2008/264/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Marzu 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skond id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 83, 26.3.2008, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal- 25 ta' Marzu 2008
dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skond id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/264/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti [1], u partikolarment l-Artikolu 4(1) (a) tagħha,
Billi:
(1) Id-Direttiva 2001/95/KE tistipula li l-istandards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej. Standards bħal dawn għandhom jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva.
(2) Skond id-Direttiva 2001/95/KE, prodott jitqies mingħajr periklu, sa fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji u l-kategoriji ta’ riskji koperti mill-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi ma’ l-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej.
(3) Is-sigaretti huma minnhom infushom prodotti perikolużi peress li jipproduċu sħana u għaliex fihom materjal li jaqbad li jibqa’ jinħaraq tul is-sigarett kollu meta jinxtegħel. Ir-riskju marbut mas-sigaretti mixgħula, meta jitqiegħdu x’imkien bi traskuraġni jew jitħallew jaqbdu waħedhom, huma nirien b’fatalitajiet, korrimenti u dannu materjali. Inċidenti ta’ dan it-tip ġew osservati u jikkawżaw stima ta’ mhux inqas minn 1000 fatalità fil-Komunità kull sena [2].
(4) Ġew żviluppati soluzzjonijiet tekniċi li ma jħallux is-sigaretti jibqgħu jaqbdu meta ma jinġibidx aktar in-nifs b’mod attiv. Xi sigaretti li jinsabu għal bejgħ fihom faxex tal-karta fil-karta tas-sigarett, wesgħin madwar 6 mm u ‘l bogħod minn xulxin b’madwar 20 sa 30 mm. B’dawn l-"intoppi tal-veloċità" sigarett imqabbad jintefa waħdu, għallinqas sa ċertu punt, billi jwaqqfu l-aċċess għall-ossiġenu fil-parti li tkun qed taqbad. Il-propensità mnaqqsa ta’ qbid għalhekk tillimita s-sors u r-riskju ta’ nirien.
(5) Ir-rekwiżit speċifiku ta’ sikurezza għas-sigaretti għandu jitfassal skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE, bl-għan li l-istituzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni jintalbu jiżviluppaw standard dwar il-propensità mnaqqsa ta’ qbid tas-sigaretti, skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixi proċedura għall-provvista ta’ tagħrif fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi [3], u sabiex tkun tista’ ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tar-referenza ta’ l-istandard adottat. L-istituzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni għandhom iqisu b’mod xieraq l-istandard ASTM E2187-04.
(6) Malli tiġi ppubblikata r-referenza fil-Ġurnal Uffiċjali, is-sigaretti mmanifatturati b’konformità ma’ l-istandard għandhom jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodott, sa fejn għandu x’jaqsam ir-rekwiżit ta’ sikurezza kontra n-nar kopert mill-istandard.
(7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf taħt id-Direttiva 2001/95/KE,
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-għan
L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li jiġi stabbilit ir-rekwiżit li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni tista’ titlob l-istituzzjonijiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti li jistabbilixxu l-istandard rilevanti għat-tnaqqis tal-propensità ta’ qbid tas-sigaretti. Il-propensità ta’ qbid tas-sigaretti għandha titnaqqas biex jiġu minimizzati n-nirien bil-fatalitajiet, korrimenti u dannu materjali li jirriżultaw minnhom.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni sigarett bi propensità mnaqqsa ta’ qbid ifisser sigarett li jintefa waħdu meta ma jinġibidx in-nifs b’mod attiv, qabel ma jinħaraq minn tulu kollu.
Artikolu 3
Rekwiżit
Għall-fini ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/95/KE, ir-rekwiżit ta’ sikurezza għandu jkun dan li ġej: Mhux aktar minn 25 % minn stekka ta’ kampjuni ta’ sigaretti għall-ittestjar m’għandhom jaqbdu minn tulhom kollu.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Meglena Kuneva
Membru tal-Kummissjoni
[1] ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.
[2] Il-Konsorzju ASPECT Tabakk jew Saħħa fl-Unjoni Ewropa. Passat, preżent u futur. Kummissjoni Ewropea 2004.http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/Tobacco/Documents/tobacco_exs_en.pdf
[3] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).
--------------------------------------------------
| Fuq |