32008R0628


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2008 tat- 2 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel

 ĠU L 173, 3.7.2008, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2008

tat- 2 ta' Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 ta' l- 20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel [titlu mhux uffiċjali] [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (g) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 [2], fl-Anness V tiegħu jistabbilixxi l-karatteristiċi tas-simboli Komunitarji li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketta jew fuq l-imballaġġ tal-prodotti li isimhom ikun ġie rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta jew denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini.

(2) Dawn is-simboli Komunitarji kkontribwixxew għal żieda fil-valur ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u d-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ppermettew lil konsumaturi jidentifikaw ċerti prodotti li l-karatteristiċi tagħhom huma marbuta ma’ l-oriġini.

(3) Bħalissa, is-simboli rilevanti għad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jippreżentaw karatteristiċi komuni f'dak li jirrigwarda l-forma, il-kulur u d-disinn li jsawruhom. Huwa biss il-kliem ġewwa dawn is-simboli li jippermetti lil dak li jkun jiddistingwihom.

(4) Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-adozzjoni tagħhom u bil-għan li jitrawwem l-użu tagħhom, jidher xieraq li tiġi ffaċilitata d-distinzjoni għall-konsumaturi bejn id-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini u l-indikazzjoni ġeografika protetta. F’dawn il-kundizzjonijiet huwa xieraq li jiġu adottati kuluri differenti għas-simboli rilevanti għal dawn iż-żewġ tismijiet.

(5) Bil-għan li jiġi evitat li t-tibdil fil-kuluri tas-simboli Komunitarji jwassal għal żvantaġġ ekonomiku għall-produtturi u l-operaturi kkonċernati, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw is-simboli Komunitarji konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli minn qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(6) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 1898/2006 hu emendat kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-imballaġġi u t-tikketti , li jinkludu s-simboli Komunitarji konformi ma’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 fil-verżjoni applikabbli tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jintużaw sa l- 1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer Boel

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

[2] ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006, il-punti 1, 2 u 3 jinbidlu bit-test li ġej:

"1. IS-SIMBOLI KOMUNITARJI BIL-KULUR JEW BL-ISWED U BL-ABJAD

Fejn jintużaw bil-kulur, jistgħu jintużaw kuluri diretti (Pantone) jew il-proċess ta' erba' kuluri. Il-kuluri ta' referenza huma indikati hawn taħt.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Simbolu Komunitarju għad-"Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini" bil-Pantone | Simbolu Komunitarju għal "Indikazzjoni Ġeografika Protetta" bil-Pantone |

Is-simboli Komunitarji fil-proċess ta' erba' kuluri

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Simbolu Komunitarju għad-"Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini" b’erba’ kuluri | Simbolu Komunitarju għal "Indikazzjoni Ġeografika Protetta" b’erba’ kuluri: |

Is-simboli Komunitarji bl-abjad u bl-iswed

+++++ TIFF +++++

2. IS-SIMBOLI KOMUNITARJI FIN-NEGATTIV

Jekk il-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta huwa skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format negattiv, billi jintuża l-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta.

+++++ TIFF +++++

3. KUNTRAST MAL-KULURI TA' L-ISFOND

Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond bil-kulur li jagħmlu diffiċli biex jintgħaraf, għandu jintuża ċirku estern ta' delinjazzjoni madwar is-simbolu sabiex jittejjeb il-kuntrast mal-kuluri fl-isfond.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Simbolu Komunitarju għad-"Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini" | Simbolu Komunitarju għal "Indikazzjoni Ġeografika Protetta"" |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet