Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008 ta' l- 14 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ( Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS )
Official Journal L 121 , 07/05/2008 P. 0001 - 0031
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008 ta' l- 14 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ("Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS") IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju tal-politika agrikola komuni (PAK), ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ("ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS") [1] imħassar u sostitwit minn att legali waħdieni, ir-regolamenti kollha li kien adotta l-Kunsill sa mill-introduzzjoni tal-PAK fil-qafas ta’ l-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli u għal gruppi ta’ prodotti. (2) Kif ġie spjegat fil-premessa 7 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dak l-att ta’ simplifikazzjoni ma kellux iwassal biex jinxteħtu dubji dwar deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu maż-żmien fil-PAK u li, għalhekk, ma kienx qed jipprevedi li jipprovdi għall-ebda strument ġdid jew miżura ġdida. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, għalhekk jirrifletti d-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu sal-waqt meta l-Kummissjoni pproponiet it-test għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (3) B’mod parallel man-negozjati li saru fi ħdan il-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll serje ta’ deċiżjonijiet dwar linji politiċi f’diversi setturi. Dan huwa l-każ fir-rigward tas-setturi taz-zokkor, taż-żrieragħ, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l- 20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-settur taz-zokkor [2] kien emendat prinċipalment sabiex jinkiseb bilanċ strutturali tas-suq ikkonċernat. Dawk l-emendi ġew adottati u ppubblikati ftit biss qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat- 23 ta' Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [3] kien emendat fl-istess żmien meta kien adottat ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dik l-emenda temmet il-possibbiltà li l-Finlandja tagħti għajnuna nazzjonali għaż-żrieragħ u għaż-żrieragħ taċ-ċereali u, sabiex il-bdiewa fil-Finlandja jingħataw l-opportunità li jħejju għal stiwazzjoni mingħajr għajnuna nazzjonali, tipprevedi perijodu transitorju addizzjonali u finali li matulu l-Finlandja tista’ tagħti għajnuna nazzjonali għall-produzzjoni taż-żrieragħ u taż-żrieragħ taċ-ċereali, ħlief iż-żrieragħ tal-ħaxix ta’ l-għalf. (6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [4], kien emendat ftit qabel l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS fejn introduċa diversi emendi għall-iskemi ta’ intervent pubbliku u ta’ ħażna privata rigward il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, irrevoka l-possibbiltà li l-forzi militari jixtru l-butir bi prezzijiet imnaqqsa u stabbilixxa għajnuna b’rata fissa għall-kategoriji kollha tal-ħalib ipprovdut lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat- 18 ta' Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb [5] kien emendat ukoll fl-istess żmien tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 biex b’hekk ippermetta l-kummerċjalizzazzjoni, bħala ħalib tax-xorb, ta’ prodotti b’kontenut ta’ xaħam li mhux dawk li qabel kienu previsti f’dak ir-Regolament. (7) Dawk l-emendi jeħtieġ li jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS sabiex ikun żgurat li dawk id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi qed jinżammu fis-setturi konċernati mill-applikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (8) B’mod parallel man-negozjati u għall-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll riforma tal-poltika fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati. Għal dak il-għan, ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas- 26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħaxix [6]. Kif ġie spjegat fil-premessa 8 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dawk id-dispożizzjonijiet biss taż-żewġ setturi msemmija hawn fuq li ma kinux huma stess suġġetti għal xi riforma tal-politika, kienu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS mill-bidu u li d-dispożizzjonijiet sostantivi li kienu suġġetti għal emendi tal-linji politiċi għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS ladarba jidħol fis-seħħ. Peress li dak huwa l-każ, is-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati issa għandhom ikunu għalkollox inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS bħala mod kif jiġu introdotti d-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu fir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti ta’ dawn iż-żewġ setturi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 700/2007 tal- 11 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini ta’ età ta’ 12-il xahar jew anqas [7] introduċa regoli ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti konċernati. L-għan tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS kien li jamalgama r-regoli eżistenti kollha fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq f’qafas legali waħdieni u li jissostitwixxi l-metodi settorjali b’metodu orizzontali. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jinkludi regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni għad-diversi setturi u għalhekk huwa adattat biex jinkorpora r-regoli l-ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni intorodotti mir-Regolament (KE) Nru 700/2007 fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (10) L-inkorporazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha ssegwi l-istess approċċ bħal dak segwit għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS meta dan kien ġie adottat, jiġifieri billi ma jinxteħtux dubji fuq id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu meta dawk id-dispożizzjonijiet kienu ġew adottati mill-Kunsill u fuq il-motivazzjoni għal dawk id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi kif espressa fil-premessi rispettivi tar-Regolamenti rispettivi. (11) Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ. (12) L-emendi għandhom japplikaw mhux aktar tard mill-istess dati minn meta jibda japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għas-setturi konċernati skond l-Artikolu 204(2) tiegħu. Rigward is-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, l-Artikolu 204(2) jipprevedi l- 1 ta’ Lulju 2008 bħad-data minn meta japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jipprevedi wkoll l- 1 ta’ Lulju 2008 bħad-data ta’ applikazzjoni għal dawn is-setturi. (13) Rigward il-ftit dispożizzjonijiet fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS li diġà ġew previsti għas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, dawn kienu japplikaw, skond l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament mill- 1 ta’ Jannar 2008. L-emendi rispettivi previsti f’dan ir-Regolament għalhekk jistgħu jibdew japplikaw mill-istess data bħal dawk għas-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, jiġifieri mill- 1 ta’ Lulju 2008. (14) L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1152/2007 tipprevedi li ċerti emendi introdotti minn dak ir-Regolament fis-settur tal-ħalib għandhom japplikaw biss mill- 1 ta’ Settembru 2008. L-istess data ta’ applikazzjoni għandha tkun prevista għall-emendi konċernati fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. (15) Rigward is-settur taz-zokkor, ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS japplika mill- 1 ta’ Ottobru 2008 skond il-punt (c) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament għal dak is-settur, għalhekk, għandhom jibdew japplikaw mill- 1 ta’ Ottubru 2008. (16) Ir-regolamenti li ġejjin fis-settur tal-frott u tal-ħaxix m'għadhomx japplikaw u għalhekk fl-interessi taċ-ċertezza legali dawn għandhom jitħassru: Ir-Regolament (KEE) Nru 449/69 tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 1969 dwar ir-rimbors ta' għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u tal-ħaxix [8], ir-Regolament (KEE) Nru 1467/69 tal-Kunsill tat- 23 ta' Lulju 1969 dwar l-importazzjonijiet ta' frott taċ-ċitru li joriġinaw mill-Marokk [9], ir-Regolament (KEE) Nru 2511/69 tal-Kunsill tad- 9 ta' Diċembru 1969 li jistabbilixxi miżuri speċjali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-frott taċ-ċitru tal-Komunità [10], ir-Regolament (KEE) Nru 2093/70 tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Ottubru 1970 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2517/69 li jistabbilixxi ċerti miżuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott tal-Komunità [11], ir-Regolament (KEE) Nru 846/72 tal-Kunsill ta' l- 24 ta' April 1972 li jipprevedi miżuri speċjali għall-aġġudikazzjoni ta' kuntratti għall-ipproċessar ta' tadam li kien suġġett ta' miżuri ta' intervent [12], ir-Regolament (KEE) Nru 1252/73 tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Mejju 1973 dwar l-importazzjonijiet tal-frott taċ-ċitru li joriġinaw minn Ċipru [13], ir-Regolament (KEE) Nru 155/74 tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 1973 dwar l-importazzjonijiet tal-frott taċ-ċitru li joriġinaw mil-Libanu [14], ir-Regolament (KEE) Nru 1627/75 tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 1975 dwar l-importazzjonijiet ta' lumi frisk li joriġinaw mill-Iżrael [15], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 794/76 tas- 6 ta' April 1976 li jistabbilixxi miżuri ulterjuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott tal-Komunità [16], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1180/77 tas- 17 ta' Mejju 1977 dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija [17], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 10/81 ta' l- 1 ta' Jannar 1981 li jiffissa, fir-rigward tal-frott u tal-ħaxix ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-Att ta' Adeżjoni 1979 [18], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 40/81 ta' l- 1 ta' Jannar 1981 li jiffissa l-prezzijiet bażiċi u l-prezzijiet tax-xiri applikabbli fil-Greċja għall-pastard u t-tuffieħ [19], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3671/81 tal- 15 ta' Diċembru 1981 dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija [20], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1603/83 ta' l- 14 ta' Ġunju 1983 li jistabbilixxi miżuri speċjali għar-rimi ta' għeneb u tin imnixxfin mill-ħsad ta' l-1981 li kienu qed jinżammu minn aġenziji tal-ħżin [21], Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 ta' l- 20 ta' Marzu 1989 li jiffissa l-livell ta' l-għajnuna addizzjonali b'rata waħda għat-twaqqif ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean [22], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3650/90 tal- 11 ta' Diċembru 1990 dwar miżuri għat-tisħiħ ta' l-applikazzjoni ta' l-istandards komuni tal-kwalità għall-frott u l-ħaxix fil-Portugal [23], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/92 tad- 25 ta' Frar 1992 dwar kumpens temporanju minħabba l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni fil-Jugoslavja rigward it-trasport ta' xi frott u ħaxix frisk mill-Greċja [24], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3438/92 tat- 23 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi miżuri speċjali għat-trasport ta' ċertu frott u ħaxix frisk li joriġinaw mill-Greċja [25], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3816/92 tat- 28 ta' Diċembru 1992 li jipprovdi, fis-settur tal-frott u ħaxix, għall-abolizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-kummerċ bejn Spanja u l-Istati Membri u miżuri alleati [26], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 742/93 tas- 17 ta' Marzu 1993 li jipprovdi, fis-settur tal-frott u ħaxix, l-abolizzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens fil-kummerċ bejn il-Portugall u l-Istati Membri l-oħrajn [27], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 746/93 tas- 17 ta' Marzu 1993 dwar l-għoti ta’ għajnuna biex tinkoraġġixxi l-formazzjoni u tiffaċilita l-operazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fir-Regolamenti (KEE) Nru 1035/72 u (KEE) Nru 1360/78 fil-Portugall [28], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal- 21 ta' Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef [29], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2241/2001 tal- 15 ta' Novembru 2001 li jemenda d-dazju komuni awtonomu tat-tariffa tad-dwana għat-tewm li huwa skond il-kodiċi tan-NM 07032000 [30], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 545/2002 tat- 18 ta' Marzu 2002 li jestendi l-finanzjament tal-pjanijiet għat-titjib fil-kwalità u fid-dħul fis-suq ta’ promozzjoni ta’ ċertu lewż u żerriegħa tal-ħarrub approvat taħt it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 u li jipprovdi għal għajnuna speċifika għall-ġellewż [31], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa b'dan emendat kif ġej: 1) l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: "2. Fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid, għandu japplika l-Artikolu 195 biss ta' dan ir-Regolament."; (b) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "4. Fir-rigward tal-patata, friska jew imkessħa, tal-kodiċi NM 0701, għandu japplika l-Kapitolu II tal-Parti IV."; 2) fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "Għall-prodotti tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, jekk ikun meħtieġ, is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni."; 3) għandu jitħassar il-punt (c) ta' l-Artikolu 6(2); 4) L-Artikolu 8(1)(e)(ii) jinbidel b’dan li ġej: "(ii) EUR 169,80 għal kull 100 kg għat-trab tal-ħalib xkumat;"; 5) l-Artikolu 10(1)(f) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(f) trab tal-ħalib xkumat ta’ l-aqwa kwalità magħmul minn ħalib f’impriża approvata fil-Komunità bil-proċess ta’ spray, b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 34,0 % skond il-piż tal-materja niexfa mhux xaħmija."; 6) l-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 15 Butir 1. Għall-butir, l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awissu. 2. Fejn il-kwantitajiet offruti għall-intervent matul il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1 jaqbżu t-30000 tunnellata, il-Kummissjoni tista’ tissospendi x-xiri b’intervent pubbliku. F’dak il-każ, ix-xiri jista’ jitwettaq abbażi ta’ proċedura ta’ tfigħ ta’ offerti skond speċifikazzjonijiet li jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni."; 7) l-Artikolu 22 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 22 Butir Mingħajr preġudizzju għall-iffissar tal-prezz ta' intervent permezz ta' proċedura ta' offerti fil-każ imsemmi fl-Artikolu 15(2), il-prezz ta' intervent għall-butir għandu jkun 90 % tal-prezz ta' referenza."; 8) fl-Artikolu 23, għandu jitħassar it-tieni paragrafu. 9) fl-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-punt (a)(ii) tal-paragrafu 2 għandu jinbidel minn dan li ġej: "(ii) biex jiġi esportat, jew mingħajr ipproċessar ulterjuri jew wara pproċessar fi prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat jew f'merkanzija elenkata fil-Parti III ta' l-Anness XX ma' dan ir-Regolament, jew"; (b) il-punt li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt (a) tal-paragrafu 2: "(iii) biex jintuża mill-industrija kif jissemma fl-Artikolu 62."; 10) l-Artikolu 28 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej: "(a) fir-rigward ta': (i) butir bla melħ magħmul mill-krema jew ħalib f'impriża approvata fil-Komunità b’kontenut ta' xaħam tal-butir minimu, skond il-piż, ta' 82 %, kontenut ta' solidi tal-ħalib li mhumiex xaħam, skond il-piż, ta' 2 %, u kontenut massimu ta' ilma, skond il-piż, ta' 16 %, (ii) butir mielaħ prodott minn krema jew ħalib f'impriża approvata tal-Komunità b’kontenut minimu ta' xaħam tal-butir, skond il-piż, ta’ 80 %, kontenut massimu ta' solidi mhux xaħmin tal-ħalib, skond il-piż ta’ 2 %, u kontenut massimu ta’ ilma, skond il-piż, ta’ 16 % u kontenut massimu ta’ melħ, skond il-piż, ta’ 2 %."; 11) l-Artikolu 29 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 29 Kondizzjonijiet u livell ta’ għajnuna għall-butir L-ammont ta’ għajnuna għall-butir għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħażna u t-tendenzi probabbli fil-prezzijiet għal butir frisk u għal butir mill-ħażniet. Fejn, fiż-żmien tat-tneħħija mill-ħażna, tkun seħħet bidla negattiva fis-suq mhux mistennija fiż-żmien tat-tqegħid fil-ħażna, l-għajnuna tista' tiżdied."; 12) l-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (d); (b) il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-għajnuna għal ħażna privata prevista fil-paragrafu 1 bil-quddiem jew permezz ta' proċeduri ta' tfigħ ta’ offerti. Fir-rigward tal-ġobon li jissemma fil-paragrafu 1, l-għajnuna għandha tiġi ffissata fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħażna u tal-bilanċ li għandu jinżamm bejn il-ġobon li ngħatat għajnuna għalih u ġobon ieħor li jidħol fis-suq."; 13) l-Artikolu 35 għandu jitħassar. 14) fl-Artikolu 50, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: "5. L-impriżi taz-zokkor li ma ffirmawx kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ bil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għal kwantità ta' pitravi ekwivalenti għaz-zokkor tal-kwota li għandhom, aġġustata, skond kif ikun il-każ, bil-koeffiċjent għall-irtirar preventiv iffissat skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 52(2), għandhom ikunu meħtieġa jħallsu ta' l-inqas il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwota għall-pitravi kollha li huma jipproċessaw f'zokkor. 6. Ftehim fi ħdan il-kummerċ, suġġetti għall-approvazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 3, 4 u 5."; 15) l-Artikolu 52 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 52 Irtirar taz-zokkor 1. Sabiex ikun ippreservat il-bilanċ strutturali tas-suq f'livell ta' prezzijiet li huwa viċin il-prezz ta' referenza, jekk jitqiesu l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira mis-suq, għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari, dawk il-kwantijiet ta' zokkor jew ta’ isoglukożju prodotti skond kwoti li jaqbżu l-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-limitu ta' rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun ikkalkulat, għal kull impriża li jkollha kwota, billi l-kwota tagħha tiġi multiplikata b’koeffiċjent, li għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni sas-16 ta’ Marzu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, abbażi tat-tendenzi mistennija tas-suq. Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, dak il-koeffiċjent għandu jkun applikat għall-kwota wara r-rinunzji skond ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 mogħtija mhux aktar tard mill- 15 ta’ Marzu 2008. Abbażi tat-tendenzi aġġornati tas-suq, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jew li tagħmel aġġustamenti, jew fil-każ fejn ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni bħal din skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex jiġi ffissat koeffiċjent. 3. Kull impriża pprovduta bi kwota għandha taħżen sal-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, bi spejjeż għaliha, iz-zokkor prodott skond kwota lil hinn mil-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet ta' zokkor jew isoglukożju rtirati matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu ttrattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skond kwota għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn jitqiesu t-tendenzi mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqis, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali u/jew ta’ wara, iz-zokkor jew l-isoglukożju rtirat kollu jew parti minnu bħala: (a) zokkor żejjed jew isoglukożju żejjed disponibbli biex isir zokkor industrijali jew isoglukożju industrijali, jew (b) produzzjoni temporanja tal-kwota li parti minnha tista' tiġi riservata għall-esportazzjoni li tirrispetta l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. 4. Jekk il-provvista taz-zokkor fil-Komunità ma tkunx adegwata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ċerta kwantità ta’ zokkor irtirat tista' tinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel tmiem il-perijodu ta’ rtirar. 5. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jiġi ttrattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa l-prezz minimu ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skond il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 49 dwar il-prezz minimu m’għandhomx japplikaw. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel tmiem il-perijodu ta’ ritrar skond il-paragrafu 4, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa l-prezz minimu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti."; 16) għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 52a Irtirar taz-zokkor fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 1. Bħala deroga mill-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali taz-zokkor tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-koeffiċjent għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIc ma' dan ir-Regolament. 2. Impriża li, skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, tirrinunzja, b’effett mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-kwota totali assenjata liha, għandha fuq it-talba tagħha, ma tkunx suġġetta għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti li jissemmew fl-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament. Dik it-talba m’għandhiex titressaq qabel it-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar."; 17) l-Artikolu 59 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 59 Ġestjoni tal-kwota 1. Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness VI sat- 30 ta’ April 2008 għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u sat- 28 ta' Frar 2009 u 2010 rispettivament għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 u 2010/2011. L-aġġustamenti għandhom jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament, u ta’ l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. 2. Jekk jitqiesu r-riżultati ta’ l-iskema ta’ ristrutturazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 320/2006, u sat- 28 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-persentaġġ komuni meħtieġ biex jitnaqqsu l-kwoti eżistenti għaz-zokkor u għall-isoglukożju għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun bil-għan li jiġu evitati żbilanċi fis-suq fis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw kif meħtieġ il-kwota ta' kull impriża. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali tagħhom tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-persentaġġ permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIa ma' dan ir-Regolament. Stati Membri bħal dawn għandhom jaġġustaw, għal kull impriża fit-territorju tagħhom li jkollha kwota, il-persentaġġ skond l-Anness VIIb ma' dan ir-Regolament. L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw għar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jissemmew fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat."; 18) l-Artikolu 60 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) it-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 60 Riallokazzjoni tal-kwoti nazzjonali u t-tnaqqis tal-kwoti"; (b) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Stat Membru jista’ jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew ta’ l-isoglukożju allokata lil impriża stabbilita fit-territorju tiegħu sa 10 % għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u għas-snin ta’ wara, filwaqt li jirrispetta l-libertà ta’ l-impriżi li jipparteċipaw fil-mekkaniżmi stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji."; (c) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "4. Bħala deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn jiġi applikat l-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kwota taz-zokkor allokata lill-impriża kkonċernata billi japplikaw it-tnaqqis iddefinit fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, fil-limitu tal-persentaġġ iffissat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu."; 19) l-Artikolu 64(c) għandu jinbidel b'dan li ġej: "(c) zokkor u isoglukożju rtirati mis-suq skond l-Artikoli 52 u 52a u li għalihom ma ġewx sodisfatti l-obbligi previsti fl-Artikolu 52(3)."; 20) fl-Artikolu 101, il-punti (b) sa (e) għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "(b) minn manifatturi ta' prodotti ta' l-għaġina u ġelat; (c) minn manifatturi ta' oġġetti ta' l-ikel oħrajn li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni; (d) għall-konsum dirett ta’ butir ikkonċentrat."; 21) l-Artikolu 102(3) għandu jinbidel b'dan li ġej: "3. L-għajnuna Komunitarja għandha tkun ta’ EUR 18,15/100 kg għall-ħalib kollu. L-ammonti ta' għajnuna għal prodotti eliġibbli oħra tal-ħalib għandhom ikunu determinati b'kont meħud tal-komponenti tal-ħalib tal-prodott ikkonċernat."; 22) is-Sezzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II: "Sezzjoni IVa Għajnuniet fis-settur tal-frott u tal-Ħaxix Subsezzjoni I Gruppi ta' produtturi Artikolu 103a Għajnuna lil gruppi ta’ produtturi 1. Waqt il-perijodu transitorju permess skond l-Artikolu 125e, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix li ġew ifformati sabiex jiġu rikonoxxuti bħala organizzazzjoni ta’ produtturi: (a) għajnuna biex jinkoraġġixxu l-formazzjoni tagħhom u jiffaċilitaw il-funzjonament amministrattiv tagħhom; (b) għajnuna, ipprovduta jew direttament jew permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, sabiex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa sabiex jinkiseb rikonoxximent u li huma stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 125e(1). 2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rimborsata mill-Komunità skond ir-regoli li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta’ tali miżuri, inklużi l-limiti u l-limiti massimi u l-grad ta’ finanzjament Komunitarju. 3. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tkun iddeterminata għal kull grupp ta’ produtturi abbażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata tiegħu u għall-ewwel, għat-tieni, għat-tielet, għar-raba’ u għall-ħames sena għandha tammonta għal: (a) 10 %, 10 %, 8 %, 6 % u 4 % rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-Istati Membri li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta' Mejju 2004 jew wara, u (b) 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 %, rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Ġżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 li jistipula miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer iż-żgħar tal-Gżejjer ta' l-Eġew []. Dawk ir-rati perċentwali jistgħu jiġu mnaqqsa f'relazzjoni mal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li taqbeż il-limitu. Jista' jiġi applikat limitu massimu għall-għajnuna pagabbli fi kwalunkwe sena partikolari lil grupp ta' produtturi. Subsezzjoni II Fondi operattivi u programmi operattivi Artikolu 103b Fondi operattivi 1. L-organizzazzjonijiet tal-produturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’: (a) kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ membri jew ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha; (b) għajnuna finanzjarja Komunitarja li tista’ tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. 2. Il-fondi operattivi għandhom jintużaw biss sabiex ikunu ffinanzjati programmi operattivi approvati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 103g. Artikolu 103c Fondi operattivi 1. Il-programmi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandu jkollhom żewġ objettivi jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 122(c) jew mill-objettivi li ġejjin: (a) ippjanar tal-produzzjoni, (b) titjib tal-kwalità tal-prodott, (c) titjib tal-valur kummerċjali tal-prodott, (d) promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk friski kif ukoll jekk ipproċessati, (e) miżuri ambjentali u metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, inkluża l-biedja organika, (f) prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet. 2. Il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet għandhom ikunu relatati ma' l-evitar u l-ittrattar ta' kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix u għandhom ikopru f’dan il-kuntest: (a) l-irtirar mis-suq, (b) il-ħsad aħdar jew li ma jsirx ħsad ta’ frott u ħaxix, (c) il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, (d) il-miżuri ta’ taħriġ, (e) l-assigurazzjoni tal-ħsad, (f) l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi konġunti. Il-miżuri ta’ prevenjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż kwalunkwe ħlas lura ta’ kapital u ta’ imgħax kif jissemma fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa taħt il-programm operattiv. Sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jieħdu self fuq termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-ħlas lura tal-kapital u ta’ l-imgħax fuq dan is-self jista’ jifforma parti mill-programm operattiv u għalhekk jista’ jkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja skond l-Artikolu 103d. Kwalunkwe azzjoni speċifika taħt il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandha tkun iffinanzjata jew b’self bħal dan, jew direttament, imma mhux bit-tnejn. 3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu mod li: (a) il-programmi operattivi jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar, jew (b) ta' l-anqas 10 % tan-nefqa taħt il-programmi operattivi ikopru azzjonijiet ambjentali. L-azzjonijiet ambjentali għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti għal ħlasijiet agriambjentali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l- 20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) []. Fejn mill-inqas 80 % tal-membri produtturi ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu suġġetti għal impenn agriambjentali identiku wieħed jew aktar skond dik id-dispożizzjoni, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif jissemma fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu. L-appoġġ għal azzjonijiet ambjentali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-azzjoni. 4. Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, il-paragrafu 3 għandu japplika biss mill- 1 ta’ Jannar 2011. 5. L-investimenti li jżidu l-pressjoni ambjentali għandhom ikunu permessi biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu ġew stabbiliti salvagwardji effettivi sabiex jitħares l-ambjent minn dawn il-pressjonijiet. Artikolu 103d Assistenza finanzjarja Komunitarja 1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a) hekk kif tħallsu effettivament imma għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa effettiva li saret. 2. L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha jkollha limitu massimu ta’ 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi. Madankollu, dak il-persentaġġ jista’ jiġi miżjud għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata sakemm dak l-ammont li jeċċedi l-4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet. 3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-persentaġġ previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 60 % għal programm operattiv jew għal parti minn programm operattiv fejn jissodisfa ta’ l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) jiġi ppreżentat minn bosta organizzazzjonijiet tal-produtturi Komunitarji li qed joperaw fi Stati Membri differenti dwar skemi transnazzjonali; (b) jiġi ppreżentat minn organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar mseħbin fi skemi mħaddma fuq bażi interprofessjonali; (c) ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti sal- 31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l- 24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel [] u, mill- 1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat- 28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi []; (d) qed jitressaq minn organizzazzjoni ta’ produtturi f’wieħed mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara għall-miżuri li jiġu implimentati sa mhux aktar tard minn tmiem l-2013; (e) huwa l-ewwel wieħed li tressaq minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi li amalgamat ruħha ma’ organizzazzjoni oħra rikonoxxuta tal-produtturi; (f) hu l-ewwel li ġie ppreżentat minn assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa; (g) qed jitressaq minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix; (h) qed jitressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità; (i) ikopri biss appoġġ speċifiku għal azzjonijiet biex jippromwovu l-konsum tal-frott u tal-ħaxix immirati lejn tfal fi stabbilimenti edukattivi. 4. Il-persentaġġ previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 100 % fil-każ ta’ rtirar mis-suq ta’ frott u ta’ ħaxix li m’għandux jeċċedi 5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li wieħed jiddisponi minnhom permezz ta’: (a) distribuzzjoni b’xejn lil organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità, approvati f'dan is-sens mill-Istati Membri, għal użu fl-attivitajiet tagħhom biex jassistu persuni li d-dritt tagħhom għal assistenza pubblika huwa rikonoxxut fil-liġi nazzjonali, b’mod partikolari peress li m’għandhomx il-mezzi meħtieġa għal sussistenza; (b) distribuzzjoni b’xejn lil istituzzjonijiet penali, skejjel u istituzzjonijiet pubbliċi ta' l-edukazzjoni u lil kampijiet tal-btala tat-tfal kif ukoll lil sptarijiet u djar ta’ l-anzjani magħżulin mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet hekk distribwiti huma addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw minn tali stabbilimenti. Artikolu 103e Assistenza finanzjarja nazzjonali 1. F’reġjuni ta’ l-Istati Membri fejn il-grad ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix ikun partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba debitament sostanzjata, biex iħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali ekwivalenti għal massimu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a). Din l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv. F’reġjuni ta’ Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % mill-valur tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix u li l-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix tagħhom tirrappreżenta ta’ l-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikola totali tagħhom, l-assistenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborżata mill-Komunità fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat. 2. Bħala deroga mill-Artikolu 180 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja nazzjonali awtorizzata skond il-paragrafu 1. Artikolu 103f Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għal programmi operattivi 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali sabiex ifasslu l-kondizzjonijiet ġenerali relatati ma’ l-azzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 103c(3). Dan il-qafas għandu jipprevedi, b’mod partikolari, li tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet xierqa tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 inklużi dawk fl-Artikolu 5 tiegħu dwar il-komplementarjetà, il-konsistenza u l-konformità. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista’ teħtieġ modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tagħtix il-possibbiltà li jintlaħaqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat u fis-sitt programm Komunitarju ta’ azzjoni ambjentali []. L-investimenti f’azjendi individwali appoġġati minn programmi operattivi għandhom ukoll jirrispettaw dawk l-objettivi. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħaxix. Tali strateġija għandha tipprevedi l-elementi li ġejjin: (a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti tajba u ħżiena u tal-potenzjal għal żvilupp; (b) ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula; (c) l-objettivi tal-programmi operattivi, kif ukoll l-istrumenti u l-indikaturi ta’ rendiment; (d) valutazzjoni tal-programmi operattivi; (e) obbligi ta’ rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-istrateġija nazzjonali għandha tintegra wkoll il-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-Istati Membri li m'għandhomx organizzazzjoniji tal-produtturi rikonoxxuti. Artikolu 103g Approvazzjoni ta’ programmi operattivi 1. L-abbozzi tal-programmi operattivi għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jiċħduhom jew jitolbu l-modifika tagħhom b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din is-subsezzjoni. 2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-ammont stmat tal-fond operattiv għal kull sena u għalhekk għandhom iressqu raġunijiet xierqa ibbażati fuq stimi tal-programmi operattivi, fuq in-nefqa għas-sena attwali u possibbilment in-nefqa għas-snin preċedenti u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stmati għas-sena ta’ wara. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont stmat ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja b'mod konformi mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 103d. 4. Il-ħlasijiet ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja għandhom isiru abbażi tan-nefqa li ssir għall-iskemi koperti mill-programm operattiv. Ħlasijiet bil-quddiem jistgħu jsiru fir-rigward ta’ l-istess skemi suġġetti għall-għoti ta’ garanzija jew sigurtà. 5. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika lill-Istat Membru bl-ammont finali tan-nefqa għas-sena ta’ qabel, akkumpanjat mid-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja. 6. Programmi operattivi u l-finanzjament tagħhom minn produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi min-naħa waħda u minn fondi Komunitarji min-naħa l-oħra għandu jkollhom durata minima ta’ tlieta snin u durata massima ta' ħames snin. Artikolu 103h Regoli implimentattivi Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni, partikolarment: (a) regoli dwar il-finanzjament tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103a, inklużi l-limiti u l-limiti massimi għall-għajnuna u l-grad ta’ ko-finanzjament Komunitarju ta’ l-għajnuna; (b) il-proporzjon ta' u r-regoli dwar ir-rimborż tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103e(1); (c) regoli dwar l-investimenti fuq investimenti individwali; (d) id-dati għall-komunikazzjonijiet u għan-notifiki li jissemmew fl-Artikolu 103g; (e) dispożizzjoni għal ħlas parzjali ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja li tissemma fl-Artikolu 103g. 23) l-Artikolu 113 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: "1. Jista' jsir provvediment mill-Kummissjoni għall-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni għal wieħed jew aktar mill-prodotti tas-setturi li ġejjin: (a) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ ta' l-ikel fir-rigward tal-prodotti msemmijin fil-punt (a) tal-Parti VII ta' l-Anness I; (b) frott u ħaxix; (c) frott u ħaxix ipproċessati; (d) banana; (e) pjanti ħajjin."; (b) il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej: (i) il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej: (ia) il-punt (iii) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(iii) l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni dwar il-prodott, adegwata u trasparenti inkluż partikolarment għal prodotti tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, il-pajjiż ta’ l-oriġini, il-klassi u, fejn ikun xieraq, il-varjetà (jew it-tip kummerċjali), tal-prodott;"; (ib) għandu jiżdied il-punt li ġej: "(v) rigward il-frott u l-ħaxix u s-setturi tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, ir-rakkomandazzjonijiet Standard adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-NU għall-Ewropa (UN/ECE)."; (ii) il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej: "(b) jistgħu jirrelataw b'mod partikolari, mal-kwalità, mal-klassifikazzjoni fi klassijiet, mal-piż, mad-daqs, ma’ l-ippakkjar, mat-tgeżwir, mal-ħażna, mat-trasport, mal-preżentazzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni, ma’ l-oriġini u mat-tikkettar."; 24) għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 113a Rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix 1. Il-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta’ kwalità li jistgħu jiġu kummerċjalizzati u jekk ikun indikat il-pajjiż ta’ l-oriġini. 2. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-punti (b) u (c) ta' l-Artikolu 113(1) għandhom japplikaw fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni inklużi l-importazzjoni u l-esportazzjoni sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Kummissjoni. 3. Id-detentur ta’ prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati koperti mill-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jistax jesponi tali prodotti jew joffrihom għall-bejgħ, jew iwassalhom jew jikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor fil-Komunità ħlief f’konformità ma’ dawk l-istandards u għandu jkun responsabbli għall-iżgurar ta' tali konformità. 4. B'segwitu għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 113(3) u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 194, partikolarment dwar l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri tal-kontrolli ta’ konformità, l-Istati Membri, fir-rigward tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, għandhom jikkontrollaw selettivament, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jekk il-prodotti konċernati jikkonformawx ma’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni rispettivi. Dawn il-kontrolli għandhom ikunu iffokati fuq l-istadju ta' qabel it-tluq miż-żoni ta' produzzjoni meta l-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati jew mgħobbija. Għall-prodotti minn pajjiżi terzi, il-kontrolli għandhom isiru qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Artikolu 113b Kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(1)(a) u (2) u l-punt A ta’ l-Anness V, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa, partikolarment id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ li għandhom jintużaw stabbiliti fil-punt III tiegħu, għandhom japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas maqtula fi jew wara l- 1 ta’ Lulju 2008, kemm jekk prodott fil-Komunità kif ukoll jekk importat minn pajjiżi terzi. Madanakollu, il-laħam minn annimali li għandhom 12-il xahar jew inqas u maqtula qabel l- 1 ta’ Lulju 2008 jista’ jkompli jkun kummerċjalizzat mingħajr ma jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa. 2. Il-kondizzjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għalihom ġiet irreġistrata denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta skond ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 ta' l- 20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel [], qabel id- 29 ta’ Ġunju 2007. 25) l-Artikolu 121 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) ll-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej: "(a) l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fl-Artikoli 113 u 113a inklużi r-regoli dwar: (i) derogi jew eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ l-istandards, (ii) preżentazzjoni ta’ partikolaritajiet meħtieġa mill-istandards kif ukoll dwar il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar; (iii) l-applikazzjoni ta’ l-istandards għal prodotti importati fi, jew esportati mill-Komunità; (iv) fir-rigward ta’ l-Artikolu 113a(1), sabiex jiddefinixxu x’jikkostitwixxi prodott li huwa tajjeb, ġust u ta’ kwalità li jista’ jiġi kummerċjalizzat;" (b) għandu jiżdied il-punt li ġej: "(j) fir-rigward tal-kondizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas skond l-Artikolu 113b: (i) il-metodi prattiċi biex tiġi indikata l-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija kif definit fil-punt II ta’ l-Anness XIa, fir-rigward tal-post u d-daqs ta’ l-ittri użati; (ii) l-importazzjoni tal-laħam minn pajjiżi terzi kif imsemmi fil-punt VIII ta’ l-Anness XIa, fir-rigward tal-metodi kif tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament."; (c) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Parti B tat-tabella stabbilita fil-punt III(2) ta’ l-Anness XIa."; 26) l-Artikolu 122 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej: "(a) huma kostitwiti minn produtturi ta' wieħed mis-setturi li ġejjin: (i) ħops; (ii) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ ta' l-ikel; (iii) frott u ħaxix fir-rigward ta’ bdiewa li jkabbru wieħed mill-prodotti jew aktar ta’ dak is-settur u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar; (iv) dudu tal-ħarir;"; (b) il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej: "(c) isegwu għan speċifiku li jista' b'mod partikolari, jew fir-rigward tas-settur tal-frott u tal-ħaxix għandu, jinkludi wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin: (i) l-iżgurar li l-produzzjoni hija ppjanata u aġġustata skond id-domanda, partikolament f'termini ta' kwalità u ta' kwantità; (ii) il-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħha; (iii) l-ottimizzazzjoni ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produzzjoni."; 27) l-Artikolu 123 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) l-ewwel paragrafu għandu jsir il-paragrafu 1; (b) it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: "2. Fejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissemmew fil-paragrafu 1 jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorji ta’ diversi Stati Membri, ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 195(1)."; (c) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied: "3. B'segwitu għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu wkoll l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li: (a) ikunu magħmula minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta’ u/jew il-kummerċ fi u/jew ma’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix; (b) huma ffurmati fuq l-inizjattiva ta' l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew uħud minnhom li jikkostitwixxuhom; (c) iwettqu tnejn jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin f’wieħed mir-reġjuni jew aktar tal-Komunità, fejn jitqiesu l-interessi tal-konsumatur: (i) itejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, (ii) jgħinu biex jikkoordinaw aħjar il-mod li bih il-frott u l-ħaxix jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji tas-suq, (iii) ifasslu forom standard ta' kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Komunità, (iv) jisfruttaw aktar il-potenzjal tal-frott u tal-ħaxix prodotti, (v) jipprovdu l-informazzjoni u jagħmlu r riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni tiġi aġġustata lejn prodotti iktar addattati għall-ħtiġiet tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott u l-ħarsien ta' l-ambjent, (vi) isibu metodi li jirrestrinġu l-użu ta' prodotti tas-saħħa tal-pjanti u adittivi oħrajn u li jassiguraw il-kwalità tal-prodott u l-ħamrija u l-konservazzjoni ta' l-ilma, (vii) jiżviluppaw metodi u strumenti għat-titjib fil-kwalità tal-prodott, (viii) jisfruttaw il-potenzjal ta' u l-protezzjoni ta' biedja organika kif ukoll deskrizzjonijiet ta' l-oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi, (ix) jippromwovu produzzjoni integrata jew metodi oħrajn ta' produzzjoni sodi għall-ambjent, (x) jistabbilixxu regoli, fir-rigward tar-regoli ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-punti 2 u 3 ta’ l-Anness XVIa, li huma aktar stretti mir-regoli Komunitarji jew dawk nazzjonali."; 28) is-Sezzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II: "Sezzjoni Ia Regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u l-gruppi tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix Subsezzjoni I Regoli ta’ assoċjazzjoni u u rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi Artikolu 125a Regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi 1. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandhom jeħtieġu li l-membri produtturi tagħha, b’mod partikolari: (a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rapportar tal-produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħarsien ta’ l-ambjent; (b) jappartjenu lil organizzazzjoni tal-produtturi waħda biss rigward il-produzzjoni ta’ ażjenda partikolari ta’ kwalunkwe prodott partikolari li jissemma fl-Artikolu 122(a)(iii); (c) jikkumerċjalizzaw il-produzzjoni kollha tagħhom ikkonċernata permezz ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi; (d) ifornu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal raġunijiet ta' statistika, b’mod partikolari dwar żoni li qed jikbru, kwantitajiet maqtugħa, ġbir u bejgħ dirett; (e) iħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fir-regoli ta’ assoċjazzjoni tagħha għall-istabbiliment u għall-mili mill-ġdid tal-fond operattiv previst fl-Artikolu 103b. 2. Minkejja l-paragrafu 1(c), fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u fejn dan ikun konformi mat-termini u mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi: (a) ma jistgħux ibigħu aktar minn persentaġġ fiss tal-produzzjoni u/jew prodotti tagħhom direttament fl-azjendi tagħhom u/jew barra mill-azjendi tagħhom lil konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom, b’tali persentaġġi jkunu ffissati mill-Istati Membri għal mhux inqas minn 10 %; (b) jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni oħra tal-produtturi magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitajiet ta’ prodotti li huma marġinali b’relazzjoni għall-volum tal-produzzjoni li tista’ tiġi kummerċjalizzata ta’ l-organizzazzjoni tagħhom; (c) jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni oħra tal-produtturi magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess prodotti li, minħabba l-karatteristiċi li għandhom, ma jkunux normlament koperti mill-attivitajiet kummerċjali ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata. 3. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom ukoll jipprevedu: (a) proċeduri biex ikunu determinati, adottati u emendati r-regoli li jissemmew fil-paragrafu 1; (b) l-imposizzjoni fuq membri ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa għall-iffinanzjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi; (c) regoli li jagħtu l-possibbiltà li l-membri produtturi jiskrutinaw demokratikament l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet li tieħu; (d) pieni għal ksur ta’ obbligi taħt ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, partikolarment in-nuqqas ta’ pagament ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi; (e) regoli dwar l-ammissjoni ta' membri ġodda, partikolarment perijodu minimu ta' sħubija, (f) ir-regoli tal-kontabilità u tal-baġit meħtieġa għall-funzjonament ta' l-organizzazzjoni. 4. Fi kwistjonijiet ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandhom jitqiesu bħala li jaġixxu f’isem u għan-nom tal-membri tagħhom. Artikolu 125b Rikonoxximent 1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix l-entitajiet ġuridiċi kollha jew il-partijiet kollha definiti b’mod ċar ta’ entitajiet ġuridiċi li japplikaw għal tali rikonoxximent, sakemm: (a) ikollhom l-għan li jużaw prattika ta’ koltivazzjoni, teknika ta’ produzzjoni u prattika tajba ta’ ġestjoni ta’ l-iskart mil-lat ambjentali, partikolarment li jħarsu l-kwalità ta’ l-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ u li jippreservaw jew jinkoraġġixxu l-bijodiversità u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbliti fl-Artikoli 122 u 125a u jipprovdu l-evidenza rilevanti ta’ dan; (b) ikollhom numru minimu ta’ membri u jkopru volum jew valur minimu ta’ produzzjoni li tista’ tiġi kummerċjalizzata li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, u jipprovdu l-evidenza rilevanti ta’ dan; (c) ikun hemm biżżejjed evidenza li jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod xieraq, kemm maż-żmien kif ukoll f’termini ta’ effikaċja u ta’ konċentrazzjoni tal-provvista, sabiex l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema mill-prodotti, jew mill-gruppi ta’ prodotti li jissemmew fl-Artikolu 122(a)(iii) għandhom ikunu koperti mill-organizzazzjoni tal-produtturi; (d) ikunu effettivament jagħtu l-fakultà lill-membri tagħhom li jakkwistaw assistenza teknika fl-użu ta' prattika ta' kultivazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent; (e) effettivament jipprovdu lill-membri tagħhom, fejn ikun meħtieġ, il-mezzi tekniċi għall-ġbir, għall-ħażna, għall-ippakkjar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom; (f) jiżguraw ġestjoni kummerċjali u tal-kontabilità xierqa ta’ l-attivitajiet tagħhom; kif ukoll (g) ma jkollhomx pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat. 2. L-Istati Membri għandhom: (a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien tliet xhur minn meta tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza rilevanti kollha; (b) iwettqu kontrolli f’intervalli regolari sabiex jaċċertaw irwieħhom li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw ma’ dan il-Kapitolu, jimponu l-penali fuq tali organizzazzjonijiet f'każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ irregolaritajiet regward id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn ikun meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent; (c) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, darba fis-sena, b'kull deċiżjoni biex jingħata, jiġi rifjutat jew irtirat rikonoxximent. Subsezzjoni II Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' Gruppi tal-produtturi Artikolu 125c Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix Fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi għandha tkun ifformata assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix u din tista’ twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li tissemma f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, fejn: (a) l-Istat Membru jqis li l-assoċjazzjoni kapaċi twettaq effettivament dawk l-attivitajiet, u (b) l-assoċjazzjoni ma jkollhiex pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat. L-Artikolu 125a(4) għandu japplika mutatis mutandis. Artikolu 125d Esternalizzazzjoni L-Istati Membri jistgħu jippermettu li organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jew assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur tista’ testernalizza (outsource) kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tagħha, inkluż lil kumpaniji sussidjarji, sakemm tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Istat Membru li dan il-mod huwa mod xieraq kif jintlaħqu l-objettivi ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernata. Artikolu 125e Gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix 1. Fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara, jew fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif jissemma fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, jew fil-Gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jistgħu jiġu fformati gruppi ta’ produtturi bħala entità ġuridika jew parti minn entità ġuridika ddefinita b'mod ċar, fuq l-inizjattiva ta’ bdiewa li jkunu koltivaturi ta’ prodott wieħed jew aktar tas-settur tal-frott u tal-ħaxix u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar, bil-għan li tkun rikonoxxuta bħala organizzazzjoni tal-produtturi. Gruppi ta’ produtturi bħal dawn jistgħu jingħataw perijodu transitorju biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ produtturi skond l-Artikolu 122. Sabiex jikkwalifikaw, dawk il-gruppi ta’ produtturi għandhom jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent maqsum f’fażijiet lill-Istat Membru rilevanti, li l-aċċettazzjoni tiegħu għandha timmarka l-bidu tal-perijodu transitorju msemmi fit-tieni subparagrafu u għandha tikkostitwixxi rikonoxximent preliminari. Il-perijodu transitorju m'għandux ikun ta' aktar minn ħames snin. 2. Qabel l-aċċettazzjoni tal-pjan ta' rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom u l-implikazzjonijiet finanzjarji probabbli tagħhom. Subsezzjoni III Estensjoni tar-regoli għall- produtturi f’żona ekonomika Artikolu 125f Estensjoni tar-regoli 1. F’każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix li topera f’żona ekonomika speċifika, rigward prodott speċifiku, titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni u tal-produtturi f’dik iż-żona, l-Istat Membru konċernat, fuq talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, jista’ jagħmel ir-regoli li ġejjin obbligatorji għall-produtturi stabbiliti f’dik iż-żona ekonomika li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni tal-produtturi: (a) ir-regoli msemmijin fl-Artikolu 125a(1)(a), (b) ir-regoli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 103c(2)(c). L-ewwel subparagrafu għandu japplika bil-kondizzjoni li dawk ir-regoli: (a) ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena waħda ta' kummerċjalizzazzjoni, (b) jiġu inklużi fil-lista eżawrjenti fl-Anness XVIa, (c) huma obbligatorji għall-perjodu massimu ta' tliet snin ta' kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, il-kondizzjoni li tissemma fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli konċernati jkunu dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness XVIa. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni. 2. Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, "żona ekonomika" tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni ħdejn xulxin jew qrib xulxin fejn il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni huma omoġeni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni lista ta’ żoni ekonomiċi. Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tapprova l-lista jew, wara konsultazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, għandha tiddeċiedi dwar l-emendi li dan ta' l-aħħar għandu jagħmel fiha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista approvata bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa. 3. Organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva skond it-tifsira tal-paragrafu 1 meta l-membri tagħha jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-produtturi fiż-żona ekonomika li fiha hija topera u hija tkopri mill-inqas 60 % tal-volum tal-produzzjoni ta’ dik iż-żona. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta jiġu kkalkulati dawn il-persentaġġi m’għandhomx jitqiesu l-produtturi jew il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti, sal- 31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u, mill- 1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007. 4. Ir-regoli li għandhom ikunu obbligatorji għall-produtturi kollha f'żona ekonomika speċifika: (a) m’għandhom jikkawżaw l-ebda dannu lill-produtturi l-oħra fl-Istat Membru konċernat jew fil-Komunità; (b) m’għandhomx japplikaw, sakemm ma jkopruhomx espressament, għal prodotti konsenjati għall-ipproċessar skond kuntratt iffirmat qabel il-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, ħlief ir-regoli dwar ir-rapportar tal-produzzjoni li jissemmew fl-Artikolu 125a(1)(a); (c) m’għandhomx ikunu inkompatibbli mar-regoli Komunitarji u nazzjonali fis-seħħ. 5. Ir-regoli jistgħu ma jkunux obbligatorji għall-produtturi ta’ prodotti organiċi koperti, sal- 31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u, mill- 1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 ħlief jekk tali miżura ma tkunx ġiet miftiehma minn ta’ l-inqas 50 % ta’ tali produtturi fiż-żona ekonomika fejn topera l-organizzazzjoni tal-produtturi u dik l-organizzazzjoni tkopri ta’ l-inqas 60 % ta’ tali produzzjoni ta’ dik iż-żona. Artikolu 125g Notifika L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bir-regoli li jkunu rrendu obbligatorji għall-produtturi kollha f’żona ekonomika speċifika skond l-Artikolu 125f(1). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn ir-regoli permezz tal-metodi li hija tikkunsidra xierqa. Artikolu 125h Tħassir ta’ l-estensjoni tar-regoli Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 125f(1): (a) fejn issib li l-estensjoni in kwistjoni għal produtturi oħrajn teskludi l-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern jew tipperikola l-kummerċ ħieles, jew li l-objettivi ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat jiġu kompromessi; (b) fejn issib li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħrajn. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk ir-regoli għandha tapplika biss mid-data ta’ tali sejba; (c) fejn, wara kontrolli, issib li ma kienx hemm konformità ma’ din is-subsezzjoni. Artikolu 125i Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri Fejn jiġi applikat l-Artikolu 125f(1), l-Istat Membru konċernat jista’ jiddeċiedi, meta jeżamina bir-reqqa l-evidenza ppreżentata, li l-produtturi li mhumiex membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni tal-produtturi għall-parti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi membri, sakemm dawn jintużaw biex ikopru: (a) spejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli msemmijin fl-Artikolu 125f(1); (b) l-ispejjeż għal riċerka, studji tas-suq u l-promozzjoni tal-bejgħ li jsiru mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni u li jibbenefikaw il-produtturi kollha f’dak il-qasam. Artikolu 125j Estensjoni tar-regoli ta'assoċjazzjonijijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, kwalunkwe referenza għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tiġi interpretata wkoll bħala referenza għal assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. Subsezzjoni IV Organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-frott u tal-ħaxix Artikolu 125k Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent 1. Jekk ikunu ġġustifikati mill-istrutturi ta’ l-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-frott u l-ħaxix, l-entitajiet ġuridiċi kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom li jagħmlu applikazzjoni xierqa, bil-kondizzjoni li: (a) iwettqu l-attività tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fl-Istat Membru konċernat; (b) jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-produzzjoni ta’, mill-kummerċ fi u/jew mill-ipproċessar tal-frott u tal-ħaxix u mill-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħaxix fir-reġjun jew reġjuni in kwistjoni u, fejn ikun involut aktar minn reġjun wieħed, jistgħu juru livell minimu ta’ rappreżentattività f’kull reġjun għall kull waħda mill-fergħat raggruppati; (c) iwettqu żewġ attivitajiet jew aktar minn dawk imsemmijin fl-Artikolu 123(3)(c); (d) ma jkunux huma stess jaħdmu fil-produzzjoni jew fl-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq tal-frott u l-ħaxix jew prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix; (e) ma jkunu involuti fl-ebda wieħed mill-ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma msemmijin fl-Artikolu 176a(4). 2. Qabel ma jikkonċedu r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu applikaw għal rikonoxximent, filwaqt li jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti dwar ir-rappreżentattività u l-attivitajiet varji tagħhom, flimkien ma’ kull tagħrif ieħor meħtieġ għall-valutazzjoni. Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għal rikonoxximent f'limitu ta' żmien ta' xahrejn wara n-notifika. 3. L-Istati Membri għandhom: (a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti rilevanti kollha ta' sostenn; (b) iwettqu kontrolli f’intervelli regolari sabiex jaċċertaw irwieħhom li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu konformi mat-termini u mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent, jimponu l-penali fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ nonkonformità jew ta’ irregolaritajiet dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn ikun meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent; (c) jirtiraw ir-rikonoxximent jekk: (i) il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent stabbiliti f’din is-subsezzjoni m’għadhomx jiġu sodisfatti; (ii) l-organizzazzjoni interprofessjonali tinvolvi ruħha f'kwalunkwe waħda mill-ftehim u prattika miftiehma msemmijin fl-Artikolu 176a(4), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe piena oħra li għandha tkun imposta skond il-liġi nazzjonali; (iii) l-organizzazzjoni interprofessjonali tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligu ta' notifika msemmi fl-Artikolu 176a(2); (d) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, b'kull deċiżjoni biex jingħata, jiġi rrifjutat jew jiġi irtirat ir-rikonoxximent. 4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li dwarhom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Bħala riżultat tal-kontrolli, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jirtira r-rikonoxximent. 5. Ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 123(3)(c), suġġetta għat-termini ta’ dan ir-Regolament. 6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti, bil-metodi li tqis li huma xierqa, fejn tindika l-isfera jew iż-żona ekonomika ta’ l-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet imwettqa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 125 l. L-irtirar tar-rikonoxximent għandu wkoll jiġi ppubblikat. Artikolu 125l Estensjoni tar-regoli 1. F’każijiet fejn organizzazzjoni interprofessjonali li tkun qed topera f’reġjun speċifiku jew f’reġjuni speċifiċi ta’ Stat Membru titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni ta’ jew tal-kummerċ fi jew ta’ l-ipproċessar ta’ prodott partikolari, l-Istat Membru kkonċernat, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni interprofessjonali, jista’ jagħmel wħud mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattika miftiehma li kien hemm qbil dwarhhom fi ħdan dik l-organizzazzjoni obbligatorji għal perijodu limitat għal operaturi oħra li joperaw fir-reġjun jew fir-reġjuni in kwistjoni, kemm jekk individwi jew gruppi, li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni. 2. Organizzazzjoni interprofessjonali għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva fis-sens tal-paragrafu 1 meta hija tkun tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni jew tal-kummerċ fi jew l-ipproċessar tal-prodott jew prodotti kkonċernati fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati ta’ Stat Membru. Meta l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħrajn tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni interprofessjonali għandha turi livell minimu ta’ rappreżentanza għal kull waħda mill-fergħat li hija tirraggruppa f’kull waħda mir-reġjuni kkonċernati. 3. Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħrajn: (a) għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin: (i) il-produzzjoni u r-rappurtar tas-suq, (ii) regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji jew nazzjonali, (iii) tħejjija ta' kuntratti standard kompatibbli mar-regoli Komunitarji, (iv) regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni, (v) regoli dwar li jkun imħares l-ambjent, (vi) miżuri li jippromwovu u jisfruttaw il-potenzjal tal-prodotti, (vii) miżuri li jipproteġu l-biedja organika kif ukoll id-deskrizzjoni ta’ oriġini, tabelli ta’ kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi; (b) għandhom ikunu ilhom fis-seħħ għal ta’ l-inqas sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni; (c) jistgħu jkunu obbligatorji għal mhux aktar minn tliet snin ta' kummerċjalizzazzjoni; (d) m’għandhom jikkawżaw l-ebda dannu lil operaturi oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-Komunità. Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness XVIa. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni. 4. Ir-regoli msemmijin fil-punti (a)(ii), (iv) u (v) tal-paragrafu 3 m’għandhomx ikunu għajr dawk stabbiliti fl-Anness XVIa. Ir-regoli li jissemmew fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal prodotti li kienu prodotti barra mir-reġjun speċifiku jew mir-reġjuni speċifiċi li jissemmew fil-paragrafu 1. Artikolu 125m Notifika u tħassir ta’ l-estensjoni tar-regoli 1. Skond l-Artikolu 125l(1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni r-regoli li huma jkunu rrendew obbligatorji għall-operaturi kollha f’reġjuni jew reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-regoli bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa. 2. Qabel ma r-regoli jiġu ppubblikati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 195 bi kwalunkwe notifika ta’ l-estensjoni tal-ftehim interprofessjonali. 3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru fil-każijiet li jissemmew fl-Artikolu 125h. Artikolu 125n Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri F’każijiet fejn ir-regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u fejn attività waħda jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 125l(3)(a) jiġu segwiti minn organizzazzjoni rikonoxxuta interprofessjonali u jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma relatati ma’ prodott wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent jista’ jiddeċiedi li l-individwi jew il-gruppi li ma jkunux membri ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallasu lill-organizzazzjoni il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha jew parti minnhom li jħallsu l-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet jkunu maħsuba biex ikopru spejjeż li saru direttament sabiex jitwettqu l-attivitajiet in kwistjoni."; 29) fl-Artikolu 127 għandu jiddaħħal il-punt li ġej: "(da) skond kif ikun il-każ, ir-regoli dwar organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi inkluża l-assistenza amministrattiva li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;"; 30) fl-Artikolu 130 għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin: "(fa) frott u ħaxix; (fb) frott u ħaxix ipproċessati;"; 31) għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 140a Sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul għas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati 1. Jekk l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju tat-tariffa doganali komuni tkun tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-konsenja importata, il-korrettezza ta' dan il-prezz għandha tkun verifikata bl-użu ta' rata fissa ta' valur ta' importazzjoni kkalkolat mill-Kummissjoni, skond il-prodott u l-oriġini, abbażi tal-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-prodott fis-suq rappreżentativ ta' l-importazzjoni ta' l-Istati Membri, jew fi swieq oħrajn, meta xieraq Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi biex tivverifika l-prezz ta’ dħul ta’ prodotti li ġew importati primarjament għall-ipproċessar. 2. Meta l-prezz iddikjarat ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni jkun ogħla mill-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa, miżjud b’marġni stabbilit mill-Kummissjoni li ma jistax jaqbeż il-valur b’rata fissa b’aktar minn 10 %, għandha tkun meħtieġa l-preżentazzjoni ta’ sigurtà daqs id-dazju fuq l-importazzjoni li ġie determinat abbażi tal-valur ta’ l-importazzjoni b’rata fissa. 3. Jekk il-prezz ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni ma jiġix iddikjarat fi żmien l-iżdoganar, ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni li għandha tiġi applikata għandha tiddependi fuq il-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa jew wieħed għandu jasal għaliha bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni."; 32) fl-Artikolu 141 (1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: 1. "Għall-importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, tal-frott u tal-ħaxix, tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, taċ-ċanga u tal-vitella, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tat-tjur u tal-banana għandu japplika dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni bir-rata tad-dazju stabbilita fl-Artikoli 135 sa 140a, sabiex jiġu evitati jew newtralizzati effetti negattivi fis-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:"; 33) Fl-Artikolu 153(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: "1. Ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista taz-zokkor biex jiġi raffinat ġiet iffissata għall-Komunità għal 2424735 tunnellata għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, espressi f’zokkor abjad."; 34) fl-Artikolu 160(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: 1. "Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar attiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar attiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żjut tal-mejda, il-frott u l-ħaxix, il-frott u l-ħaxix ipproċessati, iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd, il-laħam tat-tjur u l-alkoħol etiliku agrikolu. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha."; 35) il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 161(1): "(da) frott u ħaxix; (db) frott u ħaxix ipproċessati;"; 36) fl-Artikolu 174(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: 1. "Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar passiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar passiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, il-frott u l-ħaxix, il-frott u l-ħaxix ipproċessati, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha." 37) l-Artikolu 175 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 175 Applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat Ħlief kif previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tagħhom għandhom, suġġetti għall-Artikoli 176 sa 177 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika kollha msemmijin fl-Artikoli 81(1) u 82 tat-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni jew il-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament."; 38) għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 176a Ftehim u prattika miftiehma fis-settur tal-frott u tal-ħaxix 1. L-Artikolu 81(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali bil-għan li jwettqu l-attivitajiet li jissemmew fl-Artikolu 123(3)(c) ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss sakemm: (a) il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma ġew notifikati lill-Kummissjoni; (b) fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa l-Kummissjoni ma tkunx sabet li l-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattika miftiehma jkunu inkompatibbli mar-regoli tal-Komunità. 3. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma ma jistgħux jidħlu b'effett qabel ma jgħaddi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(b). 4. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma li ġejjin, ikun xi jkun il-każ, għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli Komunitarji: (a) ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jwasslu għal separazzjoni tas-swieq fi kwalunkwe forma fi ħdan il-Komunità; (b) ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb ta’ l-organizzazzjoni tas-suq; (c) ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma li jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika agrikola komuni li huma l-għan ta’ l-attività ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali; (d) ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma li jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet interprofessjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji speċifiċi; (e) ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma li jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni. 5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ xahrejn li jissemma fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha tadotta Deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma in kwistjoni. Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, ħlief jekk l-organizzazzjoni interprofessjonali tkun tat informazzjoni mhux korretta jew abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1. 6. Fil-każ ta’ ftehim pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madanakollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, tista’ toħroġ sejba ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin."; 39) l-Artikolu 179 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 179 Regoli implimentattivi fir-rigward ta’ ftehim u ta’ prattika miftiehma fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tat-tabakk Il-Kummissjoni tista’ tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 176a, 177 u 178, inklużi r-regoli li jikkonċernaw in-notifika u l-pubblikazzjoni."; 40) l-Artikolu 180 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 180 Applikazzjoni ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat Ħlief kif previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bl-eċċezzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 182 ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament." 41) l-Artikolu 182 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej: "2. Suġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, il-Finlandja tista' tagħti għajnuna għal ċerti kwantitajiet ta' żrieragħ, ħlief għall-żrieragħ tal-ħaxix ta' l-għalf (Phleum pratense L.), u għal ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ taċ-ċereali prodotti biss fil-Finlandja sa u inkluż il-ħsad ta’ l-2010. Sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2008, il-Finlandja għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar ir-riżultati ta’ l-għajnuna awtorizzata."; (b) għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: "5. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jħallsu l-għajnuniet ta' l-Istat taħt kwalunkwe skema eżistenti fir-rigward tal-produzzjoni ta’ u tal-kummerċ fil-patata, friska jew imkessħa, bil-kodiċi NM 0701 sal- 31 ta’ Diċembru 2011; 6. Fir-rigward tas-settur tal-frott u tal-ħaxix, l-Istati Membri jistgħu jħallsu għajnuna mill-Istat sal- 31 ta’ Diċembru 2010 skond il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-għajnuna mill-Istat titħallas biss lil produtturi tal-frott u tal-ħaxix li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi, li jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazzjoni rikonoxxutta tal-produtturi fejn jaċċettaw li għandhom japplikaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata; (b) l-ammont ta’ għajnuna mħallas lil tali produtturi mhix aktar minn 75 % ta’ l-appoġġ Komunitarju li jirċievu l-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata; kif ukoll (c) l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard, mill- 31 ta’ Diċembru 2010 dwar l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna mill-Istat, fejn janalizza partikolarment kemm l-għajnuna appoġġat lill-organizzazzjoni tas-settur. Il-Kummissjoni se teżamina r-rapport u tiddeċiedi jekk tagħmilx xi proposta xierqa."; 42) fl-Artikolu 184, għandu jiżdied il-punt li ġej: "(4) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal- 31 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni IVa tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II u fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II rigward organizzazzjonijiet tal-produtturi, fondi operattivi u programmi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix." 43) għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 203a Regoli transitorji fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati 1. L-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96 tat- 28 ta' Ottubru 1996 li jintroduċi skema Komunitarja ta' għajnuna għal produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru [] u li ġew aboliti bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta' kull wieħed mill-prodotti kkonċernati għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott li tintemm fl-2008. 2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li diġà huma rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu rikonoxxuti taħt dan ir-Regolament. Fejn ikun meħtieġ, sal- 31 ta’ Diċembru 2010 huma għandhom jagħmlu adattamenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi diġà rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom ikomplu jiġu rikonxxuti taħt dan ir-Regolament. 3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007: (a) jista’ jkompli għaddej sa tmiemu, jew (b) jiġi modifikat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jew (c) jinbidel bi programm operattiv ġdid approvat taħt dan ir-Regolament. L-Artikolu 103d(3)(e) u (f) għandu japplika għal programmi operattivi mressqa fl-2007 imma li għadhom ma ġewx approvati fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li mill-bqija jissodisfaw il-kriterji ta’ dawk il-punti. 4. Il-gruppi tal-produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dak ir-rikonoxximent preliminari taħt dan ir-Regolament. Il-pjani ta' rikonoxximent aċċettati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dik l-aċċettazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu, il-pjani għandhom ikunu modifikati, jekk ikun meħtieġ, sabiex il-grupp tal-produtturi jkun jista' jissodisfa l-kriterji għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 125b ta’ dan ir-Regolament. Fejn għandhom x’jaqsmu tali gruppi ta’ produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara, ir-rati ta’ l-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(a) għandhom japplikaw għal pjani ta’ rikonoxximent mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 5. Il-kuntratti li jissemmew fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 li jkopru aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-ipproċessar tal-frott ta’ ċitru li huma relatati mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tibda fl- 1 ta’ Ottubru 2008 jew ma’ snin sussegwenti ta’ kummerċjalizzazzjoni, bil-ftehim taż-żewġ partijiet, jistgħu jiġu emendati jew mitmuma sabiex jittieħed kont tat-tħassir ta’ dak ir-Regolament bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 u l-abolizzjoni konsegwenzjali ta’ l-għajnuna. M'għandhom jiġu applikati l-ebda penalitajiet taħt dak ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu għall-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta' tali emenda jew terminazzjoni. 6. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-arranġament transitorju skond l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jew skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima provduta għall-ipproċessar u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-prodotti lesti għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-materja prima maħsuda fit-territorju tiegħu. 7. Sakemm jiġu adottati standards ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-frott u tal-ħaxix f'konformità ma' l-Artikoli 113 u 113a, għandhom ikomplu japplikaw l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla skond ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 2201/96. 8. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffaċilita t-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96n (KE) Nru 2202/96 u (KE) Nru 1182/2007 għald awk stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi dawk previsti fil-paragrafi (1) sa (7) ta’ dan l-Artikolu. 44) l-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġej: (a) il-Parti XXI ta’ l-Anness I għandha tiġi emendata kif ġej: (i) il-punti taħt il-kodiċi-NM "05119931", "05119939" u "05119985" għandhom jitħassru; (ii) l-entrata taħt il-kodiċi-NM "1211" għandha tinbidel b'li ġej: "Pjanti u partijiet minnhom (inklużi żerriegħa u frott), ta' kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta' insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab bl-esklużjoni tal-prodotti elenkati taħt il-kodiċi-NM ex12119085 fil-Parti IX ta' dan l-Anness" (b) għandhom jiddaħħlu l-Annessi VIIa, VIIb u VIIc, li t-test tagħhom huwa dispost fl-Anness I ma' dan ir-Regolament; (c) fl-Anness VIII, il-punt VI għandu jinbidel b’dan li ġej: "VI. Fejn jiġi applikat l-Artikolu 59(2), l-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwoti aġġustati sa mhux aktar tard minn l-aħħar ta' Frar bil-għan li japplikawhom fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara."; (d) għandu jiddaħħal l-Anness XIa, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness II ma' dan ir-Regolament; (e) fil-punt III(1) ta’ l-Anness XIII, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Ħalib ittrattat bis-sħana li ma jikkonformaz mar-rekwiżiti ta' kontenut ta' xaħam stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) ta' l-ewwel subparagrafu għandu jkun ikkunsidrat bħala ħalib tax-xorb sakemm il-kontenut ta' xaħam huwa indikat b'mod ċar b'deċimali waħda u jinqara b'mod faċli fuq l-imballaġġ f'forma ta' "… % xaħam". Tali ħalib m'għandux jiġi deskritt bħala ħalib sħiħ, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat." (f) għandu jiddaħħal l-Anness XVIa, li t-test tiegħu hu dispost fl-Anness III ma' dan ir-Regolament; (g) l-Anness XXII għandu jiġi emendat skond l-Anness IV ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 għandu jinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 1 Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta' l-applikabbiltà ta' l-Artikoli 81 sa 86 u ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-produzzjoni, jew il-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k), u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 []. Artikolu 3 Tħassir 1. Ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 700/2007 u (KE) Nru 1182/2007 huma b'dan imħassra. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għandhom jinqraw skond it-tabelli rispettivi ta’ korrelazzjoni li jinsabu fl-Anness XXII ma' dak ir-Regolament. 2. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 449/69, (KEE) Nru 1467/69, (KEE) Nru 2511/69, (KEE) Nru 2093/70, (KEE) Nru 846/72, (KEE) Nru 1252/73, (KEE) Nru 155/74, (KEE) Nru 1627/75, (KEE) Nru 794/76, (KEE) Nru 1180/77, (KEE) Nru 10/81, (KEE) Nru 40/81, (KEE) Nru 3671/81, (KEE) Nru 1603/83, (KEE) Nru 790/89, (KEE) Nru 3650/90, (KEE) Nru 525/92, (KEE) Nru 3438/92, (KEE) Nru 3816/92, (KEE) Nru 742/93, (KEE) Nru 746/93, (KE) Nru 399/94, (KE) Nru 2241/2001 u (KE) Nru 545/2002 huma b'dan imħassra. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċcjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill- 1 ta’ Lulju 2008. Iżda: (a) il-punti 3, 4, 5, 8, 12 u 13 ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill- 1 ta’ Settembru 2008; (b) il-punti 9, 14 sa 19, 33 u 44 (b) u (c) ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill- 1 ta’ Ottubru 2008. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, 14 ta' April 2008. Għall-Kunsill Il-President I. Jarc [1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 248/2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6). [2] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). [3] ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1247/2007 (ĠU L 282, 26.10.2007, p. 1). [4] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). [5] ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1153/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 6). [6] ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1. [7] ĠU L 161, 22.6.2007, p. 1. [8] ĠU L 61, 12.3.1969, p. 2. Ir-Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3669/93 (ĠU L 338, 31.12.1993, p. 26). [9] ĠU L 197, 8.8.1969, p. 95. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2365/70 (ĠU L 257, 26.11.1970, p. 1). [10] ĠU L 318, 18.12.1969, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1130/89 (ĠU L 119, 29.4.1989, p. 22). [11] ĠU L 232, 21.10.1970, p. 5. [12] ĠU L 100, 27.4.1972, p. 3. [13] ĠU L 133, 21.5.1973, p. 113. [14] ĠU L 18, 22.1.1974, p. 97. [15] ĠU L 165, 28.6.1975, p. 9. [16] ĠU L 93, 8.4.1976, p. 3. [17] ĠU L 142, 9.6.1977, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2008/97 (ĠU L 284, 16.10.1997, p. 17). [18] ĠU L 1, 1.1.1981, p. 17. [19] ĠU L 3, 1.1.1981, p. 11. [20] ĠU L 367, 23.12.1981, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1555/84 (ĠU L 150, 6.6.1984, p. 4). [21] ĠU L 159, 17.6.1983, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1979/85 (ĠU L 186, 19.7.1985, p. 5). [22] ĠU L 85, 30.3.1989, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1825/97 (ĠU L 260, 23.9.1997, p. 9). [23] ĠU L 362, 27.12.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1468/97 (ĠU L 200, 29.7.1997, p. 1). [24] ĠU L 58, 3.3.1992, p. 1. [25] ĠU L 350, 1.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1600/96 (ĠU L 206, 16.8.1996, p. 45). [26] ĠU L 387, 31.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 (ĠU L 132, 16.6.1995, p. 8). [27] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 8. [28] ĠU L 77, 31.3.1993, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 952/97 (ĠU L 142, 2.6.1997, p. 30). [29] ĠU L 54, 25.2.1994, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3). [30] ĠU L 303, 20.11.2001, p. 8. [31] ĠU L 84, 28.3.2002, p. 1. [] ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1. [] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1). [] ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3). [] ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1. [] Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1)."; [] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)."; [] ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1933/2001 (ĠU L 262, 2.10.2001, p. 6)."; [] ĠU L 299, 16.11.2007. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 361/2008 (ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1)." -------------------------------------------------- ANNESS I " ANNESS VIIa KALKOLU TAL-PERSENTAĠĠ LI GĦANDU JIĠI STABBILIT SKOND IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 59(2) 1. Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "persentaġġ f'livell ta' Stat Membru" tfisser il-persentaġġ li għandu jiġi stabbilit skond il-punt 2 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità totali li għandha titnaqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru kkonċernat; (b) "persentaġġ komuni" tfisser il-persentaġġ komuni stabbilit mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 59(2); (c) "tnaqqis" tfisser iċ-ċifra miksuba bid-diviżjoni tat-total tal-kwoti rinunzjati fl-Istat Membru bil-kwoti nazzjonali kif ġew iffissati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl- 1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl- 1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità. 2. Il-persentaġġ fil-livell ta’ Stat Membru huwa ugwali għall-persentaġġ komuni multiplikat b’1 – [(1/0,6) × it-tnaqqis]. Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-persentaġġ applikabbli hu ugwali għal żero. ANNESS VIIb KALKOLU TAL-PERSENTAĠĠ APPLIKABBLI GĦALL-IMPRIŻI SKOND IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 59(2) 1. Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "persentaġġ applikabbli" tfisser il-persentaġġ li għandu jiġi stabbilit skond il-punt 2 u li japplika għall-kwota allokata lill-impriża kkonċernata; (b) "persentaġġ komuni f'livell ta’ Stat Membru" tfisser il-persentaġġ ikkalkulat għall-Istat Membru kkonċernat bħala: Qty/Σ [(1 – R/K) × Q] ma’ Qty = il-kwantità li għandha titnaqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru li jissemma fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIIa, R = ir-rinunzja li tissemma f’(c) għal impriża partikolari, Q = il-kwota ta’ l-istess impriża partikolari disponibbli fl-aħħar ta' Frar 2010, K = iċ-ċifra f’(d), Σ tirreferi għas-somma tal-prodott ta’ (1 – R/K) × Q ikkalkulata għal kull impriża li jkollha kwota fit-territorju ta l-Istat Membru; meta l-prodott ikun taħt iż-żero, għandu jkun daqs żero; (c) "rinunzja" tfisser iċ-ċifra miksuba billi l-kwantità tal-kwoti rinunzjati mill-impriża kkonċernata tkun diviża bil-kwota tagħha hekk kif ġiet allokata skond l-Artikoli 7 u 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-Artikolu 60(1) sa (3) ta' dan ir-Regolament. (d) "K" tiġi kkalkulata f’kull Stat Membru billi t-tnaqqis totali tal-kwota f'dak l-Istat Membru (ir-rinunzji volontarji flimkien mal-kwantità li għandha titnaqqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru li jissemma fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIIa) jiġi diviż bil-kwota inizjali tiegħu kif ġiet iffissata fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl- 1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl- 1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità. 2. Il-persentaġġ applikabbli huwa daqs il-persentaġġ komuni fil-livell ta’ Stat Membru multiplikat b’1 – [(1/K) × ir-rinunzja]. Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-persentaġġ applikabbli hu ugwali għal żero. ANNESS VIIc KALKOLU TAL-KOEFFIĊJENT LI GĦANDU JIĠI STABBILIT SKOND L-ARTIKOLU 52A(1) 1. Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "koeffiċjent f'livell ta’ Stat Membru" tfisser il-koeffiċjent li għandu jkun stabbilit skond il-punt 2; (b) "tnaqqis" tfisser iċ-ċifra miksuba billi r-rinunzja totali tal-kwoti taz-zokkor fl-Istat Membru, inklużi r-rinunzji fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar, tiġi diviża bil-kwoti nazzjonali taz-zokkor kif ġew iffissati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl- 1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl- 1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità; (c) "koeffiċjent" tfisser il-koeffiċjent stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 52(2). 2. Għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010, il-koeffiċjent f'livell ta’ Stat Membru għandu jkun daqs il-koeffiċjent miżjud bi [(1/0,6) × it-tnaqqis] × (1 – il-koeffiċjent). Fejn ir-riżultat ikun 'il fuq minn 1, il-koeffiċjent applikabbli hu ugwali għal 1. " -------------------------------------------------- ANNESS II "ANNESS XIa KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-LAĦAM TA’ ANNIMALI BOVINI LI GĦANDHOM 12-IL XAHAR JEW INQAS SKOND L-ARTIKOLU 113B I. Definizzjoni Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, "laħam" tfisser il-karkassi kollha, il-laħam bil-għadam jew mingħajr għadam, u l-intern, kemm jekk imqattgħin jew le, destinat għall-konsum mill-bniedem, miksub minn annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, ippreżentati friski, iffriżati jew surġelati, kemm jekk imgeżwra jew ippakkjati jew le. II. Klassifikazzjoni ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas fil-biċċerija Mal-qatla, l-annimali bovini kollha li għandhom 12-il xahar jew inqas għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti li tissemma fil-punt VII(1) ta’ dan l-Anness, f’waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin: (A) Kategorija V: annimali bovini li għandhom 8 xhur jew inqas Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V; (B) Kategorija Z: annimali bovini li għandhom iktar minn 8 xhur iżda mhux iktar minn 12-il xahar Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z. Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq abbażi ta’ l-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali bovini, jew fin-nuqqas ta’ dan, abbażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga [*]. III. Deskrizzjoni ta’ bejgћ 1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ hija l-isem li bih jinbiegħ l-oġġett ta’ l-ikel, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE. 2. Il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas għandu jiġi kkummerċjalizzat biss fl-Istati Membri bid-deskrizzjoni(jiet) tal-bejgħ li ġejja(ġejjin) stabbiliti għal kull Stat Membru: (A) Għal-laħam ta' l-annimali bovoni tal-kategorija V: Pajjiż ta' kummerċjalizzazzjoni | Deskrizzjonijiet ta' bejgħ li għandhom jintużaw | l-Belġju | veau, viande de veau/kalfsvlees/Kalbfleisch | l-Bulgarija | месо от малки телета | r-Repubblika Ċeka | telecí | d-Danimarka | lyst kalvekød | l-Ġermanja | Kalbfleisch | L-Estonja | vasikaliha | l-Greċja | μοσχάρι γάλακτος | Spanja | ternera blanca, carne de ternera blanca | Franza | veau, viande de veau | L-Irlanda | veal | L-Italja | vitello, carne di vitello | Ċipru | μοσχάρι γάλακτος | l-Latvja | teļa gaļa | l-Litwanja | veršiena | l-Lussemburgu | veau, viande de veau/Kalbfleisch | L-Ungerija | Borjúhús | Malta | vitella | L-Olanda | kalfsvlees | L-Awstrija | Kalbfleisch | l-Polonja | cielęcina | l-Portugall | vitela | r-Rumanija | carne de vițel | s-Slovenja | teletina | s-Slovakkja | teľacie mäso | l-Finlandja | vaalea vasikanliha/ljust kalvkött | L-Iżvezja | ljust kalvkött | r-Renju Unit | veal | (B) Għal-laħam ta' l-annimali bovini tal-kategorija Z: Pajjiż ta' kummerċjalizzazzjoni | Deskrizzjonijiet ta' bejgħ li għandhom jintużaw | l-Belġju | jeune bovin, viande de jeune bovin/jongrundvlees/Jungrindfleisch | l-Bulgarija | телешко месо | r-Repubblika Ċeka | hovězí maso z mladého skotu | d-Danimarka | kalvekød | l-Ġermanja | Jungrindfleisch | L-Estonja | Noorloomaliha | l-Greċja | νεαρό μοσχάρι | Spanja | ternera, carne de ternera | Franza | jeune bovin, viande de jeune bovin | L-Irlanda | rosé veal | L-Italja | vitellone, carne di vitellone | Ċipru | νεαρό μοσχάρι | l-Latvja | jaunlopa gaļa | l-Litwanja | jautiena | l-Lussemburgu | jeune bovin, viande de jeune bovin/Jungrindfleisch | L-Ungerija | növendék marha húsa | Malta | vitellun | L-Olanda | rosé kalfsvlees | L-Awstrija | Jungrindfleisch | l-Polonja | młoda wołowina | l-Portugall | vitelão | r-Rumanija | carne de tineret bovin | s-Slovenja | meso težjih telet | s-Slovakkja | mäso z mladého dobytka | l-Finlandja | vasikanliha/kalvkött | L-Iżvezja | kalvkött | r-Renju Unit | beef | 3. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jissemmew fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu ssupplimentati b'indikazzjoni ta’ l-isem jew b'deskrizzjoni tal-biċċiet tal-laħam jew ta’ l-intern ikkonċernat. 4. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-kategorija V fil-punt A tat-tabella li tidher fil-paragrafu 2 u kwalunkwe isem ġdid li ġej minn dawk id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għandhom jintużaw biss jekk jiġu sodisfatti ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Anness. B’mod partikolari, it-termini "veau", "telecí", "Kalb", "μοσχάρι", "ternera", "kalv", "veal", "vitello", "vitella", "kalf", "vitela" u "teletina" mgħandhomx jintużaw fdeskrizzjoni tal-bejgħ jew ikunu indikati fuq it-tikkettar tal-laħam ta annimali bovini li għandhom aktar minn 12-il xahar. IV. Informazzjoni obbligatorja fuq it-tikketta 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-Artikoli 13, 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-operaturi għandhom jittikkettaw il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas bl-informazzjoni li ġejja: (a) l-età ta’ l-annimali fil-mument tal-qtil, indikata, skond il-każ, fuq il-formola "età meta nqatlu: sa 8 xhur" fil-każ ta’ annimali li għandhom 8 xhur jew inqas, jew "età meta nqatlu: minn 8 sa 12-il xahar" fil-każ ta’ annimali li għandhom iktar minn 8 xhur iżda mhux iktar minn 12-il xahar; (b) id-deskrizzjoni tal-bejgħ skond il-punt III ta’ dan l-Anness. Madankollu, b’deroga mill-punt (a), f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, ħlief ir-rilaxx lill-konsumatur finali, l-operaturi jistgħu jissostitwixxu l-età tal-qatla bl-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija prevista fil-punt II ta’ dan l-Anness. 2. Fil-każ tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas li ġie ppreżentat għall-bejgħ mhux ippakkjat fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar kif għandha tkun indikata l-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1. V. Informazzjoni fakultattiva fuq it-tikketta L-operaturi jistgħu jissupplimentaw l-informazzjoni obbligatorja li tissemma fil-punt IV b’informazzjoni fakultattiva li tkun ġiet approvata skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 16 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. VI. Reġistrazzjoni F’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, sabiex jiggarantixxu l-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni tat-tikkettar li tissemma fil-punti IV u V, l-operaturi għandhom jirreġistraw b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja: (a) indikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni u d-data tat-twelid ta' l-annimali, f'livell ta' biċċerija biss; (b) indikazzjoni ta' numru ta' referenza li jagħmilha possibbli li tiġi stabbilita konnessjoni bejn, minn naħa, l-identifikazzjoni ta' l-annimali li minnhom joriġina l-laħam u, min-naħa l-oħra, id-deskrizzjoni ta' bejgħ, l-età mal-qatla u l-ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija mogħtija fuq it-tikketta tal-laħam; (c) indikazzjoni tad-data tal-wasla u tat-tluq ta' l-annimali u l-laħam fl-istabbiliment, li tiżgura li tkun stabbilita korrelazzjoni bejn il-wasliet u t-tluq. VII. Kontrolli uffiċjali 1. Qabel l- 1 ta’ Lulju 2008 l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tkun ivverifikata l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness u jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. 2. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu mill-awtorità jew mill-awtoritajiet kompetenti skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali [**]. 3. Flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha taċċerta ruħha li l-Istati Membri qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness. 4. L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu, fejn ikun meħtieġ, flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u fejn ikun applikabbli, ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri, kontrolli fil-post sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness qed jiġu implimentati. 5. Kwalunkwe Stat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettqu kontrolli għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-assistenza kollha meħtieġa li tista' teħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. VIII. Laħam importat minn pajjiżi terzi 1. Il-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il sena jew inqas li jiġi importat minn pajiżi terzi għandu jkun ikkummerċjalizzat fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u dan l-Anness. 2. L-operaturi minn pajjiż terz li jixtiequ jqiegħdu fis-suq Komunitarju laħam kif jissemma fil-paragrafu 1 għandhom jissuġġettaw l-attivitajiet tagħhom għal kontrolli mill-awtorità kompetenti maħtura minn dak il-pajjiż terz jew, fin-nuqqas ta’ dan, minn entità terza indipendenti. Il-entità indipendenti għandha tagħti l-assigurazzjoni kollha ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istandard Ewropew EN 45011 jew fil-Gwida ta’ l-ISO/IEC 65 ("Rekwiżiti ġenerali għall-entitajiet li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti"). 3. L-awtorità kompetenti maħtura, jew fejn ikun applikabbli, l-entità terza indipendenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 113b u dan l-Anness jiġu sodisfatti. IX. Penali Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 194 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali lill-Kummissjoni sa l- 1 ta’ Lulju 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom." [*] ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). [**] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4). -------------------------------------------------- ANNESS III "ANNESS XVIA LISTA KOMPLUTA TA’ REGOLI LI JISTGĦU JIĠU ESTIŻI GĦAL PRODUTTURI MHUX MEMBRI SKOND L-ARTIKOLU 125F U L-ARTIKOLU 125L 1. Regoli rigward tagħrif dwar il-produzzjoni (a) dikjarazzjoni dwar l-intenzjonijiet ta’ tkabbir, skond il-prodott u fejn xieraq skond il-varjetà; (b) dikjarazzjoni dwar żrigħ u pjantaġġuni; (c) dikjarazzjoni dwar it-total ta' żoni kkultivati, skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà; (d) dikjarazzjoni dwar it-tunellaġġ antiċipat u d-dati probabbli tal-ħsad skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà; (e) dikjarazzjoni perjodika tal-kwantitajiet maħsuda u l-ħażniet disponibbli, skond il-varjetà; (f) tagħrif dwar il-kapaċitajiet ta' ħażna. 2. Regoli ta' produzzjoni (a) għażla taż-żrieragħ li għandhom jintużaw skond id-destinazzjoni maħsuba (suq frisk/proċessar industrijali); (b) tnaqqija fl-imsaġar. 3. Regoli ta' kummerċjalizzazzjoni (a) dati speċifikati biex jibda l-ħsad, skaljonar tat-tqegħid fis-suq; (b) rekwiżiti minimi ta’ kwalità u ta’ daqs; (c) preparazzjoni, preżentazzjoni, ippakkjar u mmarkar fl-ewwel stadju tal-kummerċjalizzazzjoni; (d) indikazzjoni ta' l-oriġini tal-prodott. 4. Regoli dwar il-ħarsien ta' l-ambjent (a) użu tal-fertilizzant u d-demel; (b) użu tal-prodotti għas-saħħa tal-pjanti u metodi għall-ħarsien ta’ l-għelejjel; (c) kontenut massimu tar-residwi fil-frott u l-ħaxix ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti u l-fertilizzanti; (d) regoli dwar ir-rimi ta’ prodotti sekondarji u materjal użat; (e) regoli dwar prodotti mneħħija mis-suq. 5. Regoli dwar il-promozzjoni u l-komunikazzjoni fil-kuntest ta' prevenzjoni u maniġġar ta' kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 103c(2)(c)." -------------------------------------------------- ANNESS IV EMENDI LI JIKKONĊERNAW L-ANNESS XXII MAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1234/2007 1. Fit-tabella li tidher taħt il-punt 4 dwar ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75, il-filliera li tindika l-korrelazzjoni bejn l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha tinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 31(1)(e)" | 2. Fit-tabella li tidher taħt il-punt 26 dwar ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999, il-fillieri li jindikaw il-korrelazzjoni bejn l-Artikoli 6 sa l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rispettivi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandhom jinbidlu b'dan li ġej: "Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu | Artikoli 15(1) u 22 | Artikolu 6(1) it-tieni u t-tielet subparagrafu | Artikolu 15(2) | Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a), l-ewwel inċiż | Artikolu 10(1)(e) | Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a), it-tieni u t-tielet inċiżi u l-punt (b) | Artikolu 10 flimkien ma' l-Artikolu 43(a) | Artikolu 6(2) it-tieni subparagrafu | Artikolu 10 flimkien ma' l-Artikolu 43(a) | Artikolu 6(3) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 28(a) | Artikolu 6(3) it-tieni subparagrafu | Artikolu 29 | Artikolu 6(3) it-tielet subparagrafu | Artikolu 43(d)(i) | Artikolu 6(3) ir-raba’ subparagrafu | Artikolu 43(d)(iii) | Artikolu 6(4) l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu l-ewwel sentenza | Artikolu 25 u 43(f) | Artikolu 6(4) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 43(d)(iii) | Artikolu 6(5) | — | Artikolu 6(6) | Artikolu 6(2)(b) u (c) | Artikolu 7(1) l-ewwel subparagrafu | Artikoli 10(1)(f), 16 l-ewwel paragrafu u 43(a) | Artikolu 7(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 23 u 43(a) | Artikolu 7(1) it-tielet subparagrafu | Artikolu 43(l) | Artikolu 7(2) | Artikolu 16 it-tieni paragrafu | Artikolu 7(4) | Artikolu 25 u (43)(e) | Artikolu 8(1) | Artikolu 28(b) | Artikolu 8(2) u (3) | Artikolu 30 u 43(d)(i) u (iii) | Artikolu 9(1) | Artikoli 31(1)(d) u 36(1) | Artikolu 9(2) | Artikolu 31(2) | Artikolu 9(3) | Artikolu 43(d)(iii) | Artikolu 9(4) | Artikolu 36(2)" | (3) Fit-tabella li tidher taħt il-punt 30 dwar ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001, il-filliera li tindika l-korrelazzjoni bejn l-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha tinbidel b'dan li ġej: "Artikolu 12 | Artikoli 31(1)(f) u 38" | (4) Fit-tabella li tidher taħt il-punt 40 dwar ir-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-filliera rigward l-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament: "Artikolu 19a | Artikolu 52a" | (5) Għandhom jiżdiedu t-tabelli li ġejjin. "45. Regolament (KE) Nru 700/2007 Regolament (KE) Nru 700/2007 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 113b(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 1(3) | Artikolu 113b(2) | Artikolu 2 | Punt I. ta' l-Anness XIa | Artikolu 3 | Punt II. ta' l-Anness XIa | Artikolu 4 | Punt III. ta' l-Anness XIa | Artikolu 5 | Punt IV. ta' l-Anness XIa | Artikolu 6 | Punt V. ta' l-Anness XIa | Artikolu 7 | Punt VI. ta' l-Anness XIa | Artikolu 8 | Punt VII. ta' l-Anness XIa | Artikolu 9 | Punt VIII. ta' l-Anness XIa | Artikolu 10 | Punt IX. ta' l-Anness XIa | Artikolu 11(1) | Artikolu 121 l-ewwel paragrafu, punt (j) | Artikolu 11(2) | Artikolu 121 it-tieni paragrafu | Artikolu 12 | Artikolu 195 | Artikolu 13 | Artikolu 113b(1) it-tieni subparagrafu | 46. Regolament (KE) Nru 1182/2007 Regolament (KE) Nru 1182/2007 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1 l-ewwel paragrafu | Artikolu 1(1)(i) u (j) | Artikolu 1 it-tieni paragrafu | Artikolu 1(4) | Artikolu 2(1) | Artikolu 113a(1) | Artikolu 2(2) | Artikolu 113(1)(b) u (c) | Artikolu 2(3) | Artikolu 113(2)(a)(ii) | Artikolu 2(4)(a) | Artikolu 121(a) | Artikolu 2(4)(b) | Artikolu 113(2)(a) | Artikolu 2(4)(c) | Artikolu 113(2)(b) | Artikolu 2(5) | Artikolu 113a(2) | Artikolu 2(6) | Artikolu 113a(3) | Artikolu 2(7) | Artikolu 203a(7) | Artikolu 3(1)(a) | Artikolu 122(a) u (b) | Artikolu 3(1)(b) | Artikolu 125b(1)(a) | Artikolu 3(1)(c)(i) | Artikolu 122(c)(ii) | Artikolu 3(1)(c)(ii) | Artikolu 122(c)(i) | Artikolu 3(1)(c)(iii) | Artikolu 122(c)(iii) | Artikolu 3(1)(d) | Artikolu 125a(1) kliem introduttorju | Artikolu 3(1)(e) | Artikolu 122 | Artikolu 3(2)-(5) | Artikolu 125a | Artikolu 4 | Artikolu 125b | Artikolu 5 | Artikolu 125c | Artikolu 6 | Artikolu 125d | Artikolu 7(1) u (2) | Artikolu 125e | Artikolu 7(3)-(5) | Artikolu 103a | Artikolu 8 | Artikolu 103b | Artikolu 9 | Artikolu 103c | Artikolu 10 | Artikolu 103d | Artikolu 11 | Artikolu 103e | Artikolu 12 | Artikolu 103f | Artikolu 13 | Artikolu 103g | Artikolu 14 | Artikolu 125f | Artikolu 15 | Artikolu 125g | Artikolu 16 | Artikolu 125h | Artikolu 17 | Artikolu 125i | Artikolu 18 | Artikolu 125j | Artikolu 19 | Artikolu 184(4) | Artikolu 20 | Artikolu 123(3) | Artikolu 21 | Artikolu 125k | Artikolu 22 | Artikolu 176a | Artikolu 23 | Artikolu 125l | Artikolu 24 | Artikolu 125m | Artikolu 25 | Artikolu 125n | Artikolu 26 | Artikolu 128 | Artikolu 27 | Artikolu 129 | Artikolu 28 | Artikolu 130(1)(fa) u (fb) | Artikolu 29 | Artikolu 131 | Artikolu 30 | Artikolu 132 | Artikolu 31 | Artikolu 133 | Artikolu 32 | Artikolu 134 | Artikolu 33 | Artikolu 135 | Artikolu 34 | Artikolu 140a | Artikolu 35(1)-(3) | Artikolu 141 | Artikolu 35(4) | Artikolu 143 | Artikolu 36 | Artikolu 144 | Artikolu 37 l-ewwel paragrafu | Artikolu 145 | Artikolu 37 t-tieni paragrafu, il-punti (a), (b) u (c) | Artikolu 148 | Artikolu 38 | Artikolu 159 | Artikolu 39 | Artikolu 160 | Artikolu 40 | Artikolu 161(1)(da) u (db) | Artikolu 41 | Artikolu 174 | Artikolu 42(a)(i) | Artikolu 121(a) | Artikolu 42(a)(ii) | Artikolu 113a(3) | Artikolu 42(a)(iii) | Artikolu 121(a)(i) | Artikolu 42(a)(iv) | Artikolu 121(a)(ii) | Artikolu 42(a)(v) | Artikolu 121 (a)(iii) | Artikolu 42(b)(i) | Artikolu 127(e) | Artikolu 42(b)(ii) | Artikolu 103h(a) | Artikolu 42(b)(iii) | Artikolu 103h(b) | Artikolu 42(b)(iv) | Artikolu 103h(c) | Artikolu 42(b)(v) | Artikolu 103h(d) | Artikolu 42(b)(vi) | Artikolu 103h(e) | Artikolu 42(c) | Artikoli 127 u 179 | Artikolu 42(d)-(g) | Artikolu 194 | Artikolu 42(h) | Artikoli 134, 143(b) u 148 | Artikolu 42(i) | Artikolu 192 | Artikolu 42(j) | Artikolu 203a(8) | Artikolu 43 l-ewwel paragrafu | Artikoli 1(4) u 180 | Artikolu 43 it-tieni paragrafu, il-punt (a) | Artikolu 182(5) | Artikolu 43, it-tieni paragrafu, il-punt (b) | — | Artikolu 43 t-tieni paragrafu, il-punt (c) | Artikolu 182(6) | Artikolu 44 | Artikolu 192 | Artikolu 45 | Artikolu 190 | Artikoli 46-54 | — | Artikolu 55 | Artikolu 203a(1)-(6)" | --------------------------------------------------