32008D0321


Titolu u referenza

2008/321/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' April 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)

 ĠU L 109, 19.4.2008, p. 35–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat- 8 ta' April 2008

li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)

(it-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2008/321/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal- 21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [2] [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, u skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti ta’ l-Istati Membri, tibda diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim ma' l-Istati Membri kkonċernati, u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha dwarhom.

(2) L-Istati Membri ngħataw l-opportunità li jitolbu li tinfetaħ proċedura ta' konċiljazzjoni. F'ċerti każi, dik l-opportunità ttieħdet, u r-rapport maħruġ fi tmiem din il-proċedura ġie eżaminat mill-Kummissjoni.

(3) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jiġu ffinanzjati biss l-ispejjeż agrikoli li jkunu ġġarrbu mingħajr ksur tar-regoli Komunitarji.

(4) Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, tar-riżultat tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta’ konċiljazzjoni, parti mill-ispejjeż li ddikjaraw l-Istati Membri ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (minn issa 'l quddiem "il-FAEG").

(5) Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG u l-FAEG. Dawn l-ammonti mhumiex relatati ma’ l-ispejjeż li saru iktar minn 24 xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6) Rigward il-każijiet koperti b'din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni ta' l-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli Komunitarji ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri mill-Kummissjoni f'rapport fil-qosor dwar is-suġġett.

(7) Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tiġbed il-Kummissjoni mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet pendenti fil- 15 ta’ Diċembru 2007 u li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispejjeż elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati ta’ l-Istati Membri u ddikjarati taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew taħt il-FAEG, għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli tal-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lill-Gran Dukat tal-Lussumburgu, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija u lir-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer Boel

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

[2] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNEX

Partita tal-baġit 6701

SM | Miżura | Sena Finanzjarja | Raġuni għall-korrezzjoni | Tip | % | Munita | Ammont | Tnaqqis li diġà sar | Impatt finanzjarju |

AT | Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti | 2004 | Qbiż tal-limiti finanzjarji | puntwali | | EUR | –61104,20 | 0,00 | –61104,20 |

TOTAL AT | –61104,20 | 0,00 | –61104,20 |

CZ | Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti | 2006 | Qbiż tal-limiti finanzjarji | puntwali | | CZK | –358046,95 | 0,00 | –358046,95 |

TOTAL CZ | –358046,95 | 0,00 | –358046,95 |

DE | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2003 | Qbiż tal-limiti | puntwali | | EUR | –4256495,00 | 0,00 | –4256495,00 |

DE | Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard | 2006 | Ħlasijiet tard | puntwali | | EUR | –80851,39 | –80851,39 | 0,00 |

TOTAL DE | –4337346,39 | –80851,39 | –4256495,00 |

DK | Ħalib fi Trab għall-Każeina | 2002 | Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni | puntwali | | DKK | –8915,00 | 0,00 | –8915,00 |

DK | Ħalib fi Trab għall-Każeina | 2003 | Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni | puntwali | | DKK | –157528,05 | 0,00 | –157528,05 |

DK | Ħalib fi Trab għall-Każeina | 2004 | Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni | puntwali | | DKK | –98154,15 | 0,00 | –98154,15 |

TOTAL DK | –264597,20 | 0,00 | –264597,20 |

ES | Ċertifikazzjoni | 2004 | Djun mhux irkuprati | puntwali | | EUR | –1882525,15 | 0,00 | –1882525,15 |

ES | Frott u Ħaxix – Banana | 2004 | Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell | ħlas f'daqqa | 2,00 | EUR | –948158,64 | 0,00 | –948158,64 |

ES | Frott u Ħaxix – Banana | 2005 | Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell | ħlas f'daqqa | 2,00 | EUR | –1394194,02 | 0,00 | –1394194,02 |

ES | Frott u Ħaxix – Banana | 2006 | Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell | ħlas f'daqqa | 2,00 | EUR | –406510,05 | 0,00 | –406510,05 |

ES | Distillazzjoni ta' l-Inbid | 2003 | Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli | ħlas f'daqqa | 10,00 | EUR | –25824435,94 | 0,00 | –25824435,94 |

ES | Distillazzjoni ta' l-Inbid | 2004 | Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli | ħlas f'daqqa | 10,00 | EUR | –29124759,86 | 0,00 | –29124759,86 |

TOTAL ES | –59580583,66 | 0,00 | –59580583,66 |

FR | Frott u Ħaxix – Banana | 2004 | Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –780,11 | | –780,11 |

FR | Frott u Ħaxix – Banana | 2005 | Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –4958177,57 | 0,00 | –4958177,57 |

FR | Frott u Ħaxix – Banana | 2006 | Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –2263498,77 | 0,00 | –2263498,77 |

FR | Frott u Ħaxix – Banana | 2007 | Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –3775871,38 | 0,00 | –3775871,38 |

FR | Ħżin pubbliku taz-zokkor | 2005 | Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata | puntwali | | EUR | –535626,90 | 0,00 | –535626,90 |

FR | Ħżin pubbliku taz-zokkor | 2006 | Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata | puntwali | | EUR | 475793,12 | 0,00 | 475793,12 |

FR | Primjums għat-Tabakk | 2004 | Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet | puntwali | | EUR | –9947,35 | 0,00 | –9947,35 |

FR | Primjums għat-Tabakk | 2005 | Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet | puntwali | | EUR | –38983,31 | 0,00 | –38983,31 |

FR | Primjums għat-Tabakk | 2006 | Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet | puntwali | | EUR | –85816,53 | 0,00 | –85816,53 |

TOTAL FR | –11192908,80 | 0,00 | –11192908,80 |

IE | Ħalib fi Trab għall-Każeina | 2003 | Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni | ħlas f'daqqa | 2,00 | EUR | –209164,22 | 0,00 | –209164,22 |

IE | Ħalib fi Trab għall-Każeina | 2004 | Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni | ħlas f'daqqa | 2,00 | EUR | –423850,43 | 0,00 | –423850,43 |

IE | Ħalib fi Trab għall-Każeina | 2005 | Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni | ħlas f'daqqa | 2,00 | EUR | –131507,65 | 0,00 | –131507,65 |

TOTAL IE | –764522,30 | 0,00 | –764522,30 |

IT | Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni | 2003 | Nuqqas ta' informazzjoni dwar verifiki fiżiċi | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –30905,27 | 0,00 | –30905,27 |

IT | Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard | 2004 | Ħlasijiet tard | puntwali | | EUR | –308289,90 | 0,00 | –308289,90 |

IT | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2003 | Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –428284,00 | 0,00 | –428284,00 |

IT | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2003 | Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –2985884,00 | 0,00 | –2985884,00 |

IT | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2004 | Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –754180,00 | 0,00 | –754180,00 |

IT | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2004 | Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –32396,00 | 0,00 | –32396,00 |

IT | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2005 | Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –54645,00 | 0,00 | –54645,00 |

IT | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2006 | Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –58709,00 | 0,00 | –58709,00 |

TOTAL IT | –4653293,17 | 0,00 | –4653293,17 |

LU | Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard | 2006 | Ħlasijiet tard | puntwali | | EUR | 0,00 | –14516,49 | 14516,49 |

LU | Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti | 2006 | Qbiż tal-limiti finanzjarji | puntwali | | EUR | –1107241,81 | –1107241,81 | 0,00 |

LU | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2004 | Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –484845,00 | 0,00 | –484845,00 |

LU | Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament | 2005 | Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji | ħlas f'daqqa | 5,00 | EUR | –479643,00 | 0,00 | –479643,00 |

TOTAL LU | –2071729,81 | –1121758,30 | –949971,51 |

NL | Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti | 2005 | Qbiż tal-limiti finanzjarji | puntwali | | EUR | –7905,99 | 0,00 | –7905,99 |

TOTAL NL | –7905,99 | 0,00 | –7905,99 |

PT | Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti | 2006 | Qbiż tal-limiti finanzjarji | puntwali | | EUR | –271398,38 | 0,00 | –271398,38 |

TOTAL PT | –271398,38 | 0,00 | –271398,38 |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet