

fl-Olanda:

- uffiċjal tal-VTS (VTS-functionaris),

li jirrappreżentaw taħriġ:

- fil-Latvja:

(i) għal inġinier ta’ l-elettriku uffiċjal fuq bastimenti (kuģu elektromehāniķis),

1. persuna ta' mhux inqas minn 18-il sena;

2. tirrappreżenta edukazzjoni ta' perjodu totali ta' mhux inqas minn 12-il sena u nofs, li jkun magħmul minn mhux inqas minn disa' snin edukazzjoni primarja u mhux inqas minn tliet snin edukazzjoni vokazzjonali. Barra minn hekk, huwa meħtieġ servizz ta’ tbaħħir ta' mhux inqas minn sitt xhur bħala elettriċista ta' bastiment jew bħala assistent ta' l-inġinier elettriku fuq bastimenti li għandhom saħħa ta' ġeneratur ta' aktar minn 750 kW. It-taħriġ vokazzjonali huwa kompletat b'eżami speċjali mill-awtorità kompetenti skond il-programm ta' taħriġ kif approvat mill-Ministeru tat-Trasport.

(ii) għal operaturi tal-makkinarju tar-refriġerazzjoni (kuģa saldēšanas iekārtu mašīnists),

1. persuna ta' mhux inqas minn 18-il sena;

2. tirrappreżenta edukazzjoni ta' perjodu totali ta' mhux inqas minn 13-il sena, li jkun magħmul minn mhux inqas minn 9 snin edukazzjoni primarja u mhux inqas minn tliet snin edukazzjoni vokazzjonali. Barra minn hekk, huwa meħtieġ servizz ta' tbaħħir ta' mhux inqas minn 12-il xahar bħala assistent ta' inġinier tar-refriġerazzjoni. It-taħriġ vokazzjonali huwa kompletat b'eżami speċjali mill-awtorità kompetenti skond il-programm ta' taħriġ kif approvat mill-Ministeru tat-Trasport.

- fl-Olanda

Edukazzjoni ta’ perjodu totali ta' mhux inqas minn 15-il sena, li jkun magħmul minn mhux inqas minn tliet snin edukazzjoni vokazzjonali superjuri (HBO) jew taħriġ vokazzjonali intermedju (MBO), segwiti minn korsijiet ta' speċjalizzazzjoni nazzjonali u reġjonali, li jkunu magħmula minn mhux inqas minn 12-il ġimgħa taħriġ fit-teorija u li kull wieħed jispiċċa b'eżami."

(2) Il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

L-għaxar, il-ħdax, it-tnax, it-tlettax u l-erbatax-il inċiż huma mħassra.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet