32007R1430


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 tal- 5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

 ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

20071205

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007

tal- 5 ta’ Diċembru 2007

li jemenda l-Annessi II u III tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 ċ) ii) u l-Artikolu 13(2), it-tielet inċiż, tagħha,

Billi:

(1) Il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija u l-Italja kkomunikaw talbiet motivati biex l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KEE jiġi modifikat. L-Olanda ressqet talba motivata biex jiġi modifikat l-Anness III għad-Direttiva 2005/36/KE.

(2) Il-Ġermanja talbet li jiżdied it-terminu "saħħa" ("Gesundheit") mad-denominazzjoni ta’ infermier(a), tat-tfal ("Kinderkrankenschwester/Kinderkrankenpfleger"). Il-liġi tas- 16 ta’ Lulju 2003 dwar il-kura min-naħa ta’ l-infermiera daħlet fis-seħħ fl- 1 ta’ Jannar 2004 u fil-fatt bidlet il-kontenut ta’ din il-formazzjoni kif ukoll l-isem, għal infermier(a), tas-saħħa u tat-tfal ("Gesundheits- und Kinderkrankenpfleger(in)"). L-istruttura u l-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-formazzjoni baqgħu ma nbidlux.

(3) Il-Ġermanja talbet li mill-Anness II titneħħa l-professjoni ta’ infermier(a) psikjatriku/a ("Psychiatrische(r) Krankenschwester/Krankenpfleger"), minħabba li din tissupplimenta dik ta’ infermier(a) responsabbli mill-kura ġenerali, u b'hekk hija koperta mid-definizzjoni tal-kwalifika.

(4) Il-Ġermanja talbet li tiżdied il-professjoni ta’ assistent(a) ġerjatriku/a ("Altenpflegerin und Altenpfleger") li taqdi l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11 ċ) ii) tad-Direttiva 2005/36/KE, kif ukoll dawk li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kura ġerjatrika tas- 17 ta’ Novembru 2000 u l-ordinanza dwar il-formazzjoni u l-eżamijiet għall-professjoni ta’ infermier(a) ġerjatriku/a tas- 26 ta’ Novembru 2002.

(5) Fl-aħħarnett, il-Ġermanja talbet li l-professjonijiet ta’ infaxxatur/riċi (produttur ta’ ċinturini kirurġiċi) ("Bandagist") u ta’ mekkaniku/a ortopediku/a ("Orthopädiemechaniker") jinġiebu ħaġa waħda fil-professjoni ta’ tekniku/a ortopediku/a ("Orthopädietechniker"), f'konformità mal-Kodiċi ta’ l-Artiġanat (Handwerksordnung in der Fassung der Bekanntmachung vom 24. September 1998 (BGBl. I S. 3074; 2006 I S. 2095), zuletzt geändert durch Artikel 146 der Verordnung vom 31. Oktober 2006 (BGBl. I S. 2407)).

(6) Il-Lussemburgu talab li l-isem "infermir(a) pedjatriku/a" (infirmier puériculteur) jinbidel f'"infirmier en pédiatrie" (l-ebda bidla fl-isem bil-Malti) L-arranġamenti tal-formazzjoni ma tbiddlux.

(7) L-Awstrija talbet li tippreċiża d-deskrizzjoni tal-formazzjoni applikabbli għall-professjonijiet ta’ infermiera psikjatriċi u ta’ infermiera pedjatriċi, hekk kif tingħata fil-liġi dwar il-kura mill-infermiera (BGBI I Nru 108/1997).

(8) L-Italja talbet li jitneħħew mill-Anness II il-professjonijiet ta’ ġeometra "geometra" u perit (tekniku) agrarju ("perito agrario") minħabba li l-formazzjoni li twassal għalihom tikkonforma mad-definizzjoni tad-diploma skond l-Artikolu 55 tad-Digriet Presidenzjali Nru 328, tal- 5 ta’ Ġunju 2001, u l-Anness I tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 227 tat- 8 ta’ Lulju 2003.

(9) Il-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Awstrija talbu li fl-Anness II tiddaħħal sensiela sħiħa ta’ korsijiet ta’ formazzjoni li jwasslu għall-kwalifika ta’ Meister/Mgħallem. Dawn il-korsijiet ta’ formazzjoni jirriżultaw prinċipalment mil-liġijiet li ġejjin: għall-Ġermanja: Il-Kodiċi ta’ l-Artiġanat (Gesetz zur Ordnung des Handwerks – Handwerksordnung in der Fassung der Bekanntmachung vom 24. September 1998 (BGBl. I S. 3074; 2006 I S. 2095), zuletzt geändert durch Artikel 146 der Verordnung vom 31. Oktober 2006 (BGBl. I S. 2407). Għall-Lussemburgu: il-liġi tat- 28 ta’ Diċembru 1988 (ĠU tat- 28 ta’ Diċembru 1988 A Nru 72) u r-Regolament Gran Dukali ta’ l- 4 ta’ Frar 2005 (ĠU ta’ l- 10 ta’ Marzu 2005 A – Nru 29); għall-Awstrija: il-Kodiċi ta’ leġiżlazzjoni industrijali u tax-xogħol (Gewerbeordnung 1994 (BGBl. Nr. 194/1994 idgF BGBl. I Nr. 15/2006). Dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet provduti fl-Artikolu 11 ċ) ii) tad-Direttiva 2005/36/KE.

(10) L-Olanda talbet li fl-Anness III tinbidel id-deskrizzjoni tal-korsijiet ta’ formazzjoni rregolati biex jitqiesu l-emendi miġjuba mil-liġi dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim professjonali (il-liġi WEB ta’ l-1996). Dawn il-korsijiet ta’ formazzjoni jaqdu l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(2), it-tielet inċiż, tad-Direttiva 2005/36/KE.

(11) Jeħtieġ għalhekk li d-Direttiva 2005/36/KE tiġi emendata skond dan.

(12) Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 2005/36/KE huma emendati skond l-Anness għar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCreevy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 141).

--------------------------------------------------

20071205

ANNESS

L-Annessi II u III għad-Direttiva 2005/36/KE huma emendati kif ġej:

I. L-Anness II huwa emendat hekk:

(1) L-intestatura 1, "Korsijiet ta' taħriġ paramediku u dwar il-kura tat-tfal", hija emendata hekk:

(a) fit-taqsima "fil-Ġermanja",

(i) l-ewwel punt jinbidel bit-test li ġej:

- "— infermier fil-pedjatrija u tas-saħħa ("Gesundheits- und Kinderkrankenpfleger(in)"),";

(ii) ir-raba punt jitħassar;

(iii) jiddaħħal dan it-test:

- "— carer ta' l-anzjani ("Altenpflegerin und Altenpfleger");"

(b) fit-taqsima "fil-Lussemburgu" il-ħames, is-sitt u s-seba' punti jinbidlu bit-test li ġej:

- "— "infermier fil-pedjatrija" ("infirmier(ère) en pédiatrie"),

- — "infermier(a) fl-anesteżija u r-rijanimazzjoni" ("infirmier(ère) en anesthésie et en réanimation")

- — "massaġġatur" ("masseur");"

(ċ) fit-taqsima "fl-Awstrija",

(i) wara l-ewwel punt marbut mal-formazzjoni ta' bażi speċifika fil-kura tat-tfal ("spezielle Grundausbildung in der Kinder- und Jugendlichenpflege") għandu jiddaħħal it-test li ġej:

"li jirrappreżenta kors ta' studju u ta' formazzjoni ta' mhux inqas minn 13-il sena, li minnhom 10 snin ta' tagħlim l-iskola u tliet snin ta' tagħlim professjonali fi skola tal-kura infermiera, mitmuma b'suċċess fl-eżami biex tinkiseb id-diploma";

(ii) wara t-tieni punt marbut mal-formazzjoni ta' bażi speċifika fil-kura psikjatrika ("spezielle Grundausbildung in der psychiatrischen Gesundheits- und Krankenpflege") jiddaħħal it-test li ġej:

"li jirrappreżenta ċiklu ta' studju u ta' formazzjoni ta' tul totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li minnhom għaxar snin ta' skola ġenerali u tliet snin ta' tagħlim professjonali fi skola tal-kura ta' l-infermiera, kkonfermati mis-seċċess fl-eżami għall-kisba tad-diploma";

(2) Fl-intestatura 2, it-taqsima "fil-Ġermanja", hija emendata hekk:

(i) it-tielet punt jinbidel bit-test li ġej:

- "— "tekniku ortopedista" ("Orthopädietechniker"),";

(ii) il-ħames punt jitħassar.

(3) It-test li ġej hu miżjud wara l-Artikolu 2:

"2a. Meister/Mgħallem (formazzjoni skolari u professjonali li twassal għall-kwalifika Meister/Mgħallem) fis-snajja' li ġejjin:

Fil-Ġermanja:

- ħaddied ("Metallbauer"),

- tekniku fl-istrumenti kirurġiċi ("Chirurgiemechaniker"),

- karrozzier u bennej tal-karozzi ("Karosserie- und Fahrzeugbauer"),

- mekkanik tal-karozzi ("Kraftfahrzeugtechniker"),

- mekkanik tar-roti u tal-muturi ("Zweiradmechaniker"),

- tekniku tas-sistemi tat-tkessiħ ("Kälteanlagenbauer"),

- tekniku ta' l-informatika ("Informationstechniker"),

- mekkanik ta' l-għodda tal-biedja ("Landmaschinenmechaniker"),

- armier ("Büchsenmacher"),

- landier ("Klempner"),

- plumber - tekniku tat-tisħin ("Installateur und Heizungsbauer",)

- eletriċista ("Elektrotechniker"),

- bennej tal-magni ta' l-elettriku ("Elektromaschinenbauer"),

- bennej tad-dgħajjes u l-bastimenti ("Boots- und Schiffbauer"),

- bennej bil-ġebel u bis-siment ("Maurer und Betonbauer",)

- fabbrikant u stallatur tal-bojlers u tagħmir tat-tisħin bl-arja sħuna ("Ofen- und Luftheizungsbauer"),

- mastrudaxxa ("Zimmerer"),

- ħaddiem tas-soqfa u l-bjut ("Dachdecker"),

- bennej tat-toroq ("Straßenbauer"),

- speċjalista fl-iżolazzjoni termika u akustika ("Wärme-, Kälte- und Schallschutzisolierer"),

- ħaddiem fit-tħaffir tal-bjar ("Brunnenbauer"),

- naġġar u skultur fil-ġebel ("Steinmetz und Steinbildhauer"),

- kaħħal ("Stuckateur"),

- bajjad u żebbiegħ ("Maler und Lackierer"),

- stallatur tas-sistemi ta' l-iskafolding ("Gerüstbauer"),

- ħaddiem fit-tindif taċ-ċmieni ("Schornsteinfeger"),

- tekniku fix-xogħol mekkaniku fin ("Feinwerkmechaniker"),

- ħaddiem ta' l-injam ("Tischler"),

- ħabbiel ("Seiler"),

- furnar tal-ħobż ("Bäcker"),

- dulċier ("Konditor"),

- biċċier ("Fleischer"),

- parrukkier ("Frisör"),

- bejjiegħ tal-ħġieġ ("Glaser"),

- min jonfoħ il-ħġieġ u fabbrikanti ta' tagħmir tal-ħġieġ ("Glasbläser und Glasapparatebauer"),

- fabbrikant tat-tajers u min isewwihom ("Vulkaniseur und Reifenmechaniker");

fil-Lussemburgu

- tal-ħobż – dulċier ("boulanger-pâtissier"),

- dulċier – taċ-ċikkulata – confectioner – tal-ġelati ("pâtissier-chocolatier-confiseur-glacier"),

- biċċier – tal-laħam ("boucher-charcutier"),

- biċċier – tal-laħam taż-żiemel ("boucher-charcutier-chevalin"),

- caterer ("traiteur"),

- taħħan ("meunier"),

- ħajjat ("tailleur-couturier"),

- modista – kappellier ("modiste-chapelier"),

- ħajjat tal-fer ("fourreur"),

- skarpan – ħaddiem taċ-ċinturini ("bottier-cordonnier"),

- arluġġar ("horloger"),

- ġojjellier – tad-deheb ("bijoutier-orfèvre"),

- parrukkier ("coiffeur"),

- estetiċista ("esthéticien"),

- tekniku fil-mekkanika ġenerali ("mécanicien en mécanique générale"),

- stallatur tal-liftijiet tan-nies, tal-liftijiet tat-tagħbija, ta' l-eskalejters u tal-materjal ta' manutenzjoni ("installateur d'ascenseurs, de monte-charges, d'escaliers mécaniques et de matériel de manutention"),

- armier ("armurier"),

- ħaddied ("forgeron"),

- mekkanik tal-magni tat-tagħmir industrijali u tal-bini ("mécanicien de machines et de matériels industriels et de la construction"),

- mekkanik – elektrixin tal-karozzi u tal-muturi ("mécanicien-électronicien d'autos et de motos"),

- bennej tal-karozzi/panel beater ("constructeur réparateur de carosseries"),

- panel beater – sprejer tal-karozzi ("débosseleur-peintre de véhicules automoteurs"),

- rukkellier ("bobineur"),

- inġinier fl-installazzjonijiet u fl-apparat awdjoviżiv ("électronicien d'installations et d'appareils audiovisuels"),

- min jibni/isewwi n-netwerks telefoniċi ("constructeur réparateur de réseaux de télédistribution"),

- inġinier fl-elettronika ta' l-uffiċċju u ta' l-informatika ("électronicien en bureautique et en informatique"),

- mekkanik tal-magni u tat-tagħmir agrikolu u ta' l-inbid ("mécanicien de machines et de matériel agricoles et viticoles"),

- landier ("chaudronnier"),

- galvanizzatur ("galvaniseur"),

- espert tal-karozzi ("expert en automobiles"),

- kuntrattur tal-bini ("entrepreneur de construction"),

- kuntrattur tat-toroq u l-bankini ("entrepreneur de voirie et de pavage"),

- produttur tal-briks ("confectionneur de chapes"),

- kuntrattur ta' l-iżolazzjoni termika, akustika u ta' l-umdità ("entrepreneur d'isolations thermiques, acoustiques et d'étanchéité"),

- stallatur tas-sistemi tat-tisħin, tas-sistemi ta' l-ilma u d-dranaġġ ("installateur de chauffage-sanitaire"),

- Stallatur tas-sistemi tat-tkessiħ ("installateur frigoriste"),

- elettriċista ("électricien"),

- stallatur tas-sinjali tad-dwal ("installateur d'enseignes lumineuses"),

- inġinier fl-elettronika tal-komunikazzjoni u ta' l-informatika ("électronicien en communication et en informatique"),

- stallatur ta' sistemi ta' allarm u tas-sigurtà ("installateur de systèmes d'alarmes et de sécurité"),

- mastrudaxxa ta' l-għamara ("menuisier-ébéniste"),

- ħaddiem tal-parquet ("parqueteur"),

- bennej bl-elementi prefabrikati ("poseur d'éléments préfabriqués"),

- fabbrikant/ħaddiem fix-shutters persjani, tined u purtieri ("fabricant poseur de volets, de jalousies, de marquises et de store"),

- kuntrattur ta' bini tal-metall ("entrepreneur de constructions métalliques"),

- bennej tal-fran ("constructeur de fours"),

- bennej tas-soqfa u l-bjut - landier ("couvreur-ferblantier"),

- mastrudaxxa tal-bini ("charpentier"),

- ħaddiem fl-irħam – naġġar tal-ġebel ("marbrier-tailleur de pierres"),

- tal-madum ("carreleur"),

- tat-tikħil/invjar tas-soqfa/faċċati ("plafonneur-façadier"),

- bajjad-dekoratur ("peintre-décorateur"),

- tal-ħġieġ – tal-mirja ("vitrier-miroitier"),

- tapizzar-dekoratur ("tapissier-décorateur"),

- bennej taċ-ċmieni u kenuri taċ-ċaqquf ("constructeur poseur de cheminées et de poêles en faïence"),

- stampatur ("imprimeur"),

- operatur tal-midja ("opérateur média"),

- stampatur fuq il-ħarir ("sérigraphe"),

- ħaddiem fil-kisi/qxur tal-kotba ("relieur"),

- tekniku fil-materjal mediko-kirurġiku ("mécanicien de matériel médico-chirurgical"),

- għalliem tas-sewqan tal-karozzi ("instructeur de conducteurs de véhicules automoteurs"),

- ħaddiem fit-tqegħid tal-madum ta' barra u tal-bjut tal-ħadid ("fabricant poseur de bardages et toitures métalliques"),

- fotografu ("photographe"),

- manifattur ta' strumenti mużikali/min isewwihom ("fabricant réparateur d'instruments de musique"),

- għalliem ta' l-għawm ("instructeur de natation");

Fl-Awstrija:

- mgħallem f'dak li jirrigwarda t-tlestija tax-xogħlijiet tal-bini ("Baumeister hinsichtl. der ausführenden Tätigkeiten"),

- furnar tal-ħobż ("Bäcker"),

- plumber ("Brunnenmeister"),

- bennej tas-soqfa u l-bjut ("Dachdecker"),

- eletriċista ("Elektrotechniker"),

- biċċier ("Fleischer"),

- tax-xahar u parrukkier (stylist), ("Friseur und Perückenmacher (Stylist)") ,

- tekniku ta' l-installazzjonijiet ta' l-ilma, dranaġġ u gass ("Gas- und Sanitärtechnik"),

- bejjiegħ tal-ħġieġ ("Glaser"),

- ħaddiem fit-tqegħid tal-ħġieġ u l-illustrar tal-ħġieġ ċatt ("Glasbeleger und Flachglasschleifer"),

- infiħ tal-ħġieġ u fabbrikazzjoni ta' strumenti tal-ħġieġ ("Glasbläser und Glasapparatebauer"),

- illustrar u ffurmar ta' oġġetti tal-ħġieġ vojta minn ġewwa (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom) ("Hohlglasschleifer und Hohlglasveredler (verbundenes Handwerk)"),

- ħaddiem fil-fuklari – fiċ-ċmieni ("Hafner"),

- tekniku fit-tisħin ("Heizungstechnik"),

- tekniku fil-ventilazzjoni (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom), ("Lüftungstechnik (verbundenes Handwerk)"),

- tekniku tat-tkessiħ u ta' l-arja kkundizzjonata ("Kälte- und Klimatechnik"),

- tekniku fl-elettronika tal-komunikazzjoni ("Kommunikationselektronik"),

- dulċier, inklużi fabbrikanti tal-ħobż imħawwar u tal-ħelu, tal-ġelati u ta' oġġetti taċ-ċikkulata ("Konditor (Zuckerbäcker) einschl. der Lebzelter und der Kanditen- Gefrorenes- und -Schokoladewarenerzeugung"),

- mekkanik tal-karozzi ("Kraftfahrzeugtechnik"),

- karruzzier, panel beater u sprejer tal-karrozzerija (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom) ("Karosseriebauer einschl. Karosseriespengler u. -lackierer (verbundenes Handwerk)"),

- ħaddiem fl-ipproċessar tal-plastik ("Kunststoffverarbeitung"),

- bajjad ("Maler und Anstreicher"),

- żebbiegħ ("Lackierer"),

- induratur u ħaddiem fil-ġibs ("Vergolder und Staffierer"),

- fabbrikant tal-plakki u s-sinjali (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom), ("Schilderherstellung (verbundenes Handwerk)"),

- tekniku fil-mekkanika u l-elettronika fil-qasam tal-bini tal-magni elettriċi u ta' l-awtomatizzazzjoni ("Mechatroniker f. Elektromaschinenbau u. Automatisierung"),

- mekkaniku fl-elettronika ("Mechatroniker f. Elektronik"),

- tekniku fit-tagħmir ta' l-uffiċċju fis-sistemi ta' l-informatika ("Büro- und EDV-Systemtechnik"),

- mekkaniku fit-tekniki tal-magni u fit-tekniki tal-produzzjoni ("Mechatroniker f. Maschinen- und Fertigungstechnik"),

- tekniku fit-tagħmir mediku (attivitajiet artiġjanali marbuta magħhom), ("Mechatroniker f. Medizingerätetechnik (verbundenes Handwerk)"),

- inġinier fl-installazzjonijiet fuq l-art ("Oberflächentechnik"),

- ħaddiem fil-metall (attivitajiet artiġjanali marbuta miegħu) ("Metalldesign (verbundenes Handwerk)"),

- ħaddiem fis-serraturi ("Schlosser"),

- ħaddied ("Schmied"),

- mekkanik ta' l-għodda tal-biedja ("Landmaschinentechnik"),

- plumber ("Spengler"),

- ħaddiem fir-ram/landier (attivitajiet artiġjanali marbuta miegħu), "Kupferschmied (verbundenes Handwerk)"),

- mgħallem fl-irħam, inklużi manifatturi tal-ġebel artifiċiali u tal-mużajk ("Steinmetzmeister einschl. Kunststeinerzeugung und Terrazzomacher"),

- stokkjatur u kaħħal ("Stukkateur und Trockenausbauer"),

- ħaddiem fl-injam ("Tischler"),

- ħaddiem fil-mudelli ("Modellbauer"),

- buttar ("Binder"),

- mastrudaxxa tat-torn ("Drechsler"),

- bennej tad-dgħajjes ("Bootsbauer"),

- skultur (attivitajiet artiġjanali marbuta miegħu) ("Bildhauer (verbundenes Handwerk)"),

- tat-tajers ("Vulkaniseur"),

- armier (inkluż il-kummerċ fl-armi), ("Waffengewerbe (Büchsenmacher) einschl. des Waffenhandels"),

- ħaddiem fl-iżolazzjoni termika, akustika u kontra n-nirien ("Wärme- Kälte- Schall- und Branddämmer"),

- mastrudaxxa f'dak li jirrigwarda t-tlestija tax-xogħlijiet ("Baumeister hinsichtl. der ausführenden Tätigkeiten"),

li jirrappreżenta kors ta' studju u ta' formazzjoni li kumplessivament idum talanqas tlettax-il sena, li minnhom għallinqas tliet snin f'qafas ta' formazzjoni strutturat, parzjalment fix-xogħol prattiku, u parzjalment mogħtija mill-istabbiliment ta' tagħlim professjonali, mitmum b'eżami kif ukoll formazzjoni teoretika u prattika ta' artiġġjan-mgħallem ta' mhux anqas minn sena. Is-suċċess fl-eżami ta' mgħallem f'sengħa jagħti d-dritt li l-individwu jeżerċita l-professjoni bħala ħaddiem indipendenti, li jgħallem l-apprendisti u li juża t-titlu "Meister/Maître").";

(4) Fl-intestatura 4 "Settur tekniku", titħassar it-taqsima "fl-Italja".

II. L-Anness III huwa emendat kif ġej:

Il-kontenut tat-taqsima "fl-Olanda" jinbidel bit-test li ġej:

"Il-formazzjonijiet regolati li jikkorrispondu għal-livell ta' kwalifiki 3 jew 4 tar-reġistru ċentrali nazzjonali tal-formazzjonijiet professjonali stabbilit permezz tal-liġi dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim professjonali jew il-formazzjonijiet l-aktar stabbiliti li l-livell tagħhom huwa assimilat f'dawn il-livelli ta' kwalifiki.

Il-livelli 3 u 4 ta' l-istruttura ta' kwalifika jikkorrispondu għad-deskrizzjonijiet li ġejjin:

- Livell 3: Responsabbiltà għall-applikazzjoni u għall-ikkombinar ta' proċeduri standard. Ikkombinar jew diżinjar ta' proċeduri skond l-attivitajiet ta' organizzazzjoni jew tat-tħejjija tax-xogħol. Il-kapaċità li dawn l-attivitajiet ikunu ġustifikati lill-kollegi (mingħajr rabta ta' ġerarkija). Responsabbiltà ġerarkika tal-kontroll u ta' l-akkumpanjament ta' l-applikazzjoni minn oħrajn tal-proċeduri ta' rutina standard jew awtomatizzati. Dan il-livell huwa marbut l-aktar mal-kompetenza u l-għarfien professjonali.

- Livell 4: Responsabbiltà għat-twettiq tal-kompiti assenjati, kif ukoll l-ikkombinar jew l-iddisinjar ta' proċeduri ġodda. Il-kapaċità li dawn l-attivitajiet ikunu ġustifikati quddiem il-kollegi (mingħajr rabta ta' ġerarkija). Responsabbiltà ġerarkika espliċita li tirrigwarda l-ippjanar u/jew l-amministrazzjoni u.jew l-organizzazzjoni u/jew l-iżvilupp taċ-ċiklu ta' produzzjoni kollu kemm hu. Dan il-livell huwa marbut l-aktar mal-kompetenza u l-għarfien speċjalizzat u/jew indipendenti tal-professjoni.

Iż-żewġ livelli jikkorrispondu għal korsijiet ta' taħriġ regolat ta' mhux anqas minn 15-il sena, li prerekwiżit tagħhom huwa t-tlestija ta' tmien snin ta' edukazzjoni primarja flimkien ma' erba' snin ta' Edukazzjoni Professjonali Preparatorja (VMBO), li magħhom iridu jiżdiedu għallinqas tliet snin ta' formazzjoni tal-livell 3 jew 4 fi stabbiliment ta' tagħlim professjonali intermedjarju (MBO), li jintemmu b'eżami. (Il-formazzjoni professjonali intermedjarja tista' titnaqqas minn tliet snin għal sentejn jekk il-persuna kkonċernata għandha kwalifika li tippermetti d-dħul fl-università (14-il sena ta' formazzjoni minn qabel) jew għall-edukazzjoni professjonali ogħla (13-il sena ta' formazzjoni minn qabel).

L-awtoritajiet Olandizi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-formazzjonijiet koperti minn dan l-Anness."

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet