Deċiżjoni Tal-Kumitat politiku u ta’ Sigurtà CHAD/1/2008 tat- 13 ta’ Frar 2008 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana
ĠU L 56, 29.2.2008, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Deċiżjoni Tal-Kumitat politiku u ta’ Sigurtà CHAD/1/2008
tat- 13 ta’ Frar 2008
dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana
(2008/172/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U ta’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESK tal- 15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana [1] (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
(1) Fuq it-talba tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u skond il-kompiti mogħtija mill-Kumitat Militari ta’ l-Unjoni Ewropea (KMUE), il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE u l-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE żammew il-Konferenzi dwar il-Ħolqien ta’ Forza fid- 9, 14 u 21 ta’ Novembru 2007, 19 ta’ Diċembru 2007 u 11 ta’ Jannar 2008.
(2) B’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni ta’ l-UE u tal-KMUE dwar kontribut mill-Albanija, il-kontribut mill-Albanija għandu jiġi aċċettat.
(3) Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kontributi ta’ Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien ta’ Forza, il-kontribut mill-Albanija għandu jiġi aċċettat għall-operazzjoni militari ta’ l-UE fir-Repubblika taċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana.
Artikolu 2
Dħul fis-Seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Frar 2008.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
M. Ipavic
[1] ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.
--------------------------------------------------
| Fuq |