32008R0182


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 182/2008 tat- 28 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1146/2007 li jadotta pjan ta' allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2008 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

 ĠU L 56, 29.2.2008, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 182/2008

tat- 28 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1146/2007 li jadotta pjan ta' allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2008 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar OKS Singolu) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 43(g) tiegħu,

Billi:

(1) Fid-dawl taż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet ta' l-ikel matul it-tieni nofs ta' l-2007, ir-riżorsi finanzjarji li tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri għall-pjan annwali ta' tqassim għall-2008 fil-baġit finali kienu akbar mir-riżorsi previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2007 [2]. Dawn ir-riżorsi li saru disponibbli reċentement għandhom ikunu allokati lill-Istati Membri abbażi ta' l-applikazzjonijiet u l-ħtiġijiet tagħhom skond l-Artikoli 1(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad- 29 ta’ Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità [3].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1146/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1146/2007 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc Demarty

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

[1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[2] ĠU L 257, 3.10.2007, p. 3.

[3] ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1127/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 18).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1146/2007 huma emendati kif ġej:

(1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) it-tabella fil-punt (a) għandha tinbidel b'din li ġejja:

(f'EUR) |

"Stat Membru | It-tqassim |

Belgique/België | 8461691 |

България | 7007310 |

Česká republika | 155443 |

Eesti | 192388 |

Éire/Ireland | 155965 |

Elláda | 13228830 |

España | 50419083 |

France | 50982533 |

Italia | 69614288 |

Latvija | 153910 |

Lietuva | 4456991 |

Luxembourg | 81091 |

Magyarország | 8169224 |

Malta | 378242 |

Polska | 49971042 |

Portugal | 13182946 |

România | 24258046 |

Slovenija | 1499216 |

Suomi/Finland | 2741323 |

Total | 305109562" |

(b) it-tabella fil-punt (b) għandha tinbidel b'din li ġejja:

tunnellati |

"Stat Membru | Zokkor |

Belgique/België | 4154 |

България | 6385 |

Česká republika | 67 |

España | 6500 |

France | 3718 |

Italia | 7000 |

Lietuva | 2889 |

Magyarország | 1620 |

Malta | 397 |

Polska | 15552 |

Portugal | 1707 |

România | 15898 |

Slovenija | 806 |

Total | 66693" |

(2) Fl-Anness II, it-tabella għandha tinbidel b'din li ġejja:

(f'EUR) |

"Stat Membru | Ċereali | Ross | Trab tal-ħalib xkumat |

Belgique/België | 2120960 | 800000 | 3300000 |

България | 2086200 | 1789818 | |

Česká republika | 36472 | | 81843 |

Eesti | 182358 | | |

Éire/Ireland | | | 147834 |

Elláda | 4535189 | | 8003986 |

España | 11144100 | 1800000 | 32030700 |

France | 8718857 | 5225181 | 32770000 |

Italia | 13514624 | 3000000 | 46438083 |

Latvija | 145886 | | |

Lietuva | 1633305 | 734782 | 706455 |

Luxembourg | | | 76864 |

Magyarország | 5713309 | | 1328373 |

Malta | 62275 | 25078 | 99189 |

Polska | 16569956 | | 24058983 |

Portugal | 1267856 | 1493221 | 8995335 |

România | 16106356 | | |

Slovenija | 181553 | 107523 | 782637 |

Suomi/Finland | 1724960 | | 873450 |

Total | 85744216 | 14975604 | 159693732" |

(3) L-Anness III għandu jinbidel b’dan li ġej:

"ANNESS III

Trasferimenti fi ħdan il-Komunità awtorizzati fil-qafas tal-pjan għall-baġit ta' l-2008

| Il-kwantità (f’tunnellati) | Id-detentur | Id-destinatarju |

1. | 3718 | BIRB, Belgique | ONIGC, France |

2. | 2889 | BIRB, Belgique | The Lithuanian Agricultural and Food Products Market regulation Agency, Lietuva |

3. | 6385 | MVH, Magyarország | ДФЗ, България |

4. | 15552 | MVH, Magyarország | ARR, Polska |

5. | 15898 | MVH, Magyarország | APIA, România |

6. | 806 | MVH, Magyarország | AAMRD, Slovenija |

7. | 397 | AGEA, Italia | National Research and Development Centre, Malta |

8. | 1707 | FEGA, España | INGA, Portugal" |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet