32008D0439


Titolu u referenza

2008/439/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE dwar l- octroi de mer fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi

 ĠU L 155, 13.6.2008, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Deċiżjoni tal-Kunsill

tad- 9 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE dwar l-octroi de mer fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi

(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)

(2008/439/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE ta’ l- 10 ta’ Frar 2004 dwar l-octroi de mer fid-dipartimenti Barranin Franċiżi u li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 89/688/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi japplikaw eżenzjonijiet jew rata mnaqqsa ta’ l-octroi de mer għal ċerti prodotti maħduma lokalment fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi li jidhru fl-Anness tagħha. Id-differenzjal massimu awtorizzat huwa, skond il-prodotti u d-Dipartiment Barrani konċernat, ta’ 10, 20 jew 30 punt perċentwali.

(2) Dik id-Deċiżjoni tipprovdi l-aġġornament ta’ listi ta’ prodotti li jidhru fl-Anness tagħha minħabba l-eżistenza ta’ produzzjoni ġdida fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi jew l-adozzjoni ta’ miżuri urġenti fil-każ li l-produzzjoni lokali tiġi mhedda minn ċerti prattiċi kummerċjali.

(3) L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw lill-Kummissjoni talba għall-aġġornament tal-lista ta’ prodotti li jistgħu jkunu eliġibbli għal tassazzjoni differenzjali, u dan biż-żieda ta’ prodotti ġodda. Għal kull wieħed mill-prodotti kkonċernati, it-talba ta’ l-awtoritajiet Franċiżi ġiet eżaminata fir-rigward ta’ l-kondizzjonijiet stabbiliti mid-Deċiżjoni 2004/162/KE. Dawn il-prodotti ġodda jirriżultaw minn produzzjoni ġdida fil-Gujana Franċiża sussegwentement biss għat-talba ta’ l-awtoritajiet Franċiżi datata l- 14 ta’ Marzu 2003 li tat lok għad-Deċiżjoni 2004/162/KE. Dawn il-prodotti għalhekk ma setgħux jiġu inklużi fil-listi tal-prodotti li jidhru fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. Hija għalhekk sodisfatta waħda miż-żewġ kondizzjonijiet alternattivi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(4) Jeħtieġ għalhekk li jiġi eżaminat l-iżvantaġġ li għandhom dawn il-prodotti ġodda fil-konfront tal-prodotti importati, minħabba ż-żieda fl-ispejjeż ta’ produzzjoni mġarrba mill-impriżi (li sikwit huma żgħar ħafna) li jeżerċitaw attività ta’ produzzjoni fil-Gujana Franċiża. L-ispejjeż akbar ġejjin l-aktar minħabba l-bogħod, il-klima diffiċli u ċ-ċokon tas-suq lokali. Barra minn hekk, il-bogħod iwassal għal spejjeż ta’ trasport akbar u, minħabba żmien itwal tat-twassil, iġiegħel lill-impriżi jżommu stokk akbar ta’ materja prima u partijiet sfużi għat-tiswija tal-magni wżati fil-manifattura. Fl-istess waqt, iċ-ċokon tas-suq lokali spiss ifisser li l-mezzi tal-produzzjoni huma fuq skala akbar milli meħtieġ għall-kwantitajiet prodotti. L-awtoritajiet Franċiżi għamlu stima ta’ l-iżvantaġġ li għandha kull kategorija ta’ prodotti maħduma lokalment skond il-fatturi rilevanti għal kull waħda minnhom.

(5) F’Ottubru 2003, ġiet stabbilita impriża ġdida u bdiet il-produzzjoni ta’ jogurt u prodotti oħra tal-ħalib bħall-ġobon moxx (intestatura 0403 li tinkludi is-subintestaturi 040310 u 040390 li jsegwu l-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni). Madankollu, kienet biss il-produzzjoni tal-jogurt (intestatura 040310 skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni) ġiet prevista fid-data tat-talba inizjali, li kienet qabel il-bidu ta’ l-attività tal-produzzjoni. Ħareġ li l-attività mwettqa mill-impriża tinkludi wkoll il-prodotti ta’ l-intestatura 040390. Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-kost tal-prodotti kkonċernati maħduma lokalment huwa ogħla b’aktar minn 20 % minn dak ta’ prodotti simili li jkunu ġejjin minn barra. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Giana, l-intestatura 040390 tiddaħħal fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ għoxrin punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi.

(6) F’Settembru 2005, impriża bdiet attività ta’ l-inkaljar tal-kafè. Fl-istess waqt, għaddej il-proċess sabiex tinbeda attività agrikola li tipproduċi l-kafè nej, liema attività għandha tipprovdi l-materja prima għall-impriża ta’ l-inkaljar. Dawn l-attivitajiet, komplessivament kunsidrati, huma eventwalment mistennija jissodisfaw parti mid-domanda għall-kafè fil-Gujana Franċiża. Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-kost tal-kafè inkaljat lokalment huwa ogħla b’aktar minn 20 % minn dak tal-kafè inkaljat importat. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Giana, il-kafè inkaljat (intestatura 090121, skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni) jiddaħħal fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ għoxrin punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi.

(7) Fil-bidu ta’ l-2006, impriża bdiet attività ta’ produzzjoni ta’ ċikkulata u ta’ prodotti li ġejjin mill-kawkaw (intestaturi 04031801, 1802, 1803, 1805 u 1806 skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni). Parallelment, għaddej il-proċess sabiex tinbeda attività agrikola li tipproduċi l-kawkaw. Dawn l-attivitajiet, komplessivament kunsidrati, huma eventwalment mistennija jissodisfaw parti mid-domanda għaċ-ċikkulata fil-Gujana Franċiża. Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-kost taċ-ċikkulata u tal-prodotti li ġejjin mill-kawkaw maħduma lokalment huwa ogħla b’aktar minn 20 % minn dak ta’ prodotti simili li jkunu ġejjin minn barra. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Giana, l-intestaturi 1801, 1802, 1803, 1805 u 1806 jiġu inklużi fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ għoxrin punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi.

(8) F’Settembru 2005, inħolqot impriża li bdiet attività ta’ produzzjoni ta’ chips tal-kassava u tal-banana, u karawett inkaljat (intestaturi 200811 u 200899, skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni). Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-kost tal-prodotti kkonċernati maħduma lokalment huwa ogħla b’aktar minn 20 % minn dak ta’ prodotti simili li jkunu ġejjin minn barra. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Gujana Franċiża, l-intestaturi 200811 u 200899 jiġu inklużi fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ għoxrin punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi.

(9) Impriża tal-produzzjoni tal-birra, maħluqa fl-2006, bdiet fl-2007 il-produzzjoni tal-birra (intestatura 2203 skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni). Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-kost tal-birra prodotta lokalment huwa ogħla b’aktar minn 30 % minn dak ta’ birra importata. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Gujana Franċiża, l-intestatura 2203 tiddaħħal fil-Parti Ċ ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ 30 punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi.

(10) Fl-2005, impriża Gujaniża bdiet attività ta’ rkupru tal-fdalijiet tal-ħbub tar-ross għall-użu fil-manifattura ta’ prodott li jixbah lill-pit (karburant, mifrex għall-annimali). Din l-attività ġdida ma tkunx eknomikament vijabbli sakemm il-pit prodott barra l-Gujana Franċiża (intestatura 2703 skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni) ma tkunx suġġetta għal differenzjal ta’ tassazzjoni fil-Gujana Franċiża. Fil-fatt, skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, minkejja li dan huwa prodott maħdum mill-iskart agrikolu, l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar huma tali li ma jistax jikkompeti mal-pit importat fil-Gujana Franċiża, anki jekk jitqiesu l-ispejjeż tat-trasport. Skond l-awtoritajiet Franċiżi, l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ dan il-prodott huma bil-wisq ogħla minn dawk għall-pit minħabba d-daqs ċkejken tan-negozju Gujaniż li żviluppah (sitt impjegati) u n-natura kważi artiġjanali ta’ din l-attività, filwaqt li l-pit huwa prodott industrijalment fl-Ewropa. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda produzzjoni lokali tal-pit fil-Gujana Franċiża. Anki jekk jitqiesu l-ispejjeż tat-trasport tal-pit importat mill-Ewropa, il-prezz tal-kost ta’ prodott maħdum mill-ħbub tar-ross jibqa’ ogħla minn dak tal-pit importat. Mingħajr miżuri spejali, l-attività ta’ din l-impriża Gujaniża ma tkunx ekonomikament vijabbli, u għalhekk il-ħtieġa li tiġi stabbilita mill-ġdid il-kompetittività tagħha. Sabiex jiġi kkumpensat l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida li tikkompeti mal-pit, jeħtieġ li, għall-Gujana Franċiża, l-intestatura 2703 tiddaħħal fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ għoxrin punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi. Minkejja li limitata għall-pit, id-differenzjal se jippermetti li titkompla din l-attività marbuta mal-produzzjoni tal-karburant ġdid lokali, li jiġi intaxxat bir-rata li jkun suġġett għalih il-pit prodott lokalment kieku kienet teżisti tali produzzjoni.

(11) Fil-bidu ta’ l-2005, impriża Gujaniża bdiet attività ta’ produzzjoni ta’ saqqijiet tal-foam u prodotti tal-polistirene (intestatura 392111 u 940421 skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni). Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-kost tal-prodotti kkonċernati maħduma lokalment huwa ogħla b’aktar minn 20 % minn dak ta’ prodotti simili li jkunu ġejjin minn barra. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Giana, l-intestaturi 392111 u 940421 jiġu inklużi fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ 20 punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi.

(12) Fil-bidu ta’ l-2005, impriża Gujaniża bdiet attività ta’ produzzjoni ta’ kubikoli tad-doċċa tal-PVC (intestatura 392110 u 940421 skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni). Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-kost tal-kubikoli tad-doċċa maħduma lokalment huwa ogħla b’aktar minn 20 % minn dak ta’ prodotti simili li jkunu ġejjin minn barra. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Gujana Franċiża, l-intestatura 392210 tiddaħħal fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ 20 punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi.

(13) Fl-2007, impriża Gujaniża bdiet il-produzzjoni ta’ mwieżeb taż-żingu u tar-ramm (intestaturi 7411, 7412, 741991, 79070010 u 79070090 skond il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni) Skond it-tagħrif mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi, il-prezz tal-prodotti kkonċernati maħduma lokalment huwa ogħla b’aktar minn 20 % minn dak ta’ prodotti simili li jkunu ġejjin minn barra. Sabiex l-iżvantaġġ ta’ din il-produzzjoni lokali ġdida jiġi kkumpensat, jeħtieġ li, għall-Gujana Franċiża, l-intestaturi 7411, 7412, 741991, 79070010 u 79070090 jiġu inklużi fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2004/16/KE, li fiha l-lista tal-prodotti lokali li jistgħu jgawdu minn differenzjal ta’ tassazzjoni ta’ 20 punt perċentwali meta mqabbla mal-prodotti mhux prodotti fid-Dipartimenti Barranin Franċiżi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2004/162/KE huwa b’dan emendat skond l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Cotman

[1] ĠU L 52, 21.2.2004, p. 64.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness mad-Direttiva 2004/162/KE huwa b’ dan emendat kif ġej:

(1) Fil-Parti B, punt 2, għandhom jiġu inseriti l-prodotti li ġejjin:

"040390, 090121, 1801, 1802, 1803, 1805, 1806, 200811, 200899, 2703, 392111, 392210, 7411, 7412, 741991, 79070010, 79070090 u 940421".

(2) Fil-Parti Ċ, punt 2, għandu jiġi inserit l l-il prodott li ġej:

"2203".

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet