Deċiżjoni Nru 1352/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 348, 24.12.2008, p. 128–129 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Deċiżjoni Nru 1352/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas- 16 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 151(5), l-ewwel daħla tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Li jagħtu deċiżjoni b’konformità mal-proċedura indikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1],
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 [2] stabbiliet il-Programm Kultura għall-perjodu 2007-2013.
(2) L-Artikolu 8(3), tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE, jistipula li miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programm minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, jiġifieri skond il-proċedura konsultattiva stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [3].
(3) Dan il-kliem tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE jirriżulta b'mod partikolari f'li deċiżjonijiet oħra ta’ għażla li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Deċiżjoni jiġu soġġetti għall-proċedura konsultattiva u għad-dritt ta' skrutinju mill-Parlament Ewropew.
(4) Madanakollu dawn il-deċiżjonijiet ta’ selezzjoni jikkonċernaw prinċipalment proġetti qosra li għandhom ċiklu ta' ħajja li mhux kompatibbli ma' proċeduri twal ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ma jinvolvux teħid ta’ deċiżjonijiet politikament sensittivi.
(5) Dawn il-modalitajiet ta’ proċedura jżidu minn xahrejn għal tliet xhur fil-proċess ta’ allokazzjoni tas-sussidji lill-kandidati. Dawn iwasslu għal ħafna dewmien għall-benefiċjarji ta’ l-allokazzjonijiet, jitfgħu piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjoni tal-programm u ma jiġġenerawx valur miżjud meta titqies in-natura tal-għotjiet mogħtija.
(6) Sabiex tkun possibbli implimentazzjoni aktar mgħaġġla u aktar effikaċi tad-deċiżjonijiet ta’ għażla, huwa meħtieġ li l-proċedura konsultattiva tiġi sostitwita minn obbligu fuq il-Kummissjoni li mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri dwar kwalunke miżura meħuda sabiex tiġi implimentata d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE mingħajr l-għajnuna ta' kumitat,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) L-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 u lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet l-oħra kollha ta' selezzjoni li tkun ħadet għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, fi żmien jumejn ta' xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija. Din l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjonijiet u analiżi ta' l-applikazzjonijiet irċevuti, deskrizzjoni tal-proċedura ta' selezzjoni u ta' evalwazzjoni, u l-listi kemm tal-proġetti proposti għal finanzjament kif ukoll ta’ dawk li ġew rifjutati."
(2) L-Artikolu 9(3) għandu jitħassar.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ta' din id-Deċiżjoni sal- 25 ta' Ġunju 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. Pöttering
Għall-Kunsill
Il-President
B. Le Maire
[1] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2008.
[2] ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.
[3] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
--------------------------------------------------
| Fuq |