Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas- 26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96
ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
20070926
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007
tas- 26 ta' Settembru 2007
li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Billi:
(1) Ir-reġim attwali għas-settur tal-frott u tal-ħxejjex huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat- 28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [2], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat- 28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati [3] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat- 28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna Komunitarja għal produtturi ta’ ċerti frott taċ-ċitru [4].
(2) Fid-dawl ta’ l-esperjenza huwa meħtieġ li jiġi mibdul ir-reġim għall-frott u l-ħxejjex sabiex jinkisbu l-objettivi li ġejjin: titjib fil-kompetittività u l-orjentazzjoni tas-suq tas-settur sabiex jikkontribwixxi biex tinkiseb produzzjoni sostennibbli li hija kompetittiva kemm fis-swieq interni kif ukoll esterni, jitnaqqsu l-oxxillazzjonijijiet fid-dħul tal-produtturi li jirriżultaw minn kriżijiet fis-suq, iż-żieda fil-konsum tal-frott u l-ħxejjex fil-Komunità u t-tkomplija ta’ l-isforzi li saru mis-settur biex jinżamm u jiġi mħares l-ambjent.
(3) Peress li dawn l-objettivi ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-natura komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex u jistgħu għalhekk, minħabba l-ħtieġa għal aktar azzjoni komuni, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
(4) Il-Kummissjoni ressqet proposta separata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni għas-swieq agrikoli li tista’ inizjalment tinkludi ċerti dispożizzjonijiet ta’ natura orizzontali li jkopru s-settur tal-frott u tal-ħxejjex u japplikaw għal firxa ta’ prodotti agrikoli oħrajn, b’ mod partikolari d-disposizzjonijiet dwar kumitat ta’ ġestjoni. Huwa xieraq li tali dispożizzjonijiet jitħallew fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 2201/96. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jiġu aġġornati, simplifikati u razzjonalizzati sabiex tiġi permessa l-inkorporazzjoni faċli tagħhom fir-Regolament li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli.
(5) Fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet oħrajn speċifiċi għas-settur tal-frott u tal-ħxejjex, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-bidliet għar-reġim attwali teħtieġ, fl-interessi taċ-ċarezza, li tinkludi t-tali dispożizzjonijiet kollha f’Regolament separat. Meta tali dispożizzjonijiet huma sa ċertu punt ukoll ta’ natura orizzontali u japplikaw għal firxa ta’ prodotti agrikoli oħrajn, bħal dawk dwar standards ta’ kummerċjalizzazzjoni u kummerċ ma’ pajjiżi terzi, huma għandhom ikunu wkoll aġġornati u simplifikati sabiex tiġi permessa l-inklużjoni faċli tagħhom fir-Regolament imsemmi hawn fuq li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli f’data aktar tard. Dan ir-Regolament m’għandux, għalhekk, jirrevoka jew jibdel l-istrumenti eżistenti ta’ natura orizzontali sakemm huma ma jkunux skadew, saru superfluwi jew m’għandhomx, bin-natura proprja tagħhom, jiġu ttrattati fil-livell tal-Kunsill.
(6) Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun prodotti koperti mill-organizzazzjonijiet tas-suq komuni ta’ swieq tal-frott u l-ħxejjex u frott u ħxejjex ipproċessati. Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali u ftehim japplikaw biss għal prodotti koperti mill-organizzazzjoni tas-suq komuni għal frott u ħxejjex u għandha tinżamm din id-distinzjoni. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni fil-frott u l-ħxejjex għandu jiġi estiż ukoll għal ċerti ħxejjex kulinari biex jiġi permess lilhom jibbenefikaw dak ir-reġim. Is-Sagħtar u ż-żagħfran huma attwalment koperti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat- 28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati fl-Anness II għat-Trattat [5], li minnu għandhom għalhekk jitneħħew.
(7) Standards ta’ kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni, il-kwalità, il-grad fi klassijiet, id-daqs, l-ippakkjar, it-tgeżwir, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar, għandhom japplikaw fir-rigward ta’ ċertu prodotti biex jippermettu li s-suq jiġi fornit bi prodotti ta’ kwalità uniformi u sodisfaċenti. Barra minn hekk, miżuri speċjali, b’mod partikolari metodi aġġornati ta’ analiżi u miżuri oħrajn biex jiddeterminaw il-karatteristiċi ta’ l-istandards konċernati, jistgħu jeħtieġu li jiġu adottati biex jiġu evitati abbużi fir-rigward tal-kwalità u l-awtentiċità tal-prodotti preżentati lill-konsumaturi u t-tfixkil importanti fis-swieq li jistgħu joħolqu.
(8) Attwalment, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2001 fir-rigward tal-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili intiżi għall-konsum tal-bniedem [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru dwar ġamm, ġèli u marmellati tal-frott, u puré ħelu tal-qastan intiżi għall-konsum mill-bniedem [7] jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar ta’ dawn il-prodotti. Madankollu dawn ir-regoli mhumiex aġġornati b’mod sħiħ biex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u għandhom għalhekk jiġu mmodifikati biex jippermettu għal tali aġġornament.
(9) Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħxejjex għandhom jieħdu kont sħiħ tat-tħassib ambjentali, inkluż il-prattiċi ta’ kultivazzjoni, il-ġestjoni ta’ materjali ta’ skart u r-rimi ta’ prodotti rtirati mis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma, il-manutenzjoni tal-bijodiversità u l-ħarsien tan-natura.
(10) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi fir-reġim tal-frott u tal-ħxejjex, l-operazzjoni ta’ deċentralizzazzjoni li huma jiżguraw fil-livell tagħhom. Quddiem konċentrazzjoni dejjem akbar ta’ domanda, ir-raggruppament ta’ forniment permezz ta’ dawn l-organizzazzjonijiet ikompli jkun ħtieġa ekonomika sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi fis-suq. Tali raggruppament għandu jitwettaq fuq bażi volontarja u għandu jagħti prova dwar l-użu tiegħu bil-kamp ta’ applikazzjoni u l-effiċjenza tas-servizzi offruti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-membri tagħhom. Ladarba l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jaġixxu esklussivament fl-interess tal-membri tagħhom, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala li jaġixxu f’isem u għall-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi.
(11) L-esperjenza turi li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-għodda korretti għar-raggruppament tal-provvista. Madankollu, il-firxa ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri differenti ma kinitx l-istess. Sabiex jiġi mtejjeb ulterjorment il-faxxinu ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, għandha ssir proviżjoni għal aktar flessibbiltà fl-operazzjoni tagħhom, fejn possibbli. Tali flessibblità għandha tikkonċerna b’mod partikolari l-firxa tal-prodott ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-livell tal-bejgħ dirett permess u l-estensjoni tar-regoli għal dawk li mhumiex membri kif ukoll biex assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu permessi jwettqu kwalunkwe mill-attivitajiet tal-membri tagħhom u biex tiġi permessa esternalizzazzjoni ta’ l-attivitajiet, inkluż lil sussidjarji, fiż-żewġ każijiet soġġett għal-kondizzjonijiet meħtieġa.
(12) Organizzazzjoni ta’ produtturi m’għandhiex tiġi kkunsidrata mill-Istat Membru tagħha bħala kapaċi li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni sakemm l-artikoli tagħha ta’ assoċjazzjoni ma jimponux ċerti ħtiġijiet fuqha u fuq il-membri tagħha. L-istabbiliment u t-tħaddim proprju ta’ fondi operattivi jeħtieġu li organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom b’mod ġenerali jieħdu kontroll tal-produzzjoni rilevanti tal-frott u l-ħxejjex tal-membri tagħhom.
(13) Il-Gruppi tal-produtturi fi Stati Membri li jkunu ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data u li jixtiequ jakkwistaw l-istatus ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi skond dan ir-Regolament għandhom jiġu permessi l-benefiċċju ta’ perijodu transitorju li matulu jista’ jingħata l-appoġġ finanzjarju nazzjonali u Komunitarju fil-konfront ta’ ċerti impenji mill-grupp tal-produtturi.
(14) Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jingħataw responsabbiltà akbar għad-deċiżjonijiet finali tagħhom partikolarment u biex jitniedu r-riżorsi pubbliċi assenjati lilhom lejn ħtiġijiet futuri, it-termini għandhom jiġu stabbiliti għall-użu ta’ dawn ir-riżorsi. L-iffinanzjar konġunt ta’ fondi operattivi stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi hija soluzzjoni xierqa. Il-kamp ta’ l-applikazzjoni għall-iffinanzjar għandu jkun permess f’każijiet partikolari. Sabiex tiġi kkontrollata n-nefqa Komunitarja, għandu jkun hemm limitu dwar l-assistenza mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jistabbilixxu fondi operattivi.
(15) F’reġjuni fejn l-organizzazzjoni tal-produzzjoni hija dgħajfa, l-għoti ta’ kontributi addizzjonali, nazzjonali jew finanzjarji għandhom jiġu permessi. Fil-każ ta’ Stati Membri li huma fi żvantaġġ partikolari fir-rigward ta’ strutturi, dawk il-kontributi għandhom ikunu rimborsabbli mill-Komunità.
(16) Sabiex tiġi simplifikata u mnaqqsa l-ispiża ta’ l-iskema jista’ jkun ta’ għajnuna li jiġu allinjati, fejn possibbli, il-proċeduri u r-regoli għall-eliġibbiltà tan-nefqa taħt fondi operattivi ma’ dawk ta’ programmi ta’ żvilupp rurali billi jiġi rikjest mill-Istati Membri li jistabbilixxu strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi.
(17) Sabiex jissaħħaħ ulterjorment l-impatt ma’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u biex is-suq jiġi żgurat l-istabbiltà kollha mixtieqa, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess fuq ċerti kondizzjonijiet li jestendu għal produtturi mhux membri fir-reġjuni tagħhom ir-regoli, partikolarment dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħarsien ta’ l-ambjent, adottati għall-membri tagħhom mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għar-reġjun ikkonċernat. Meta tingħata ġustifikazzjoni xierqa, ċerti spejjeż li jirriżultaw minn din l-estensjoni tar-regoli għandhom jitħallsu mill-produtturi kkonċernati peress li huma ser jibbenefikaw mill-estensjoni. Madankollu, il-produtturi organiċi m’għandhomx ikunu soġġetti għal din l-estensjoni ta’ regoli mingħajr il-kunsens ta’ parti sostanzjali ta’ tali produtturi. Huwa meħtieġ li tiġi permessa estensjoni rapida ta’ tali regoli għall-miżuri tal-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet sabiex il-kriżijiet jiġu ttrattati bla dewmien.
(18) Numru ta’ skemi ta’ għajnuna eteroġeni għal ċerti frott u ħxejjex ġew stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96. In-numru u l-varjetà ta’ dawk l-iskemi għamluhom kumplessi biex jiġu amministrati. Waqt li huma kienu mmirati għal xi frott u ħxejjex speċifiċi, huma ma kinux kapaċi jieħdu kont sħiħ tal-kondizzjonijiet reġjonali ta’ produzzjoni, u ma koprewx il-frott u l-ħxejjex kollha. Huwa għalhekk xieraq li tiġi mfittxija għodda differenti biex tappoġġa lill-produtturi tal-frott u l-ħaxix.
(19) Barra minn hekk, l-iskemi ta’ għajnuna għal frott u ħxejjex ma kinux integrati bis-sħiħ fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad- 29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ komuni taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa [8]. Dan wassal għal ċerti komplessitajiet u riġiditajiet fl-amministrazzjoni ta’ dik l-iskema.
(20) Fl-interessi ta’ sistema aktar immirata iżda flessibbli ta’ appoġġ għas-settur ta’ frott u ħxejjex u fl-interessi ta’ simplifikazzjoni, huwa għalhekk xieraq li jiġu aboliti l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti u jiġu inklużi frott u ħxejjex bis-sħiħ fl-iskema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li jiġi previst li bdiewa li pproduċew frott u ħxejjex fil-perijodu ta’ referenza għandhom ikunu eliġibbli għal skema ta’ pagament ewlieni. Għandha ssir dispożizzjoni wkoll għall-istabbiliment mill-Istati Membri ta’ ammonti ta’ referenza u ettari eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament ewlieni abbażi ta’ perijodu rappreżentattiv xieraq għas-suq ta’ kull prodott ta’ frott u ħaxix u ta’ objettiv xieraq u kriterji mhux diskriminatorji. Żoni bi frott u ħxejjex miżruh, inkluż frott u ħxejjex permanenti kif ukoll il-mixtliet għandhom ikunu eliġibbli għall-iskema ta’ pagament ewlieni. Limiti massimi nazzjonali għandhom jiġu emendati kif xieraq. Sabiex jiġi provdut żmien għat-taqsimiet ikkonċernati biex jadattaw għall-integrazzjoni tagħhom fl-iskema ta’ pagament ewlieni, għandhom jiġu previsti perijodi transitorji. B’mod partikolari, għandha ssir dispożizzjoni għal pagamenti ta’ frott u ħxejjex isseparati u oqsma ta’ għajnuna akkoppjati temporanji għal ċerti prodotti maħsuba għall-ipproċessar, li kienu eliġibbli taħt l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti, kif ukoll il-frawli u l-lampun. Għall-prodotti ta’ l-aħħar jista’ jingħata wkoll top-up nazzjonali għall-għajnuna Komunitarja. Għandha ssir dispożizzjoni wkoll għall-Kummissjoni biex jiġu adottati regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati u kwalunkwe miżuri transitorji meħtieġa fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq.
(21) Il-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex hija diffiċli li titbassar u l-prodotti jistgħu jitħassru. Il-fdal fuq is-suq, ankè jekk ma jkunx kbir ħafna, jista’ jfixkel ħafna lis-suq. Xi skemi għall-irtirar mis-suq ġew operati iżda rriżultaw kemmxejn komplessi biex jiġu amministrati. Xi miżuri ulterjuri għall-maniġġar ta’ kriżijiet għandhom jiġu introdotti, b’mod l-aktar faċli biex jiġi applikat. L-integrazzjoni ta’ tali miżuri bħal dawn kollha fi programmi operattivi ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tidher l-aħjar approċċ f’dawn iċ-ċirkostanzi, u għandha tipprovdi wkoll għall-faxxinu miżjud ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi għal produtturi. Madankollu sabiex jiġi permess li miżuri ta’ maniġġar ta’ kriżijiet jiġu estiżi għal non-membri ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati biex f’tali każijiet jagħtu għajnuna ta’ l-istat għal perijodu transitorju. L-għajnuna għandha madankollu tkun inqas minn dik irċevuta mill-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi sabiex is-sħubija tkun attraenti. L-operat ta’ din l-għajnuna ta’ l-istat għandha tiġi riveduta fl-aħħar tal-perijodu transitorju.
(22) L-integrazzjoni tal-patata ta’ varjazzjoni fl-iskema stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 timplika li, sabiex jiġi salvagwardjat it-tħaddim tajjeb tas-suq ewlieni bbażat fuq prezzijiet komuni, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jamministra l-għajnuna ta’ l-Istat għandhom japplikaw ukoll għall-patata ta’ varjazzjoni, soġġett għal perijodu transitorju biex jippermetti għall-adattament tas-settur.
(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 tad- 19 ta’ Diċembru 2000 dwar informazzjoni u azzjonijiet ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli dwar is-suq intern [9] jipprovdi għal kontribut Komunitarju għal ċerti azzjonijiet ta’ promozzjoni sa mhux aktar minn 50 %. Sabiex jiġi promoss il-konsum tal-frott u l-ħxejjex fost it-tfal fi stabbilimenti edukattivi, f’dan il-każ dik il-perċentwali għandha tiġi miżjuda għall-promozzjoni ta’ frott u ħxejjex.
(24) Organizzazzjonijiet interprofessjonali stabbiliti fuq l-inizjattiva ta’ operaturi individwali jew li huma diġà fi grupp jistgħu, jekk huma proporzjon sinifikanti tal-membri ta’ diversi kategoriji tax-xogħol tas-settur tal-frott u l-ħaxix, jikkontribwixxu għal komportament waqt li jittieħed kont aktar mill-qrib tar-realtajiet tas-suq u jiffaċilitaw approċċ kummerċjali li jtejjeb ir-rapportar ta’ produzzjoni, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, il-presentazzjoni tal-prodott u l-kummerċjalizzazzjoni. Peress li l-ħidma ta’ dawn l-organizzazzjonijiet hija kapaċi tikkontribwixxi b’mod ġenerali għall-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat, u b’mod partikolari dawk ta’ dan ir-Regolament, ladarba jiġu definiti l-forom rilevanti ta’ azzjoni, għandu jkun possibbli li jingħata għarfien speċifiku lil dawk l-organizzazzjonijiet li jipprovdu provi ta’ rappreżentanza biżżejjed u tiġi mwettqa azzjoni prattika fir-rigward ta’ dawk l-objettivi. Id-dispożizzjonijiet dwar l-estensjoni tar-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u dwar il-qsim ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw minn tali estensjoni għandhom, b’kunsiderazzjoni għas-similarità ta’ l-objettivi segwiti, japplikaw ukoll għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali.
(25) Il-ħolqien ta’ suq ewlieni Komunitarju jinvolvi l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kummerċ fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Dik is-sistema ta’ kummerċ għandha tinkludi dazji ta’ importazzjoni u għandha, fi prinċipju, tistabbilixxi s-suq Komunitarju. Is-sistema ta’ kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-attivitajiet aċċettati taħt ir-Rawnd ta’ l-Urugwaj tan-negozjati ta’ kummerċ multilaterali.
(26) L-applikazzjoni ta’ sistema ta’ prezz ta’ dħul għall-frott u l-ħxejjex teħtieġ l-adozzjoni ta’dispożizzjonijiet speċifiċi biex jittieħed kont ta’ l-impenji internazzjonali tal-Komunità.
(27) Il-monitoraġġ tal-volum fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli ma’ pajjiżi terzi jistgħu, fir-rigward ta’ ċerti prodotti, jeħtieġu l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ liċenzji għal importazzjonijiet u esportazzjonijiet inkluż l-introduzzjoni ta’ sigurtà li tiżgura li fil-fatt jitwettqu t-transazzjonijiet li għalihom jinħarġu tali liċenzji. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tingħata s-setgħa li tintroduċi sistemi ta’ liċenzji fir-rigward ta’ tali prodotti.
(28) Sabiex jiġu pprevenuti jew newtralizzati effetti mhux mixtieqa fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjonijiet ta’ tali prodotti għandhom ikunu soġġetti għal ħlas ta’ dazju addizzjonali, jekk ċerti kondizzjonijiet jiġu sodisfatti.
(29) Huwa xieraq, taħt ċertu kondizzjonijiet, li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiftaħ u tamministra kwoti tariffarji li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali konklużi skond it-Trattat jew minn atti oħrajn tal-Kunsill.
(30) Is-sistema ta’ dazju doganali jagħmilha possibbli għad-distribuzzjoni mal-miżuri protettivi l-oħrajn kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Is-suq intern u l-mekkaniżmu ta’ dazju jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirriżulta inadegwat. F’tali każijiet, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiża kontra tfixkil li jista’ jkun hemm, il-Komunità għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa kollha mingħajr dewmien. Tali miżuri għandhom ikunu skond l-impenji internazzjonali tal-Komunità.
(31) Biex jiġi żgurat li dawk l-arranġamenti ta’ kummerċ jistgħu jiffunzjonaw tajjeb, għandha ssir dispożizzjoni għar-regolar jew, meta s-sitwazzjoni fis-suq teħtieġ hekk, għall-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar attiv jew passiv.
(32) Biex titkompla tiġi prevista bażi legali għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal zokkor inkorporat f’ċerti prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati kif ipprovat fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, il-lista ta’ prodotti kkonċernati għandha tiġi miżjuda ma’ dik li tinsab fl-Anness VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l- 20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [10].
(33) Id-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.
(34) Peress li s-swieq komuni fi prodotti agrikoli qed jevolvu kontinwament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin informati dwar l-iżviluppi rilevanti.
(35) Il-ħidma adatta tas-suq ewlieni bbażata fuq prezzijiet komuni tkun imfixkla bl-għoti ta’ għajnuna nazzjonali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregola l-għajnuna ta’ l-Istat, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-prodotti koperti b’dan ir-Regolament. Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni għal għajnuna ta’ l-istat ta’ darba għas-settur ta’ l-ipproċessar tat-tadam fl-Italja u Spanja sabiex jiġi appoġġat l-adattament tiegħu għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
(36) In-nefqa magħmula mill-Istati Membri bħala riżultat ta’ l-obbligi li joriġinaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal- 21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [11].
(37) Ir-reġim tal-frott u l-ħxejjex jipprovdi li jiġu rispettati ċertu obbligi. Biex tiġi garantita l-konformità ma’ dawn l-obbligi, hemm ħtieġa għal kontrolli u l-applikazzjoni ta’ pieni fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ tali obbligi. Is-setgħa għandha, għalhekk, tingħata lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli korrispondenti inkluż dawk fir-rigward ta’ l-irkupru ta’ pagamenti mhux meħtieġa u dwar ir-rapportar ta’ obbligi ta’ l-Istati Membri. Il-korpi speċjali ta’ spetturi fit-taqsima tal-frott u l-ħxejjex mhux ser tibqa meħtieġa taħt ir-reġim il-ġdid u għandhom għalhekk jitneħħew.
(38) L-iskema ta’ għajnuna stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandha tiġi abolita. Dak ir-Regolament għalhekk mhux ser ikollu aktar l-ebda skop u għalhekk għandu jiġi revokat.
(39) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għat-twettiq ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [12].
(40) Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, il-kumitati separati għall-frott u l-ħxejjex frisk u l-frott u l-ħxejjex ipproċessati għandhom jiġu aboliti u mibdulin b’kumitat ewlieni għall-frott u l-ħxejjex li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.
(41) Il-bidla minn arranġamenti eżistenti għal dawk previsti minn dan ir-Regolament tista’ tagħti bidu għal diffikultajiet li mhumiex ittrattati f’dan ir-Regolament. Sabiex tittratta tali diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha tingħata permess tadotta miżuri transitorji. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għal għarfien kontinwat ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-kontinwazzjoni possibbli ta’ programmi operattivi approvati taħt ir-Regolament, kif ukoll dispożizzjoni simili għal gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-pjanijiet rikonoxxuti tagħhom.
(42) Dan ir-Regolament għandu, bħala regola ġenerali, japplika mill- 1 ta’ Jannar 2008. Madankollu sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni ta’ l-iskemi ta’ għajnuna għal prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati u l-frott ta’ ċitru matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, tali skemi ta’ għajnuna għandhom jitħallew għaddejjin sa l-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabblixxi regoli speċifiċi li japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.
Madankollu it-Titoli III u IV ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar.
L-Artikolu 43 għandu japplika wkoll għal patata, friska jew imkessħa tal-kodiċi NM 0701.
TITOLU II
KLASSIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI
Artikolu 2
Standards ta’ kummerċjalizzazzjoni
1. Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li huma intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġi kkummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta’ kwalità kummerċabbli u jekk il-pajjiż ta’ l-oriġini huwa indikat.
2. Għandu jiġu provdut mill-Kummissjoni għall-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.
3. Meta jsir dan, għandu jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet standard adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE).
4. L-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 u 2:
(a) għandhom japplikaw fl-istadji kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni inkluż l-importazzjoni u l-esportazzjoni sakemm ma jiġix provdut mod ieħor mill-Kummissjoni;
(b) għandhom jiġu stabbiliti waqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati, il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kondizzjonijiet għal rimi bla xkiel ta’ dawk il-prodotti fis-suq u l-interess tal-konsumaturi biex jirċievu informazzjoni tal-prodott xierqa u trasparenti b’mod partikolari, il-pajjiż ta’ l-oriġini, il-klassi u, fejn xieraq, il-varjetà (jew it-tip kummerċjali) tal-prodott;
(ċ) jistgħu b’mod partikolari jirrelataw mal-kwalità, il-grad fi klassijiet, id-daqs, l-ippakkjar, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar.
5. Id-detentur ta’ prodotti koperti mill-istandard ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jistax jesponi tali prodotti jew joffrihom għall-bejgħ, jew iwassalhom jew jikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor fil-Komunità ħlief f’konformità ma’ dawk l-istandards. Id-detentur għandu jkun responsabbli għall-iżgurar ta’ tali konformità.
6. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 42, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod selettiv, ibbażat fuq analiżi tar-riskju, jekk dawk il-prodotti humiex skond dawk l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dawn il-verifiki għandhom ikunu iffokati fuq l-istadju ta’ qabel it-tluq miż-żoni ta’ produzzjoni meta l-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati jew mgħobbija. Għall-prodotti minn pajjiżi terzi, il-verifiki għandhom isiru qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.
7. Sakemm jiġu adottati standards ta’ kummerċjalizzazzjoni ġodda, l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u r-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandhom ikomplu japplikaw.
TITOLU III
ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI
KAPITOLU I
Ħtiġijiet u għarfien
Artikolu 3
Ħtiġijiet
1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun kwalunkwe entità legali jew parti definita b’mod ċar ta’ entità legali li hija konformi mal-ħtiġijiet li ġejjin:
(a) hija magħmula fuq l-inizjativa tal-bdiewa fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li huma l-kultivaturi ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar;
(b) għandha l-objettiv ta’ l-użu ta’ prattiċi ta’ kultivazzjoni, tekniki ta’ produzzjoni u prattiċi ta’ ġestjoni ta’ l-iskart li huma ambjentalment tajbin b’mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità ta l-ilma, il-ħamrija u l-pajsaġġ u tiġi mħarsa jew imħeġġa l-bijodiversità;
(ċ) għandha wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:
(i) tiżgura li l-produzzjoni hija ppjanata u aġġustata skond id-domanda, partikolament fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;
(ii) tippromwovi konċentrazzjoni ta’ provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħha;
(iii) tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni u tistabbilixxi prezzijiet tal-produzzjoni;
(d) ir-regoli ta’ assoċjazzjoni tagħha jipprovdu għall-ħtiġijiet speċifiċi kif stabbiliti fil-paragrafu 2; u
(e) hija ġiet rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 4.
2. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandha teħtieġ il-membri ta’ produzzjoni tagħha, b’mod partikolari, biex:
(a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rapportar ta’ produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħarsien ta’ l-ambjent;
(b) jappartjenu għal organizzazzjoni ta’ produzzjoni waħda biss fir-rigward tal-produzzjoni ta’ investiment speċifiku ta’ kwalunkwe prodott speċifiku msemmi fil-paragrafu 1(a);
(ċ) jikkumerċjalizzaw il-produzzjoni kollha tagħhom ikkonċernata permezz ta’ l- organizzazzjoni tal-produtturi.
(d) ifornu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal raġunijiet statistiċi, b’mod partikolari dwar żoni li qed jikbru, kwantitajiet maqtugħa, ġbir u bejgħ dirett;
(e) iħallsu l-kontributi finanzjarji previsti fir-regoli ta’ assoċjazzjoni tagħha għall-istabbiliment u t-tibdil tal-fond operattiv previst fl-Artikolu 8.
3. Minkejja l-paragrafu 2(c), fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u fejn dan huwa skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi jistgħu:
(a) ibigħu mhux aktar minn perċentwali fissa tal-produzzjoni tagħhom u/jew prodotti direttament fuq l-investimenti tagħhom jew u/jew barra l-investimenti tagħhom lil konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom, tali perċentwali jiġu ffissati mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 10 %;
(b) jikkummerċjalizzaw lilhom infushom jew permezz ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitiajiet ta’ prodotti li huma marġinali fir-rigward tal-volum ta’ produzzjoni kummerċjabbli ta’ l-organizzazzjoni tagħhom;
(ċ) jikkummerċjalizzaw lilhom infushom jew permezz ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li minħabba l-karatterisitiċi tagħhom, mhumiex normalment koperti minn attivitajiet kummerċjali ta’ l-organizzazzjoni ta’ produzzjoni kkonċernata.
4. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom ukoll jipprovdu għal:
(a) proċeduri għad-determinazzjoni, l-adozzjoni u l-emendi tar-regoli msemmijin fil-paragrafu 2;
(b) l-imposizzjoni fuq membri ta’ kontributi finanzjarji meħtieġa għall-iffinanzjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi;
(ċ) regoli li jippermettu lil membri produtturi jiskrutinizzaw b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;
(d) pieni għal ksur ta’ obbligi taħt ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, partikolarment in-nuqqas ta’ pagament ta’ kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;
(e) regoli dwar l-ammissjoni ta’ membri ġodda, partikolarment perijodu ta’ sħubija minima;
(f) il-kontabbiltà u r-regoli baġitarji meħtieġa għall-operazzjoni ta’ l-organizzazzjoni.
5. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiġu meqjusa bħala li jaġixxu f’isem, u fl-interessi tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi.
Artikolu 4
Għarfien
1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) li japplikaw għal tali għarfien, sakemm:
(a) jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u jipprovdu l-provi rilevanti ta’an;
(b) ikollhom numru minimu ta’ membri u jkopru volum jew valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, u jipprovdu l-provi rilevanti għal dan;
(ċ) ikun hemm provi suffiċjenti li huma jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod xieraq, kemm fuq il-medda ta’ żmien u kif ukoll f’termini ta’ effettività u konċentrazzjoni ta’ forniment, li għal dan l-għan l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema mill-prodotti, jew gruppi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) għandhom ikunu koperti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;
(d) huma jippermettu b’mod effettiv lill-membri tagħhom jiksbu assistenza teknika fl-użu ta’ prattiċi ta’ koltivazzjoni ambjentalment tajbin;
(e) huma jipprovdu b’mod effettiv lill-membri tagħhom, fejn meħtieġ, il-mezzi tekniċi għall-ġbir, il-ħażna, l-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom;
(f) jiżguraw ġestjoni kummerċjali u ta’ kontabbiltà xierqa ta’ l-attivitajiet tagħhom; u
(g) ma jkollhomx pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat.
2. L-Istati Membri għandhom:
(a) jiddeċiedu jekk jagħtux għarfien lil organizzazzjoni ta’ produtturi fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni akkumpanjata mill-provi rilevanti kollha;
(b) iwettqu verifiki f’intervalli regolari biex jiżguraw li organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw ma’ dan it-Titolu, jimponu l-pieni fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ non-konformità jew irregolaritajiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn meħtieġ, li jiġi rtirat l-għarfien;
(ċ) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, darba kull sena, dwar kull deċiżjoni biex jingħata, jiġi rifjutat jew irtirat għarfien.
Artikolu 5
Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi
Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u jistgħu jwettqu kwalunkwe mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. Għal dan il-għan l-Istat Membru jista’ jagħraf, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fejn:
(a) l-Istat Membru jikkonsidra li l-assoċjazzjoni hija kapaċi li twettaq b’mod effettiv dawk l-attivitajiet; u
(b) l-assoċjazzjoni ma jkollhiex pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat.
L-Artikolu 3(5) għandhu japplika mutatis mutandis għall-azzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi.
Artikolu 6
Esternalizzazzjoni
L-Istati Membri jistgħu jippermettu organizzazzjoni tal-produtturi magħrufa jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa biex testernalizza kwalunkwe mill-attivitajiet tagħha, inkluż lil sussidjarji, dment li din tipprovdi provi biżżejjed lill-Istat Membri li dan huwa mod xieraq biex jinkisbu l-objettivi ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati.
Artikolu 7
Gruppi tal-produtturi
1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, grupp tal-produtturi għandu jkun kwalunkwe entità legali jew parti minn entità legali definita b’mod ċar li hija magħmula fuq l-inizjattiva tal-bdiewa fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li huma l-koltivaturi ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar, bil-ħsieb li jiġu magħrufa bħala organizzazzjoni tal-produtturi.
Il-gruppi tal-produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, jew fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Gżejjer Eġej iżgħar kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 [13] jistgħu jiġu permessi perijodu transitorju li fih jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għarfien stabbiliti fl-Artikolu 4.
Sabiex jikkwalifikaw, dawk il-gruppi ta’ produtturi għandhom jippreżentaw pjan ta’ għarfien f’fażijiet għall-Istat Membru rilevanti, li l-aċċettazzjoni tiegħu għandha tkun is-sinjal tal-perijodu transitorju imsemmi fit-tieni subparagrafu u għandu jikkostitwixxi għarfien preliminari. Il-perijodu transitorju m’għandux ikun ta’ aktar minn ħames snin.
2. Qabel l-aċċettazzjoni ta’ pjan ta’ għarfien, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom u l-implikazzjonijiet finanzjarji probabbli tagħhom.
3. Matul il-perijodu transitorju, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għotjiet lill-gruppi tal-produtturi:
(a) għajnuna biex iħeġġu l-formazzjoni tagħhom u jiffaċilitaw l-operazzjoni amministrattiva tagħhom;
(b) għajnuna, ipprovduta jew direttament jew permezz ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, biex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa biex jinkiseb għarfien u forma fil-pjan ta’ għarfien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.
4. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi rimborsata mill-Komunità skond ir-regoli adottati skond l-Artikolu 42(b)(ii).
5. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3(a) għandha tiġi ddeterminata għal kull grupp tal-produtturi abbażi tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tiegħu u għandha tammonta, għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena, għal:
(a) 10 %, 10 %, 8 %, 6 % u 4 % rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, u
(b) 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 %, rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Gżejjer Eġej iżgħar kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.
Dawk ir-rati jistgħu jiġu mnaqqsa f’relazzjoni mal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li taqbeż il-limitu. Jista’ jiġi applikat limitu massimu għall-għajnuna pagabbli fi kwalunkwe sena partikolari lil grupp tal-produtturi.
KAPITOLU II
Fondi operattivi u programmi operattivi
Artikolu 8
Fondi operattivi
1. Organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’:
(a) kontributi finanzjarji ta’ membri jew ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;
(b) assistenza finanzjarja Komunitarja li tista’ tingħata lil organizzazzjonijiet tal-produtturi.
2. Fondi operattivi għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw programmi operattivi approvati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 13.
Artikolu 9
Programmi operattivi
1. Il-programmi operattivi għandhom ikollhom tnejn jew aktar mill-objettivi msemmijin fl-Artikolu 3(1)(ba) jew ta’ l-objettivi li ġejjin:
(a) ippjanar tal-produzzjoni,
(b) titjib tal-kwalità tal-prodott,
(ċ) titjib tal-valur kummerċjali tal-prodott,
(d) promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk f’forma friska jew ipproċessati,
(e) miżuri ambjentali u metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, inkluż il-biedja organika,
(f) prevenzjoni u maniġġar ta’ kriżijiet.
2. Il-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu relatati ma’ l-evitar u l-ittrattar ta’ kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħxejjex u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:
(a) l-irtirar mis-suq,
(b) il-ħsad ta’ ħxejjex jew in-nuqqas ta’ ħsad ta’ frott u ħxejjex,
(ċ) il-promozzjoni u l-komunikazzjoni,
(d) il-miżuri ta’ taħriġ,
(e) l-assigurazzjoni tal-ħsad,
(f) l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi konġunti.
Il-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet, inkluż kwalunkwe pagament mill-ġdid ta’ kapital u interess kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa taħt il-programm operattiv.
Sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta’ prevenzjoni u maniġġar ta’ kriżijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jieħdu self fuq termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-pagament mill-ġdid tal-kapital u l-interess fuq dak is-self jista’ jifforma parti mill-programm operattiv u għalhekk jista’ jkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja Komunitarja taħt l-Artikolu 10. Kwalunkwe azzjoni speċifika taħt il-prevenzjoni u l-maniġġar tal-kriżijiet għandha tiġi ffinanzjata jew minn tali self, jew direttament, iżda mhux it-tnejn.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li:
(a) il-programmi operattivi għandhom jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar, jew
(b) ta’ l-anqas 10 % tan-nefqa taħt il-programmi operattivi għandhom ikopru azzjonijiet ambjentali.
L-azzjonijiet ambjentali għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet għal pagamenti agri-ambjentali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l- 20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali Ewropew (EAFRD) [14].
Fejn ta’ l-inqas 80 % tal-membri produtturi kollha ta’ organizzazzjoni tal-produtturi huma soġġetti għal impenn agri-ambjentali identiku wieħed jew aktar taħt dik id-dispożizzjoni, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jservi bħala azzjoni ambjentali kif imsemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu.
L-appoġġ għal azzjonijiet ambjentali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-azzjoni.
4. Il-paragrafu 3 għandu japplika biss għall-Bulgarija u r-Rumanija mill- 1 ta’ Jannar 2011.
5. L-investimenti li jżidu l-pressjoni ambjentali għandhom jiġu permessi biss f’sitwazzjonijiet fejn is-salvagwardji effettivi biex jiġi protett l-ambjent minn dawn il-pressjonijiet ikunu f’posthom.
Artikolu 10
Assistenza finanzjarja Komunitarja
1. L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha tkun daqs l-ammont ta’ kontributi finanzjarji msemmi fl-Artikolu 8(1)(a) kif fil-fatt imħallas iżda limitat għal 50 % tan-nefqa proprja li għandha titħallas.
2. L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha jkollha limitu massimu ta’ 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi.
Madankollu, il-perċentwali jista’ jiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata sakemm l-ammont li jaqbeż l-4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata jintuża biss għall-miżuri ta’ prevenzjoni u maniġġar ta’ kriżijiet.
3. Fuq talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-perċentwali prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun 60 % għal programm operattiv jew parti minn programm operattiv fejn tissodisfa mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) tiġi ppreżentata minn bosta organizzazzjonijiet tal-produtturi Komunitarji li qed joperaw fi Stati Membri differenti dwar skemi transnazzjonali;
(b) tiġi ppreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar mseħbin fi skemi operati fuq bażi interprofessjonali;
(ċ) tkopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal- 24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel [15];
(d) tiġi ppreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mill-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data għal miżuri operati mhux aktar tard mill-aħħar ta’ l-2013;
(e) hija l-ewwel li ġiet ippreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi magħrufa li ngħaqdet ma’ organizzazzjoni tal-produtturi magħrufa oħra;
(f) hija l-ewwel li ġiet ippreżentata minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa;
(g) hija ppreżentata minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri fejn organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex;
(h) hija ppreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi f’waħda mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità;
(i) tkopri biss appoġġ speċifiku għal azzjonijiet biex jiġi promoss l-konsum tal-frott u l-ħxejjex immirat għat-tfal fl-istabbilimenti edukattivi.
4. Il-perċentwali prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun 100 % fil-każ ta’ irtirar mis-suq tal-frott u l-ħxejjex li m’għandhomx jaqbżu l-5 % tal-volum tal-produzzjoni kkumerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li huma mqassmin permezz ta’:
(a) distribuzzjoni b’xejn għal organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità, approvat għal dak l-effett mill-Istati Membri, għall-użu fl-attivitajiet tagħhom biex jassistu persuni li d-dritt tagħhom għal assistenza pubblika huwa rikonoxxut fil-liġi nazzjonali, b’mod partikolari peress li m’għandhomx il-mezzi meħtieġa għal sussistenza;
(b) distribuzzjoni b’xejn għal istituzzjonijiet penali, skejjel u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni pubblika u għal kampijiet tal-btala tat-tfal kif ukoll għal sptarijiet u djar ta’ l-anzjani magħżulin mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet hekk distribwiti huma addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment inxtraw minn tali stabbilimenti.
Artikolu 11
Assistenza finanzjarja nazzjonali
1. F’reġjuni ta’ l-Istati Membri fejn il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi huwa partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati, mill-Kummissjoni, fuq talba debitament sostanzjata, biex iħallsu organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni assistenza finanzjarja nazzjonali daqs massimu ta’ 80 % tal-kontributi finanzjarji msemmi fl-Artikolu 8(1)(a). Din l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv.
F’reġjuni ta’ Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % tal-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix u li l-produzzjoni ta’ frott u ħaxix tagħhom tirrapreżenta mill-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikolu totali tagħhom, l-assistenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborsata mill-Komunità fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat.
2. L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għal assistenza finanzjarja nazzjonali li hija awtorizzata skond il-paragrafu 1.
Artikolu 12
Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għal programmi operattivi
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali għat-tfassil ta’ kondizzjonijiet ġenerali relatati ma’ azzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 9(3). Dan il-qafas għandu jipprovdi b’mod partikolari li tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 inkluż dawk fl-Artikolu 5 dwar il-komplimentarjetà, il-konsistenza u l-konformità.
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista’ titlob modifiki fi tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tippermettix il-kisba ta’ l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat u fis-sitt programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali [16]. L-investimenti fuq investimenti individwali appoġġati mill-programmi operattivi wkoll għandhom jirrispettaw dawk l-objettivi.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħaxix. Tali strateġija għandha tipprovdi għall-elementi li ġejjin:
(a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti ta’ forza u ta’ dgħjufija u l-potenzjal ta’ żvilupp;
(b) ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula;
(ċ) l-objettivi ta’ programmi u strumenti operattivi, indikaturi ta’ prestazzjoni;
(d) valutazzjoni ta’ programmi operattivi;
(e) reporting obligations for producer organisations.
L-istrateġija nazzjonali għandha tintegra wkoll il-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1.
3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-Istati Membri li m’għandhomx organizzazzjoniji tal-produtturi rikonoxxuti.
Artikolu 13
Approvazzjoni ta’ programmi operattivi
1. Abbozz ta’ programmi operattivi għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jirrifjutawhom jew jitolbu għall-modifika tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.
2. L-organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni għandhom jikkommunikaw lill-Istat Membru l-ammont stimat tal-fond operattiv għal kull sena u għandhom jippreżentaw raġunijiet xierqa għalhekk ibbażati fuq l-estimi tal-programm operattiv, in-nefqa għas-sena attwali u n-nefqa possibbli għas-snin ta’ qabel u, jekk meħtieġ, dwar il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stimati għas-sena li jmiss.
3. L-Istat Membru għandu, jinnotifika l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi dwar l-ammont stimat ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 10.
4. Il-pagamenti ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja għandhom isiru abbażi tan-nefqa li ssir għall-iskemi koperti mill-programm operattiv. L-avvanzi jistgħu jsiru fir-rigward ta’ l-istess skemi soġġett għad-dispożizzjoni ta’ garanzija jew sigurtà.
5. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika lill-Istat Membru dwar l-ammont finali ta’ nfiq għas-sena preċedenti, akkompanjat bid-dokumenti meħtieġa ta’ appoġġ, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja.
6. Programmi operattivi u l-finanzjament tagħhom minn produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi min-naħa l-waħda u b’fondi Komunitarji min-naħa l-oħra għandhom ikollhom tul ta’ żmien minimu ta’ tlieta u tul ta’ żmien massimu ta’ ħames snin.
KAPITLOU III
Estensjoni tar-regoli għal produtturi ta’ qasam ekonomiku
Artikolu 14
Estensjoni tar-regoli
1. F’każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi li topera f’qasam ekonomiku speċifiku hija kkunsidrata, fir-rigward ta’ prodott speċifiku, rappreżentattiva ta’ produzzjoni u produtturi f’dak il-qasam, l-Istat Membru kkonċernat jista’, fuq talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, jagħmel ir-regoli li ġejjin li jorbtu fuq il-produtturi stabbiliti f’dak il-qasam ekonomiku li mhux parti mill-organizzazzjoni tal-produtturi:
(a) ir-regoli msemmija fl-Artikolu 3(2)(a),
(b) ir-regoli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2)(c).
L-ewwel subparagrafu għandu japplika bil-kondizzjoni li dawk ir-regoli:
(a) ikunu ilhom fis-seħħ minn ta’ l-inqas sena ta’ kummerċjalizzazzjoni,
(b) huma inklużi fil-lista kompleta fl-Anness I,
(ċ) huma marbutin għal mhux aktar minn tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni.
Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness I. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.
2. Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, "qasam ekonomiku" tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni li jmissu ma’ xulxin jew tal-viċinat li għandhom l-istess kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’lista ta’ oqsma ekonomiċi.
F’xahar minn notifika, il-Kummissjoni għandha tapprova l-lista jew għandha, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, tiddeċiedi dwar l-emendi li dan ta’ l-aħħar għandu jagħmillha. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista approvata disponibbli pubblikament bil-metodi li hija tikkunsidra xieraq.
3. Organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-membri tagħha jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-produtturi fil-qasam ekonomiku li fiha hija topera u hija tkopri mill-inqas 60 % tal-volum tal-produzzjoni ta’ dak il-qasam. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta jiġu kkalkolati dawn il-perċentwali m’għandux jittieħed kont tal-produtturi jew il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91.
4. Ir-regoli li jsiru biex jorbtu l-produtturi kollha f’qasam ekonomiku speċifiku:
(a) m’għandhomx jikkaġunaw ebda ħsara għal produtturi oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-Komunità;
(b) m’għandhomx japplikaw, sakemm huma jkopruhom b’mod ċar, għal prodotti li jitwasslu għall-ipproċessar taħt kuntratt iffirmat qabel il-bidu ta’ sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar ta’ produzzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2)(a);
(ċ) m’għandhomx ikunu f’konflitt mar-regoli Komunitarji u nazzjonali fis-seħħ.
5. Ir-regoli m’għandhomx ikunu li jorbtu fuq produtturi ta’ prodotti organiċi koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sakemm tali miżura ma tkunx ġiet maqbula minn ta’ l-inqas 50 % ta’ tali produtturi fil-qasam ekonomiku li fiha topera l-organizzazzjoni tal-produtturi u dik l-organizzazzjoni tkun tkopri mill-inqas 60 % ta’ tali produzzjoni ta’ dak il-qasam.
Artikolu 15
Notifika
L-Istati Membri għandom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma għamlu jorbtu fuq il-produtturi kollha f’qasam ekonomiku speċifiku skond l-Artikolu 14(1). Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-regoli disponibbli pubblikament bil-metodi li hija tikkunsidra xieraq.
Artikolu 16
Tħassir
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jirrevoka estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 14(1):
(a) fejn issib li l-estensjoni in kwistjoni għal produtturi oħrajn teskludi kompetizzjoni f’parti sostanzjali tas-suq intern jew tfixkel il-kummerċ ħieles, jew li l-objettivi ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat huma f’periklu;
(b) fejn issib li l-Artiklu 81(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħrajn. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk ir-regoli għandhom japplikaw biss mid-data ta’ tali skoperta;
(ċ) meta wara verfiki ssib li ma kienx hemm konformità ma’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 17
Kontributi finanzjarji ta’ produtturi non-membri
Meta jiġi applikat l-Artikolu 14(1), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi, fuq skrutinju ta’ provi ppreżentati, li l-produtturi mhux membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni tal-produtturi għall-parti tal-kontributi finanzjarji mħallsin mill-membri produtturi, safejn dawn huma użati biex ikopru:
(a) spejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli msemmijin fl-Artikolu 14(1);
(b) l-ispiża ta’ riċerka, studji tas-suq u l-promozzjoni tal-bejgħ li jitwettqu mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni u li jibbenefikaw il-produtturi kollha f’dak il-qasam.
Artikolu 18
Estensjoni tar-regoli ta’ l-assoċjazzjonijijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi
Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, kwalunkwe referenza għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tinftiehem ukoll bħala referenza għal assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi.
KAPITOLU IV
Rapport
Artikolu 19
Rapport
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, fondi operattivi u programmi operattivi.
TITOLU IV
ORGANIZZAZZJONIJIET INTERPROFESSJONALI U FTEHIM
KAPITOLU I
Ħtiġijiet u għarfien
Artikolu 20
Ħtiġijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, "organizzazzjoni interprofessjonali" għandha tkun kwalunkwe entita’ legali li:
(a) huma magħmulin minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni ta’ u/jew tpartit u/jew ipproċessar tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;
(b) huma stabbiliti fuq l-inizjattiva ta’ kull waħda jew xi uħud mill-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li jikkostitwixxuhom;
(ċ) iwettqu żewġ attivitajiet jew aktar li ġejjin f’waħda jew aktar mir-reġjuni tal-Komunità, meħud kont ta’ l-interessi ta’ konsumaturi:
(i) it-titjib ta’ l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u s-suq,
(ii) l-għajnuna biex jiġi kkordinat aħjar il-mod kif frott u ħaxix jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq,
(iii) it-tfassil tal-forom standard ta’ kuntratt kompatibbli mar-regoli Komunitarji,
(iv) l-isfruttar b’mod aktar komplet tal-potenzjal tal-frott u l-ħxejjex prodotti,
(v) il-forniment ta’ informazzjoni u twettiq tar-riċerka meħtieġa biex tiġi aġġustata l-produzzjoni lejn prodotti aktar xierqa għal ħtiġijiet tas-suq u gosti u aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari b’rigward għall-kwalità tal-prodott u ħarsien ta’ l-ambjent,
(vi) it-tfittxija għal modi kif jiġi ristrett l-użu tal-prodotti dwar is-saħħa tal-pjanti u inputs oħrajn u l-iżgurar tal-kwalità tal-prodott u konservazzjoni tal-ħamrija u l-ilma,
(vii) l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti għat-titjib tal-kwalità tal-prodott,
(viii) l-isfruttar tal-potenzjal ta’ u l-protezzjoni tal-biedja organika kif ukoll id-deskrizzjoni ta’ l-orġini, it-tabelli ta’ kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi,
(ix) il-promozzjoni tal-produzzjoni integrata jew metodi ta’ produzzjoni oħrajn favur l-ambjent,
(x) l-istabbiliment ta’ regoli, fir-rigward tar-regoli ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-punti 2 u 3 ta’ l-Anness I, li huma aktar severi minn regoli Komunitarji jew nazzjonali;
(d) ġew rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 21.
Artikolu 21
Għarfien
1. Jekk ġustifikati bi strutturi ta’ l-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jagħrfu bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali l-organizzazzjonijiet kollha stabbiliti fuq it-territorju tagħhom li jagħmlu applikazzjoni xierqa, bil-kondizzjoni li:
(a) huma jwettqu l-attività tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fl-Istat Membru kkonċernat;
(b) huma jirrapreżentaw parti sinifikanti tal-produzzjoni ta’ u/jew tpartit u/jew l-ipproċessar ta’ frott u ħxejjex u prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex fir-reġjun jew reġjuni in kwistjoni u, fejn hemm aktar minn reġjun wieħed involut, huma jistgħu juru livell minimu ta’ rappreżentanza f’kull reġjun għal kull waħda mill-fergħat li huma parti mill-grupp tagħhom;
(ċ) huma jwettqu żewġ attivitajiet jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 20(c);
(d) huma mhumiex innifishom imdaħħlin fil-produzzjoni jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħxejjex jew prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex;
(e) ma jindaħlu fl-ebda waħda mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 22(4).
2. Qabel jingħata l-għarfien l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li applikaw għal għarfien, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-rappreżentanza tagħhom u l-attivitajiet varji tagħhom, flimkien ma’ l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għal valutazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għal għarfien fi ħdan limitu ta’ żmien ta’ xahrejn wara n-notifika.
3. L-Istati Membri għandhom:
(a) jiddeċiedu dwar jekk jagħtux għarfien jew le fi zmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni bid-dokumenti ta’ appoġġ relevanti kollha;
(b) iwettqu verifiki f’intervalli regolari biex jiżguraw li organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet għall-għarfien, jimponu il-pieni fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ non-konformità jew irregolaritajiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn meħtieġ, li jiġi rtirat l-għarfien;
(ċ) jirtiraw l-għarfien jekk:
(i) il-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet għal għarfien stabbiliti f’dan il-Kapitolu m’għadhomx jintlaħqu;
(ii) l-organizzazzjoni interprofessjonali tinvolvi ruħha f’waħda mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 22(3), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pieni oħrajn li għandhom jiġu mposti skond il-liġi nazzjonali;
(iii) l-organizzazzjoni interprofessjonali ma jirnexxiliex tkun skond l-obbligu ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 22(2);
(d) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, bi kwalunkwe deċiżjoni li tagħti, tirrifjuta jew tirtira għarfien.
4. It-termini u l-kondizzjonijiet li fuqhom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom jitfasslu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.
Il-Kummissjoni tista’, bħala riżultat ta’ verifiki, titlob lil Stat Membru biex jirtira l-għarfien.
5. L-għarfien għandu jinkludi awtorizzazzjoni biex twettaq l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 20(c), soġġett għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament, lista ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali magħrufa, bl-użu tal-metodi li hija tikkunsidra xierqa, billi tindika l-isfera ekonomika jew il-qasam ta’ l-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet imwettqin fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 23. L-irtirar ta’ għarfien ukoll għandu jkun disponibbli pubblikament.
KAPITOLU II
Regoli ta’ kompetizzjoni
Artikolu 22
Applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni
1. Minkejja l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 ta’ l- 24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fil-prodotti agrikoli [17], l-Artikolu 81(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma ta’ l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti li għandhom l-objettiv li jwettqu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 20(c) ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss jekk:
(a) il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma ġew notifikati lill-Kummissjoni;
(b) f’xahrejn mir-riċevuta tad-dettalji kollha meħtieġa l-Kummissjoni ma sabitx li l-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattiċi miftiehma huma inkompattibbli mar-regoli Komunitarji.
3. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma jistgħu ma jiġux implimentati sakemm jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(b).
4. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma li ġejjin għandhom fi kwalunkwe każ jiġu kkunsidrati inkompatibbli mar-regoli Komunitarji:
(a) ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jwasslu għal separazzjoni tas-swieq fi kwalunkwe forma fi ħdan il-Komunità;
(b) ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jaffettwaw l-operazzjoni soda ta’ l-organizzazzjoni tas-suq;
(ċ) ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu joħolqu distorzjonijiet ta’ kompetizzjoni li mhumiex essenzjali għall-kisba ta’ l-objettivi tal-politika agrikola komuni segwita mill-attività ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali;
(d) ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jinvolvu l-iffissar ta’ prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji speċifiċi;
(e) ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi intensivi li jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.
5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ntlaħqux, hija għandha tieħu Deċiżjoni billi tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, id-deċiżjoni jew il-prattika miftiehma in kwistjoni.
Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tatx informazzjoni skorretta jew abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.
6. Fil-każ ta’ ftehim pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madankollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, tiddikjara l-inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.
KAPITLOU III
Estensjoni tar-regoli
Artikolu 23
Estensjoni tar-regoli
1. F’każijiet fejn organizzazzjoni interprofessjonali li topera f’reġjun jew reġjuni speċifiċi ta’ Stat Membru hija kkunsidrata bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni ta’ jew kummerċ fi jew l-ipproċessar ta’ prodott speċifiku, l-Istat Membru kkonċernat jista’, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni interprofessjonali, jagħmel bħala li jorbtu xi uħud mill-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattiċi miftiehma maqbula fi ħdan dik l-organizzazzjoni għal perijodu limitat fuq operaturi oħrajn li joperaw fir-reġjun jew reġjuni in kwistjoni, kemm jekk individwali jew gruppi, li mhumiex parti mill-organizzazzjoni.
2. Organizzazzjoni interprofessjonali għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn hija tammonta għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni jew kummerċ jew l-ipproċessar tal-prodott jew prodotti kkonċernati fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati ta’ Stat Membru. Meta l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħrajn tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni interprofessjonali għandha turi livell minimu ta’ rappreżentanza għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor f’kull waħda mir-reġjuni kkonċernati.
3. Ir-regoli li għalihom tista’ tintalab l-estensjoni għal operaturi oħrajn:
(a) għandu jkollhom waħda mill-miri li ġejjin:
(i) rapportar tal-produzzjoni u s-suq,
(ii) regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji jew nazzjonali,
(iii) tfassil ta’ kuntratti standard li huma kompatibbli mar-regoli Komunitarji,
(iv) regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni,
(v) regoli dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent,
(vi) miżuri li jippromwovu u jisfruttaw il-potenzjal ta’ prodotti,
(vii) miżuri li jipproteġu l-biedja organika kif ukoll id-deskrizzjoni ta’ oriġini, tabelli ta’ kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;
(b) għandhom ikunu ilhom fis-seħħ mill-inqas sena ta’ kummerċjalizzazzjoni;
(ċ) jistgħu jsiru li jorbtu għal mhux aktar minn tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni;
(d) m’għandhom jikkaġunaw ebda ħsara għal operaturi oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-Komunità.
Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness I. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.
4. Ir-regoli msemmija fil-paragrafi 3(a)(ii),(iv) u (v) m’għandhomx ikunu għajr dawk stabbiliti fl-Anness I. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 3(a)(ii) m’għandhomx japplikaw għal prodotti li ġew prodotti barra r-reġjun jew reġjuni speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 1.
Artikolu 24
Notifika u revokar
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar ir-regoli li huma għamlu jorbtu fuq l-operaturi kollha f’waħda jew aktar mir-reġjuni speċifiċi skond l-Artikolu 23(1). Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-regoli disponibbli pubblikament bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa.
2. Qabel ir-regoli jsiru disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 ta’ kwalunkwe notifika ta’ l-estensjoni tal-ftehim interprofessjonali.
3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jirrevoka estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 16.
Artikolu 25
Kontributi finanzjarji ta’ produtturi non-membri
F’każijiet fejn ir-regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u fejn wieħed jew aktar mill-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 23(3)(a) huma segwiti b’organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta u huma fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom jirrelataw ma’ wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li ta l-għarfien jista’ jiddeċiedi li individwi jew gruppi li mhumiex membri ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontributi kollha jew parti minnhom imħallsin mill-membri tagħha sal-punt li tali kontributi huma intiżi li jkopru l-ispejjeż li għandhom jitħallsu direttament bħala riżultat ta’ segwitu ta’ l-attivitajiet in kwistjoni.
TITOLU V
KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 26
Prinċipji ġenerali
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet adottati sussegwentement għal dan, dan li ġej għandu jiġi pprojbit f’kummerċ ma’ pajjiżi terzi:
(a) l-intaxxar ta’ kwalunkwe ħlas li għandu effett ekwivalenti għal dazju doganali;
(b) l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li għandha effett ekwivalenti.
Artikolu 27
Nomenklatura Magħquda
Ir-regoli ġenerali għall-interpretar tan-Nomenkaltura Magħquda u r-reġoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa ta’ prodotti koperti b’dan it-Titolu. In-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi inkluża fit-Tariffa Doganali Komuni.
KAPITOLU II
Importazzjonijiet
Taqsima I
Liċenzji ta’ importazzjoni
Artikolu 28
Sistemi ta’ liċenzji ta’ importazzjoni mhux obbligatorji
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel li l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ waħda jew aktar mill-prodottikoperti b’ dan ir-Regolament soġġetti għal preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni.
Artikolu 29
Għoti tal-liċenzji
Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jiġu maħruġa mill-Istati Membri għal kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment tiegħu fil-Komunità, sakemm mhux previst mod ieħor mill-Kunsill, u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.
Artikolu 30
Validità
Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.
Artikolu 31
Sigurtà
1. Sakemm mhux previst mod ieħor skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-liċenzji għandhom jinħarġu soġġett għall-preżentazzjoni ta’ sigurtà li tiggarantixxi li l-prodotti huma importati matul il-perijodu ta’ validità tal-liċenzja.
2. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, is-sigurtà għandha tintilef kollha jew parti minnha jekk l-importazzjoni ma titwettaqx, jew titwettaq biss parzjalment, fi ħdan il-perijodu ta’ validità tal-liċenzja.
Artikolu 32
Regoli ta’ implimentazzjoni
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, inkluż it-termini ta’ validità tal-liċenzji u r-rata ta’ sigurtà, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.
Taqsima II
Dazji ta’ importazzjoni u sistema ta’ prezz ta’ dħul
Artikolu 33
Import duties
Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-rati ta’ dazju ta’ importazzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tapplika għal prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 34
Sistema ta’ prezz ta’ dħul
1. Jekk l-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz ta’ dħul tal-konsenja importata, il-verità ta’ dan il-prezz għandha tiġi verifikata bl-użu ta’ valur ta’ importazzjoni b’rata fissa kkalkolata mill-Kummissjoni, bil-prodott u bl-oriġini, abbażi tal-medja ta’ piż ta’ prezzijiet għall-prodott fuq is-swieq ta’ importazzjoni rappreżentattivi ta’ l-Istati Membri jew fuq swieq oħrajn, fejn xieraq.
Dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu, madankollu, jiġu adottati għall-verifika tal-prezz ta’ dħul ta’ prodotti importati primarjament għall-ipproċessar, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.
2. Meta l-prezz ta’ dħul dikjarat tal-konsenja in kwistjoni huwa ogħla mill-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa, miżjud b’marġini stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li ma jistax jeċċedi l-valur tar-rata fissa b’iktar minn 10 %, tkun meħtieġa l-introduzzjoni ta’ sigurtà daqs id-dazju ta’ importazzjoni determinata abbażi tal-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa.
3. Jekk il-prezz ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni mhix dikjarata fi kwalunkwe ħin ta’ l-iżdoganar, ir-rata ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni li għandha tiġi applikata għandha tiddependi fuq il-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa jew titwassal b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ leġislazzjoni doganali rilevanti taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.
4. Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.
Artikolu 35
Dazji ta’ importazzjoni addizzjonali
1. Dazju ta’ importazzjoni addizzjonali għandu japplika għal importazzjonijiet bir-rata ta’ dazju stabbilita fl-Artikolu 33 u 34 ta’ wieħed jew aktar prodotti koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jiġu pprevenuti jew miġġielda l-effetti negattivi fuq is-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:
(a) l-importazzjonijiet huma bi prezz inqas mil-livell notifikat mill-Komunità għall-Organizzazzjoni ta’ Kummerċ Dinji ("the trigger price"); jew or
(b) il-volum ta’ importazzjonijiet fi kwalunkwe sena jeċċedi ċertu livell ("the trigger volume").
It-trigger volume għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq definiti bħala importazħzjonijiet bħala perċentwali tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta’ qabel.
2. Dazji ta’ importazzjoni addizzjonali m’għandhomx jiġu imposti meta l-importazzjonijiet mhux mistennija jfixklu s-suq Komunitarju, jew fejn l-effetti ikunu sproporzjonati ma’ l-objettiv intiż.
3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), prezzijiet ta’ importazzjoni għandhom jiġu determinati abbażi tal-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF tal-konsenja kkunsidrata.
Il-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF għandhom jiġu verifikati meta mqabbla mal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fuq is-suq dinji jew fuq is-suq ta’ importazzjoni Komunitarju għal dak il-prodott.
4. Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Tali regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw partikolarment:
(a) il-prodotti li għalihom għandhom japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni addizzjonali;
(b) il-kriterji l-oħrajn meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1.
Taqsima III
Ġestjoni ta’ kwota ta’ importazzjoni
Artikolu 36
Kwoti tariffarji
1. Il-kwoti tariffarji għal importazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn kwalunkwe att tal-Kunsill għandu jinfetaħ u jiġi amministrat mill-Kummissjoni taħt ir-regoli dettaljati adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.
2. Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati b’mod li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati, billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom jew metodu xieraq ieħor:
(a) metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet (il-prinċipju "first come, first served");
(b) metodu ta’ distribuzzjoni bi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ġew ippreżentati (bl-użu tal-"metodu ta’ eżaminazzjoni simultanju");
(ċ) metodu bbażat fuq it-teħid f’kont tax-xejriet ta’ kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-"metodu tradizzjonali/novizzi").
3. Il-metodu ta’ amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti l-importanza dovuta lill-ħtiġijiet ta’ forniment tas-suq Komunitarju u għall-ħtieġa għas-salvagwardja ta’ l-ekwilibriju ta’ dak is-suq.
Artikolu 37
Ftuħ ta’ kwoti tariffarji
Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, għandha tipprovdi għall-kwoti tariffarji annwali, jekk meħtieġ mqassmin kif xieraq matul is-sena u għandha tiddetermina l-metodu amministrattiv li għandu jintuża.
Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima għandhom jiġu adottati skond l-istess proċedura, b’mod partikolari dwar:
(a) garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;
(b) għarfien tad-dokument użat għall-ivverifikar tal-garanziji msemmijin fil-punt (a);
(ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jinħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni u t-terminu ta’ validità tagħhom.
Taqsima IV
Miżuri ta’ salvagwardja u proċessar attiv
Artikolu 38
Miżuri ta’ salvagwardja
1. Miżuri ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet fil-Komunità jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi [18] u (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet [19].
2. Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Kunsill, miżuri ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet fil-Komunità previsti fi ftehim internazzjonali konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Kummissjoni tirċievi tali talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-irċevuta tat-talba.
L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b’tali miżuri ta’ salvagwardja, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.
4. Fejn il-Kummissjoni tikkonsidra li kwalunkwe miżura ta’ salvagwardja meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2 għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tipproċedi kif ġej:
(a) fejn il-miżura tkun ittieħdet mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li tiġi revokata jew emendata. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġorana kwalifikata;
(b) fil-każijiet l-oħra kollha, il-miżuri ta’ salvagwardja Komunitarji għandhom jiġu revokati jew emendati mill-Kummissjoni.
Artikolu 39
Sospenzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ proċessar attiv
1. Fejn is-suq Komunitarju jiġi mfixkel jew jista’ jiġi mfixkel minn arranġamenti ta’ pproċessar ‘il ġewwa, il-Kummissjoni tista’ tissospendi fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta’ arranġamenti ta’ pproċessar ‘il ġewwa għal prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-irċevuta tat-talba.
L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b’tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.
Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni skond l-ewwel paragrafu jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.
2. Sal-punt meħtieġ għat-tħaddim sew ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar attiv għal dawk il-prodotti jista’ jkun ipprojbit kompletament jew parzjalment mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.
KAPITLOU III
Esportazzjonijiet
Taqsima I
Liċenzji ta’ esportazzjoni
Artikolu 40
Sistemi ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni mhux obbligatorji
1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-esportazzjonijiet mill-Komunità ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni.
2. L-Artikoli 29, 30 u 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż it-termini ta’ validità tal-liċenzji u r-rata’ ta’ sigurtà, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.
Taqsima II
Sospenzjoni ta’ pproċessar passiv
Artikolu 41
Sospensjoni ta’ l-Arranġamenti ta’ Pproċessar passiv
1. Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista’ jiġi mfixkel minn arranġamenti ta’ pproċessar ‘il barra, il-Kummissjoni fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess tista’ tissospendi kompletament jew parzjalment l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar passiv għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-irċevuta tat-talba.
L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b’tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.
Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.
2. Sal-punt meħtieġ għat-tħaddim xieraq ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti koperti b’dan ir-Regolament, l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar passiv għal dawk il-prodotti jista’ jkun projbit kompletament jew parzjalment mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI, LI JEMENDAW U FINALI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet implimentattivi
Artikolu 42
Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati
Regoli dettaljati għalll-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Dawn ir-regoli jistgħu jinkludu, b’mod partikolari:
(a) regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu II, inkluż:
(i) il-prodotti ppreżentati għall-istandardizzar u d-dispożizzjoni għall-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, b’mod partikolari biex jiġi ddefinit x’jikkostitwixxi prodott li huwa tajjeb, ġust u ta’ kwalità kummerċjabbli;
(ii) regoli dwar l-ispezzjonijiet ta’ konformità, b’mod partikolari dwar l-applikazzjoni konsistenti tagħhom fl-Istati Membri;
(iii) ir-regoli dwar derogi u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni;
(iv) regoli dwar il-preżentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar;
(v) regoli dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti importati fil-Komunità u l-prodotti esportati mill-Komunità;
(b) regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu III, inkluż:
(i) regoli dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi inkluż assistenza amministrattiva li trid tingħata mill-awtoritajiet kompetenti relevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;
(ii) regoli dwar l-iffinanzjar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7; fost l-oħrajn il-limiti u l-limiti massimi għal għajnuna u l-livell ta’ ko-finanzjar Komunitarju ta’ l-għajnuna;
(iii) il-proporzjon ta’ u r-regoli dettaljati dwar ir-rimbors tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(1);
(iv) ir-regoli dwar l-investimenti fuq investimenti individwali;
(v) id-dati għall-komunikazzjonijiet u n-notifiki msemmija fl-Artikolu 13;
(vi) li jiġu provduti pagamenti parzjali ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja msemmija fl-Artikolu 13;
(ċ) regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu IV;
(d) regoli fir-rigward tal-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li għandhom jiġu mwettqa mill-Istati Membri b’rigward għar-rispett ta’ l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(e) sistema għall-applikazzjoni ta’ penalitajiet amministrattivi meta jinstabu non-konformitajiet ma’ kwalunkwe mill-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-penalitajiet amministrattivi għandhom jiġu iggradwati skond is-severità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-non-konformità misjuba;
(f) regoli fir-rigward ta’ l-irkupru ta’ pagamenti mhux meħtieġa li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(g) regoli dwar ir-rapportar tal-kontrolli mwettqin kif ukoll ir-riżultati tagħhom;
(h) regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu V, inkluż il-miżuri speċifikatament imsemmijin f’dak it-Titolu;
(i) regoli li jiddeterminaw liema informazzjoni hija meħtieġa għall-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 44, kif ukoll dawk dwar il-forma, il-kontenut, il-ħin u l-iskadenzi tiegħu u dwar l-arranġamenti għat-trasmissjoni jew li ssir disponibbli l-informazzjoni u d-dokumenti;
(j) miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) 2202/96 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż dawk għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet li jemendaw, li jirrevokaw u finali
Artikolu 43
Għajnuniet mill-Istat
Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta’ u kummerċ fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-patata, friska u mkessħa, tal-Kodiċi NM 0701.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu:
(a) L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu għajnuna mill-Istat taħt kwalunkwe skemi fir-rigward tal-produzzjoni ta’ u kummerċ fil-patata, friska jew imkessħa, tal-kodiċi NM 0701 sal- 31 ta’ Diċembru 2011;
(b) Spanja u l-Italja jistgħu jipprovdu, matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008, għajnuna ta’ l-istat sa EUR 15-il miljun sabiex jappoġġjaw l-adattament tas-settur ta’ l-ipproċessar tad-tadam għad-dispożizzjonijiet imniżżla f’dan ir-Regolament.
(ċ) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna ta’ l-istat sal- 31 ta’ Diċembru 2010 taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) l-għajnuna ta’ l-istat tiġi mħallsa biss lil produtturi ta’ frott u ħxejjex li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, li jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazjoni tal-produtturi rikonoxxuta li fih huma jaċċettaw li għandhom japplikaw il-miżuri tal-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata;
(ii) l-ammont ta’ għajnuna mill-istat mħallas lil tali produtturi ma jkunx aktar minn 75 % ta’ l-appoġġ Komunitarju rċevut mill-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata; u
(iii) l-Istat Membru konċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2010 dwar l-effettività u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna ta’ l-istat, b’mod partikolari b’analiżi ta’ kemm appoġġja l-organizzazzjoni tas-settur. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport u tiddeċiedi dwar jekk tagħmilx xi proposta xierqa.
Artikolu 44
Komunikazzjonijiet
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu lill-xulxin bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għall-monitoraġġ u l-analiżi tas-suq u biex tkun skond l-obbligi internazzjonali dwar il-prodotti koperti b’dawk ir-Regolamenti.
Artikolu 45
Infiq
Infiq taħt dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li huma miżuri ta’ intervent biex jiġu regolarizzati s-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
Artikolu 46
Emendi għar-Regolament (KEE) Nru 827/68
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 827/68 d-dħul għall-Kodiċi NM 0901 għandu jiġi mibdul b’li ġej:
"ex0910 | Ġinġer, żagħfran ta’ l-Indja (turmeric, kurkuma), weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn minbarra s-sagħtar u ż-żagħfran". |
Artikolu 47
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2200/96
Ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. Fl-Artikolu 1(2), it-tabella għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
"Kodiċi NM | Deskrizzjoni |
07020000 | Tadam, frisk jew imkessaħ |
0703 | Basal, shallots, tewm, kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin |
0704 | Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin |
0705 | Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin |
0706 | Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin |
070700 | Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir), friski jew imkessħin |
0708 | Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin |
ex0709 | Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin, minbarra veġetali tas-sottotitoli 07096091, 07096095, 07096099, 07099031, 07099039 u 07099060 |
ex0802 | Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxrin jew imfesdqin jew le Ġewż minbarra areka (jew betel), u kola li jaqaw fis-subintestatura 08029020 |
08030011 | Pjantaġġini friski |
ex08030090 | Pjantaġġini mnixxfa |
08042010 | Tin, frisk |
08043000 | Ananas |
08044000 | Avocados |
08045000 | Gwav, mang u mangostan |
0805 | Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef |
08061010 | Għeneb frisk tal-mejda |
0807 | Bettieħ (inkluż id-dulliegħ) u pawpaw (papaj), frisk |
0808 | Tuffieħ, lanġas u sfarġel, frisk |
0809 | Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), frisk |
0810 | Frott ieħor, frisk |
08135031 08135039 | Taħlit esklussivament ta’ ġewż imnixxef tal-kodiċi NM 0801 u 0802 |
091020 | Żagħfran |
ex091099 | Sagħtar, frisk jew imkessaħ |
ex12119085 | Ħabaq, melissa, zekka, origanu vulgare (oreganu/marjoram salvaġġ), rosmarin, salvja, frisk jew imkessaħ |
12129930 | Miżwed tal-ħarrub (jew ħarrub)"; |
2. It-Titoli I sa VI, l-Artikoli 43 u 44, l-Artikoli 47 sa 57 u l-Annessi I sa V għandhom jiġu mħassra;
3. L-Artikolu 46 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 46
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").
2. Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stipolat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar wieħed."
Artikolu 48
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2201/96
Ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 1(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"3. Is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ffissati, jekk meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96";
2. It-Titoli I u II, l-Artikoli 23 sa 32 u l-Annessi I sa III għandhom jiġu mħassra.
Artikolu 49
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2826/2000
Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. Fl-Artikolu 5(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Fir-rigward tal-promozzjoni ta’ frott u ħxejjex friski, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-promozzjoni mmirata għat-tfal fi stabbilimenti edukattivi";
2. Fl-Artikolu 9(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Il-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun 60 % fil-każ tal-promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex immirati biss lejn tfal fi stabbilimenti edukattivi".
Artikolu 50
Emenda għad-Direttiva 2001/112/KE
L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva (KE) 2001/112/KE:
- "— fejn xieraq din id-Direttiva tinġieb f’konformità ma’ l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali relevanti."
Artikolu 51
Emenda għad-Direttiva 2001/113/KE
L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva (KE) 2001/113/KE:
- "— fejn xieraq din id-Direttiva tinġieb f’konformità ma’ l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali relevanti."
Artikolu 52
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. Fl-Artikolu 33(1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"(a) huma ngħataw pagament fil-perijodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 38 taħt mill-inqas waħda mill-iskemi ta’ appoġġ imsemmijin fl-Anness VI jew, fil-każ ta’ żejt taż-żebbuġa, fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(1), jew, fil-każ tal-pitrava zokkrija, kannamiela, u indivja, jekk huma bbenefikaw minn appoġġ tas-suq fil-perijodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt K ta’ l-Anness VII, jew, fil-każ ta’ banana, jekk huma bbenefikaw minn kumpens għal telf ta’ dħul fil-perijodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt L ta’ l-Anness VII, jew fil-każ ta’ frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer, huma kienu l-produtturi tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni jew serer fil-perijodu rappreżentattiv applikat mill-Istati Membri għal dawk il-prodotti skond il-punt M ta’ l-Anness VII;"
2. Fl-Artikolu 37(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Għal frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer l-ammont ta’ referenza għandu jiġi kkalkolat u aġġustat skond il-punt M ta’ l-Anness VII.";
3. Fl-Artikolu 40 (2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"2. Jekk il-perijodu ta’ referenza kollu kien affettwat bil-każ ta’ force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istat Membru għandu jikkalkola l-ammont ta’ referenza abbażi tal-perijodu 1997 sa 1999.
Fil-każ ta’ pitrava zokkrija, kannamiela, u indivja, l-ammont ta’ referenza għandu jkun ikkalkolat abbażi ta’ l-eqreb sena ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel il-perijodu rappreżentattiv magħżul skond il-punt K ta’ l-Anness VII. Fil-każ ta’ banana għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ l-eqreb sena ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel il-perijodu rappreżentattiv magħżul skond il-punt L ta’ l-Anness VII. Fil-każ ta’ frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer, għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ l-eqreb sena ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel il-perijodu rappreżentattiv magħżul skond il-punt M ta’ l-Anness VII. F’dawk il-każijiet, il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis.";
4. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 42(8):
"Madankollu, fil-każ ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 5, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għall-2007, id-drittijiet ta’ pagamenti mhux użati li jikkorrispondu għal numru ekwivalenti ta’ ettari ddikkjarati mill-bdiewa u wżati għall-patata ta’ varjazzjoni jew għall-frott u l-ħxejjex m’għandhomx imorru lura għar-riżerva nazzjonali".
5. Fl-Artikolu 43(2), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"(a) fil-każ ta’ l-għajnuniet għall-lamtu tal-patata, il-magħlef imnixxef, iż-żerriegħa, l-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ u t-tabakk elenkati fl-Anness VII, in-numru ta’ l-ettari li l-produzzjoni tagħhom ingħatat l-għajnuna fil-perijodu ta’ referenza, kif ikkalkolat skond punti B, D, F, H u I ta’ l-Anness VII;
(aa) fil-każ tal-pitrava zokkrija, kannamiela, u indivja, in-numru ta’ ettari kif ikkalkolati skond il-punt 4 tal-punt K ta’ l-Anness VII;
(ab) fil-każ tal-banana, in-numru ta’ ettari kif ikkalkolati skond il-punt L ta’ l-Anness VII;
(aċ) fil-każ tal-frott u l-ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer, in-numru ta’ ettari kif ikkalkolati skond il-punt M ta’ l-Anness VII;";
6. Fl-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
""Ettaru eliġibbli’ għandu jfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a) żoni miżrugħa b’ħops jew li qegħdin taħt obbligu temporanju ta’ serħan;
(b) żoni taħt is-siġar taż-żebbuġ;
(ċ) żoni miżrugħin bil-banana;
(d) żoni bi frott permanenti u prodotti tar-raba’ tal-ħaxix."
(e) serer.";
7. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 45:
"3. Madankollu, għall-2007, fl-Istati Membri li m’għamlux użu mill-għażla fl-Artikolu 71 u li m’humiex jagħmlu użu mill-għażla stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 51, id-drittijiet ta’ pagamenti mhux użati li jikkorrispondu għal numru ekwivalenti ta’ ettari ddikkjarati mill-bdiewa u wżati għall-patata ta’ varjazzjoni jew għall-frott u l-ħxejjex m’għandhomx imorru lura għar-riżerva nazzjonali".;
8. L-Artikolu 51 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 51
Użu agrikolu ta’ l-art
Il-bdiewa jistgħu jużaw il-pakketti ddikjarati skond l-Artikolu 44(3) għal kwalunkwe attività agrikola ħlief għal prodotti tar-raba’ permanenti. Madankollu l-bdiewa jistgħu jużaw il-pakketti għall-prodotti li ġejjin:
(a) ħops,
(b) siġar taż-żebbuġ,
(ċ) banana,
(d) frott permanenti u prodotti tar-raba’ tal-ħxejjex;
(e) serer.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa’ l- 1 ta’ Novembru 2007, li sad-data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri iżda mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2010, il-pakketti f’reġjun wieħed jew aktar ta’ l-Istati Membri jistgħu jkomplu ma jiġux użati għal:
(a) il-produzzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96. Madankollu f’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li prodotti tar-raba’ sekondarji jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli waqt perijodu massimu ta’ tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta’ Awwissu; madankollu, fuq talba ta’ Stat Membru, din id-data tiġi mmodifikata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) għal reġjuni fejn iċ-ċereali jinħasdu normalment aktar kmieni għal raġunijiet klimatiċi; u/jew
(b) il-produzzjoni ta’ patata ta’ varjazzjoni; u/jew
(ċ) serer.";
9. L-Artikolu 60(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"8. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża d-deroga fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 51, jista’ wkoll jiddeċiedi, sa l- 1 ta’ Novembru 2007, biex japplika l-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu għall-istess perijodu. Il-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw fl-ebda każ ieħor.";
10. Fl-Artikolu 63(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Fir-rigward ta’ l-inklużjoni tal-komponent tal-pagamenti tal-frott u l-ħxejjex, il-patata ta’ varjazzjoni u s-serer fl-iskema ta’ pagament ewlieni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa l- 1 ta’ April 2008, li japplikaw id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu.";
11. L-Artikolu 64(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"2. Skond l-għażla magħmula minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tistabbilixii, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), limitu massimu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti previsti fl-Artikoli 66 sa 69.
Dan il-limitu massimu għandu jkun ugwali għall-komponent ta’ kull tip ta’ pagament dirett fil-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 41, immultipplikat bil-persentaġġi ta’ tnaqqis applikati mill-Istati Membri skond l-Artikoli 66 sa 69.
L-ammont totali tal-limiti massimi stabbiliti għandu jitnaqqas mil-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 41 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).";
12. L-Artikolu 65(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"1. Għad-drittijiet li għandhom jiġu allokati lill-bdiewa, wara kwalunkwe tnaqqis taħt l-Artikolu 41, il-komponent ta’ l-ammont ta’ referenza li jirriżulta minn kull wieħed mill-pagamenti previsti, fl-Artikoli 66 sa 69 għandu jiġi mnaqqas bil-peċentwali li għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri fil-limitu ffisat f’ dawk l-Artikoli, u għal pagamenti diretti previsti fl-Artikou 68b, fi ħdan il-perijodu ffissat mill-Istati Membri skond dak l-Artikolu."
13. L-Artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 68a:
"Artikolu 68b
Pagamenti tal-frott u l-ħxejjex transitorji
1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa l- 1 ta’ Novembru 2007 li jżommu, sal- 31 ta’ Diċembru 2011, sa 50 % tal-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal ċertu tadam li huwa fornit għall-ipproċessar u li kien eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 2201/96.
F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.
Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lil bdiewa li jipproduċu tali tadam taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 10 g tat-Titolu IV.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa l- 1 ta’ Novembru 2007 li jżommu:
(a) sal- 31 ta’ Diċembru 2010, sa 100 % tal-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal ċerti prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu li huma forniti għall-ipproċessar u li kienu eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96; u
(b) mill- 1 ta’ Jannar 2011 sal- 31 ta’ Diċembru 2012, sa 75 % tal-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal ċerti prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu li huma forniti għall-ipproċessar u li kienu eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96.
F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu stabbilit skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.
Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lill-bdiewa li jipproduċu wieħed jew aktar minn dawn il-frott u ħxejjex li huma forniti għall-ipproċessar u li kienu eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-kapitolu 10 g tat-Titolu IV:
(a) tin frisk,
(b) frott taċ-ċitru frisk,
(ċ) għeneb tal-mejda,
(d) lanġas,
(e) ħawħ u ċiprisk, u
(f) ċerti tipi ta’ għanbaqar li ġej mill-għanbaqar "d’Ente".
3. Il-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 li jikkorrispondi għat-tadam għandu jkun kif ġej:
Stat Membru | Ammont (EUR miljun għal kull sena kalendarja) |
Il-Bulgarija | 5,394 |
Ir-Repubblika Ċeka | 0,414 |
Il-Greċja | 35,733 |
Spanja | 56,233 |
Franza | 8,033 |
L-Italja | 183,967 |
Ċipru | 0,274 |
Malta | 0,932 |
L-Ungerija | 4,512 |
Ir-Rumanija | 1,738 |
Il-Polonja | 6,715 |
Il-Portugall | 33,333 |
Is-Slovakkja | 1,018 |
4. Il-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmi fil-paragrafu 2 li jikkorrispondi għall-prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex għandu jkun kif ġej:
Stat Membru | Ammont (EUR miljun għal kull sena kalendarja) |
Il-Bulgarija | 0,851 |
Ir-Repubblika Ċeka | 0,063 |
Il-Greċja | 153,833 |
Spanja | 110,633 |
Franza | 44,033 |
L-Italja | 131,700 |
Ċipru | Fl-2008: 4,793 Fl-2009: 4,856 Fl-2010: 4,919 Fl-2011: 4,982 Fl-2012: 5,045 |
L-Ungerija | 0,244 |
Ir-Rumanija | 0,025 |
Il-Portugall | 2,900 |
Is-Slovakkja | 0,007" |
14. L-Artikolu 71 g għandu jitħassar;
15. Fl-Artikolu 71k(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Madankollu, b’rigward għall-inklużjoni tal-komponent ta’ pagamenti tal-frott u l-ħxejjex fl-iskema ta’ pagament ewlieni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa l- 1 ta’ April 2008, jew sa l-1 ta’ Awwissu tas-sena li tippreċedi l-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-ewwel pagament, li japplikaw id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu.";
16. Fit-Titolu IV, għandhom jiżdiedu l-Kapitoli li ġejjin wara l-Kapitolu 10f:
"KAPITOLU 10 g
PAGAMENTI TRANSITORJI TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX
Artikolu 110t
Għajnuniet transitorji skond iż-żona
1. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68b(1) jew l-Artikolu 143bc (1), matul il-perijodu msemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet, tista’ tingħata għajnuna transitorja skond iż-żona, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt dan il-Kapitolu, lil bdiewa li jipproduċu ċertu tadam, kif iddeterminat mill-Istati Membri, li jiġi fornut għall-ipproċessar.
2. Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68b(2) jew l-Artikolu 143bc(2), matul il-perijodu msemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet, tista’ tingħata għajnuna transitorja skond iż-żona, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt dan il-Kapitolu, lil bdiewa li jipproduċu ċerti prodotti ta’ frott u ħxejjex elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2), kif iddeterminat mill-Istati Membri, li jiġu fornuti għall-ipproċessar.
Artikolu 110u
Ammont ta’ l-għajuna u eliġibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-għajnuna għal kull ettaru li fuqu jitkabbru t-tadam u l-frott u ħxejjex elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2) abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
2. L-ammont totali ta’ pagamenti m’għandu fl-ebda każ jaqbeż il-limitu massimu ffissat skond l-Artikolu 64(2) jew l-Artikolu 143bc.
3. L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ żoni li l-produzzjoni tagħhom hija koperta b’kuntratt għall-ipproċessar f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/1996.
4. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta’ għajnuna Komunitarja soġġetta għal kriterji ulterjuri li jkunu oġġettivi u mhux diskriminatorji, inkluż li tkun b’kondizzjoni li l-bdiewa jkunu membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ grupp ta’ produtturi rikonoxxuti rispettivament taħt l-Artikolu 4 jew 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tal- 26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex [].
5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li japplikaw l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc, l-ammont miżmum taħt dawk l-Artikoli u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 sa l- 1 ta’ Novembru 2007.
KAPITOLU 10h
PAGAMENT TRANSITORJU TAL-FROTT ARTAB
Artikolu 110v
Pagament tal-frott artab
1. Matul il-perijodu li jintemm fil- 31 ta’ Diċembru 2012 għandha tapplika għajnuna transitorja skond iż-żona fir-rigward tal-frawli li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 08101000 u l-lampun li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 08102010 li huma forniti għall-ipproċessar.
2. L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ żoni li l-produzzjoni tagħhom hija koperta b’kuntratt għall-ipproċessar f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/1996.
3. L-għajnuna Komunitarja mħallsa għandha tkun ta’ EUR 230
4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali flimkien ma’ l-għajnuna Komunitarja. L-ammont totali ta’ għajnuna Komunitarja u nazzjonali mħallas m’għandux jaqbeż l-EUR 400 għal kull ettaru fis-sena.
5. L-għajnuna għandha titħallas biss fir-rigward taż-żoni nazzjonali l-aktar garantiti allokati lill-Istati Membri kif ġej:
Stat Membru | Żona garantita nazzjonali (Ettari) |
Il-Bulgarija | 2400 |
L-Ungerija | 1700 |
Il-Latvija | 400 |
Il-Litwanja | 600 |
IL-Polonja | 48000 |
Jekk iż-żona eliġibbli fi Stat Membru partikolari u f’sena partikolari taqbeż iż-żona nazzjonali l-aktar garantita, l-ammont ta’ għajnuna msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi mnaqqas bi proporzjon ma’ l-iżbilanċ taż-żona nazzjonali l-aktar garantita.
6. L-Artikoli 143a u 143c m’għandhomx japplikaw għall-pagament transitorju tal-frott artab.
17. L-Artikolu 143b(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"1. L-Istati Membri ġodda jistgħu jiddeċiedu mhux aktar tard mid-data ta’ l-adeżjoni li jibdlu l-pagamenti diretti, bl-eċċezzjoni ta’ l-għajnuna għall-prodotti tar-raba’ ta’ l-enerġija stabbilita fil-Kapitolu 5 tat-Titolu IV u tal-pagament transitorju tal-frott artab stabbiliti fil-Kapitolu 10h tat-Titolu IV, waqt il-perijodu ta’ applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 9, b’pagament ewlieni taż-żona li għandu jiġi kkalkulat skond il-paragrafu 2."
18. It-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 143b(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
- "— aġġustat permezz tal-perċentwali relevanti speċifikati fl-Artikolu 143a għall-introduzzjoni gradwali ta’ pagamenti diretti, minbarra għall-ammonti disponibbli skond il-punt 2 tal-punt K ta’ l-Anness VII jew skond id-differenza bejn dawn l-ammonti u dawk attwalment applikati kif imsemmi fl-Artikolu 143ba(4), u minbarra għall-ammonti li jikkorrispondu għas-settur tal-frott u l-ħxejjex skond il-paragrafi 3 u 4 ta’ l-Artikolu 68b jew skond id-differenza bejn dawn l-ammonti u dawk attwalment applikati kif imsemmi fl-Artikoli 143bb(4) u 143bc(3)."
19. Li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 143ba:
"Artikolu 143bb
Pagamenti tal-frott u l-ħxejjex separati
1. B’deroga mill-Artikolu 143b, l-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona jistgħu jiddeċiedu sa l- 1 ta’ Novembru 2007, li jagħtu pagament separat għall-frott u l-ħxejjex lill-bdiewa eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona. Għandu jiġi mogħti abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal dawk imniżżla fl-ewwel paragrafu tal-punt M ta’ l-Anness VII u fir-rigward ta’ perijodu rappreżentattiv kif stabbilit f’dak il-paragrafu.
2. Il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex għandu jiġi mogħti fi ħdan il-limiti tal-komponent tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 71c li jikkorrispondi għall-frott u l-ħxejjex.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, kull Stat Membru ġdid ikkonċernat jista’ jiddeċiedi, sa l- 1 ta’ Novembru 2007, abbażi ta’ kriterji oġġettivi li għall-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex japplika limitu massimu aktar baxx minn dak stabbilit f’dak il-paragrafu.
4. Il-fondi magħmula disponibbli għall-għoti tal-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex skond il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jiġu inklużi fil-pakkett finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 143b(3).
5. L-Artikoli 143a u 143c m’għandhomx japplikaw għall-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex.
6. Fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat, il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex għandu jingħata lill-bidwi li wiret l-impriża, taħt il-kondizzjoni li dan il-bidwi jkun eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona.
Artikolu 143bc
Pagament transitorju tal-frott u l-ħxejjex
1. B’deroga mill-Artikolu 143b, l-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona jistgħu jiddeċiedu sa l- 1 ta’ Novembru 2007 li jżommu, sal- 31 ta’ Diċembru 2011, sa 50 % tal-komponent tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal tadam li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 07020000.
F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Atikolu 144(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.
Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lil bdiewa li jipproduċu tali tadam taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 10 g tat-Titolu IV.
2. B’deroga mill-Artikolu 143b, l-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona jiddeċiedu sa l- 1 ta’ Novembru 2007 li jżommu:
(a) sal- 31 ta’ Diċembru 2010, sa 100 % tal-komponent tal-limiti massimi nazzjonali msemmi fl-Artikolu 71c li jikkorrispondi għall-prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2).
(b) mill- 1 ta’ Jannar 2011 sal- 31 ta’ Diċembru 2012, sa 75 % tal-komponent tal-limiti massimi nazzjonali msemmi fl-Artikolu 71c li jikkorrispondi għall-prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2).
F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Atikolu 144(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.
Il-pagamanet addizzjonali għandu jingħata lill-bdiewa li jipproduċu wieħed jew aktar mill-frott u l-ħxejjex, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2).
3. Il-fondi magħmula disponibbli għall-għoti tal-pagament transitorju tal-frott u l-ħxejjex skond il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jiġu inklużi fil-pakkett finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 143b(3).
4. L-Artikoli 143a u 143c m’għandhomx japplikaw għall-pagament transitorju tal-frott u l-ħxejjex.";
20. Fl-Artikolu 145, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt (d)ċ):
"(d)d) regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-appoġġ għall-frott u l-ħxejjex, il-patata ta’ varjazzjoni u s-serer fl-iskema ta’ pagament ewlieni u fir-rigward tal-pagamenti msemmija fil-Kapitolu 10 g u l-Kapitolu 10h tat-Titolu IV.";
21. L-Artikolu 155 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 155
Regoli transitorji oħrajn
Miżuri ulterjuri meħtieġa għall-iffaċilitar tat-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti msemmijin fl-Artikoli 152 u 153 u fir-Regolamenti (KEE) Nru 404/93, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2202/96 u (KE) Nru 1260/2001 għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 4 u 5 u l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u mid-dispożizzjonijiet relatati mal-pjanijiet ta’ titjib previsti fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 għal dawk imsemmijin fl-Artikoli 83 u 87 ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolamenti u l-Artikoli msemmijin fl-Artikoli 152 u 153 għandhom ikomplu japplikaw għall-għan ta’ l-istabbiliment ta’ l-ammonti ta’ referenza msemmijin fl-Anness VII."
22. L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 53
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 318/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
1. Fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ l-Artikolu 32, il-kliem "jew l-Anness VIII" għandhom jiddaħħlu wara "l-annes VII".
2. L-Anness li ġej għandu jiġi miżjud wara l-Anness VII:
"ANNESS VIII
Prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati
Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat- 28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati [].
Artikolu 54
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandu jiġi mħassar.
Artikolu 55
Dispożizzjonijiet transitorji
1. L-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96 u aboliti b’dan ir-Regolament għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti kkonċernati għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott li jintemm fl-2008.
2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li diġà jkunu magħrufa taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu magħrufa taħt dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ, għandhom jagħmlu adattamenti għall-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament sal- 31 ta’ Diċembru 2010.
3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
(a) jista’ jkompli jaħdem sat-tmiem tiegħu, jew
(b) jista’ jiġi mmodifikat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament, jew
(ċ) jiġi sostitwit bi programm operattiv ġdid approvat taħt dan ir-Regolament.
Il-Punti (e) u (f) ta’ l-Artikolu 10(3) għandhom japplikaw għal programmi operattivi sottomessi fl-2007 iżda li jkunu għadhom ma ġewx approvati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda fil-bqija jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’ dawk il-punti.
4. Il-gruppi tal-produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dak l-għarfien preliminari taħt dan ir-Regolament. Il-pjanijiet ta’ għarfien aċċettati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dik l-aċċettazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu l-pjanijiet għandhom jiġu mmodifikati, jekk meħtieġ, sabiex b’hekk jiġi permess lill-grupp tal-produtturi li jkun kapaċi jissodisfa l-kriterji għall-għarfien bħala organizzazzjoni tal-produtturi stabbilita fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward ta’ tali gruppi tal-produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, ir-rati ta’ għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 7(4)(a) għandhom japplikaw għall-pjanijiet ta’ għarfien mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 li jkopru iżjed minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru li jirrelataw mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tibda f’Ottubru 2008 jew ma’ snin ta’ kummerċjalizzazzjoni sussegwenti jistgħu, bi ftehim taż-żewġ partijiet tal-kuntratt, jiġu emendati jew mitmuma biex jittieħed kont tar-revoka ta’ dak ir-Regolament u t-tneħħija ta’ l-għajnuna konsegwenti. M’għandhom jiġu applikati l-ebda penalitajiet taħt dak ir-Regolament jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu għall-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta’ tali emenda jew terminazzjoni.
6. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-arranġament transitorju taħt l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima fornita għall-ipproċessar u l-ħtiġijiet ta’ kwalità minimi għall-prodotti lesti għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward tal-materji primi maħsuda fit-territorji ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 56
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill- 1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, tas- 26 ta' Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. Silva
[1] ĠU C 175, 27.7.2007, p. 53.
[2] ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
[3] ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.
[4] ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.
[5] ĠU L 151, 30.6.1968, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).
[6] ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.
[7] ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/84/KE (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 8).
[8] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).
[9] ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2060/2004 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3).
[10] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
[11] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).
[12] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
[13] ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.
[14] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).
[15] ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1) mill- 1 ta' Jannar 2009)
[16] Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).
[17] ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.
[18] ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 427/2003 (ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1).
[19] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2200/2004 (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 1).
[] ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1."
[] ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1)."
--------------------------------------------------
20070926
ANNESS I
Lista kompluta ta' regoli li jistgħu jiġu estiżi għal produtturi mhux membri skond l-Artikolu 14 u l-Artikolu 23
1. Regoli dwar l-informazzjoni tal-produzzjoni
(a) notifika għal intenzjonijiet ta' tkabbir, skond il-prodott u fejn xieraq skond il-varjetà;
(b) notifika dwar żriegħ u ppjantar;
(ċ) notifika taż-żoni totali mkabbrin, skond il-prodott u jekk possibbli l-varjetà;
(d) notifika tat-tunnellaġġ antiċipati u d-dati probabbli ta' ħsad skond il-prodott u jekk possibbli l-varjetà;
(e) notifika perijodika ta' kwantitajiet maħsuda u ħażniet disponibbli, skond il-varjetà;
(f) informazzjoni dwar kapaċitajiet ta' ħażna.
2. Regoli ta' produzzjoni
(a) għażla ta' żerriegħa li għandha tintuża skond id-destinazzjoni intiża (proċessar frisk tas-suq/industrijali);
(b) traqqih fil-ġonna tas-siġar tal-frott.
3. Regoli ta' kummerċjalizzazzjoni
(a) dati speċifikati għall-bidu tal-ħsad, dehxa ta' kummerċjalizzazzjoni;
(b) kwalità minima u ħtiġijiet tad-daqs;
(ċ) preparazzjoni, preżentazzjoni, ippakkjar u mmarkar fl-ewwel stadju ta' kummerċjalizzazzjoni;
(d) indikazzjoni ta' l-oriġini tal-prodott.
4. Regoli dwar il-ħarsien ta' l-ambjent
(a) użu tal-fertilizzant u d-demel;
(b) użu tal-prodotti għas-saħħa tal-pjanti u metodi għall-ħarsien ta' l-uċuħ tal-prodotti tar-raba';
(ċ) kontenut tar-residwi massimi fil-frott u l-ħxejjex ta' prodotti għas-saħħa tal-pjanti u l-fertilizzanti;
(d) regoli dwar ir-rimi ta' prodotti sekondarji u materjal użat;
(e) regoli dwar prodotti rtirati mis-suq.
5. Regoli dwar il-promozzjoni u l-komunikazzjoni fil-kuntest ta' prevenzjoni u maniġġar ta' kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 9(2)(c).
--------------------------------------------------
20070926
ANNESS II
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma b'dan emendati kif ġej:
1. Fl-Anness I:
(a) ir-riga li tirrigwarda l-għeneb imnixxef għandha titħassar; u
(b) wara r-riga għall-pitravi zokkrija u l-kannamieli użati għall-produzzjoni taz-zokkor għandhom jiddaħħlu r-rigi li ġejjin:
"Frott u ħxejjex mibgħuta għall-ipproċessar | Titolu IV, Kapitolu 10 g ta' dan ir-Regolament | Pagamenti transitorji tal-frott u l-ħxejjex |
Frawli u lampun mibgħuta għall-ipproċessar | Titolu IV, Kapitolu 10 g ta' dan ir-Regolament | Pagament transitorju tal-frott artab |
Frott u ħxejjex | Artikolu 143bb ta' dan ir-Regolament | Pagament separat tal-frott u l-ħxejjex" |
2. L-Anness II għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"
20070926
ANNESS II
Il-livelli massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 12(2)
(EUR miljun) |
Stat Membru | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |
Il-Belġju | 4,7 | 6,4 | 8,0 | 8,0 | 8,1 | 8,1 | 8,1 | 8,1 |
Id-Danimarka | 7,7 | 10,3 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 | 12,9 |
Il-Ġermanja | 40,4 | 54,6 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 | 68,3 |
Il-Greċja | 45,4 | 61,1 | 76,4 | 79,7 | 79,7 | 79,7 | 79,7 | 79,7 |
Spanja | 56,9 | 77,3 | 97,0 | 103,8 | 103,9 | 103,9 | 103,9 | 103,9 |
Franza | 51,4 | 68,7 | 85,9 | 87,0 | 87,0 | 87,0 | 87,0 | 87,0 |
L-Irlanda | 15,3 | 20,5 | 25,6 | 25,6 | 25,6 | 25,6 | 25,6 | 25,6 |
L-Italja | 62,3 | 84,5 | 106,4 | 116,5 | 116,6 | 116,6 | 116,6 | 116,6 |
Il-Lussemburgu | 0,2 | 0,3 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 | 0,4 |
L-Olanda | 6,8 | 9,5 | 12,0 | 12,0 | 12,0 | 12,0 | 12,0 | 12,0 |
L-Awstrija | 12,4 | 17,1 | 21,3 | 21,4 | 21,4 | 21,4 | 21,4 | 21,4 |
Il-Portugall | 10,8 | 14,6 | 18,2 | 19,6 | 19,6 | 19,6 | 19,6 | 19,6 |
Il-Finlandja | 8,0 | 10,9 | 13,7 | 13,8 | 13,8 | 13,8 | 13,8 | 13,8 |
L-Isvezja | 6,6 | 8,8 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 | 11,0 |
Ir-Renju Unit | 17,7 | 23,6 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 | 29,5 |
"
3. Fl-Anness V, ir-rigi fir-rigward ta' "l-għeneb imnixxef","iċ-ċitru għall-ipproċessar" u "t-tadam għall-ipproċessar" għandhom jitħassru;
4. Fl-Anness VII, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:
"M. Frott u ħxejjex, patata ta' varjazzjoni, patata ta' varjazzjoni u serer
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jiġi inkluż fl-ammont ta' referenza ta' kull bidwi abbażi ta' l-objettiv u l-kriterji ta' non-diskriminazzjoni bħal:
- l-ammont ta' appoġġ tas-suq riċevut, direttament jew indirettament, mill-bidwi fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex, patata ta' varjazzjoni u serer,
- iż-żona wżata għall-produzzjoni ta' frott u ħxejjex, patata ta' varjazzjoni u serer,
- l-ammont ta' frott u ħxejjex prodotti, patata ta' varjazzjoni u serer,
fir-rigward ta' perijodu rappreżentattiv li jista' jkun differenti għal kull prodott, ta' waħda jew aktar mis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni li jibdew mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tintemm fl-2001 u, fil-każ ta' l-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-2004 jew wara dik id-data, mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tintemm fl-2004, sas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tintemm fl-2007.
L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ettari applikabbli msemmijin fl-Artikolu 43(2) abbażi ta' kriterji objettivi u mhux diskriminatorji bħall-oqsma msemmijin fit-tieni inċiż ta' l-ewwel paragrafu.
L-applikazzjoni tal-kriterji f'dan il-punt tista' tvarja bejn prodotti ta' frott u ħxejjex differenti, patata ta' varjazzjoni u serer jekk debitament ġustifikati fuq bażi oġġettiva. Fuq l-istess bażi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiddeterminawx l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' referenza u l-ettari applikabbli taħt dan il-punt qabel it-tmiem tal-perijodu transitorju ta' tliet snin li jintemm fil- 31 ta' Diċembru 2010.
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, "frott u ħxejjex" għandha tfisser il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, u "patata ta' varjazzjoni" għandha tfisser patata tal-Kodiċi NM 0701 minbarra dik maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata li għaliha tingħata għajnuna taħt l-Artikolu 93.";
5. L-Annessi VIII u VIIIa għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
"
20070926
ANNESS VIII
Il-livelli massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 41
(EUR‘000) |
Stat Membru | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 u s-snin sussegwenti |
Il-Belġju | 411053 | 580376 | 593395 | 606935 | 614179 | 611805 |
Id-Danimarka | 943369 | 1015479 | 1021296 | 1027278 | 1030478 | 1030478 |
Il-Ġermanja | 5148003 | 5647175 | 5695607 | 5744240 | 5770254 | 5774254 |
IL-Greċja | 838289 | 2143603 | 2171217 | 2365298 | 2367713 | 2178382 |
Spanja | 3266092 | 4635365 | 4649913 | 4830954 | 4838536 | 4840413 |
Franza | 7199000 | 8236045 | 8282938 | 8382272 | 8407555 | 8415555 |
L-Irlanda | 1260142 | 1335311 | 1337919 | 1340752 | 1342268 | 1340521 |
L-Italja | 2539000 | 3791893 | 3813520 | 4151330 | 4163175 | 4184720 |
Il-Lussemburgu | 33414 | 36602 | 37051 | 37051 | 37051 | 37051 |
L-Olanda | 386586 | 428329 | 833858 | 846389 | 853090 | 853090 |
L-Awstrija | 613000 | 633577 | 737093 | 742610 | 745561 | 744955 |
Il-Portugall | 452000 | 504287 | 571377 | 608601 | 609131 | 608827 |
Il-Finlandja | 467000 | 561956 | 563613 | 565690 | 566801 | 565520 |
L-Isvezja | 637388 | 670917 | 755045 | 760281 | 763082 | 763082 |
Ir-Renju Unit | 3697528 | 3944745 | 3960986 | 3977175 | 3985834 | 3975849 |
ANNESS VIIIa
Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 71c
(EUR‘000) |
Sena Kalendarja | Il-Bulgarija | Ir-Repubblika Ċeka | L-Estonja | Cipru | Il-Latvija | Il-Litwanja | L-Ungerija | Malta | Ir-Rumanija | Il-Polonja | Is-Slovenja | Is-Slovakkja |
2005 | | 228800 | 23400 | 8900 | 33900 | 92000 | 350800 | 670 | | 724600 | 35800 | 97700 |
2006 | | 294551 | 27300 | 12500 | 43819 | 113847 | 446305 | 830 | | 980835 | 44184 | 127213 |
2007 | 200384 | 377919 | 40400 | 17660 | 60764 | 154912 | 540286 | 1668 | 441930 | 1263706 | 59026 | 161362 |
2008 | 246766 | 470463 | 50500 | 27167 | 75610 | 193076 | 677521 | 3017 | 532444 | 1579292 | 73618 | 201937 |
2009 | 287399 | 559622 | 60500 | 31670 | 90016 | 230560 | 807366 | 3434 | 623399 | 1877107 | 87942 | 240014 |
2010 | 327621 | 645222 | 70600 | 36173 | 103916 | 267260 | 933966 | 3851 | 712204 | 2162207 | 101959 | 276514 |
2011 | 407865 | 730922 | 80700 | 40676 | 117816 | 303960 | 1060666 | 4268 | 889814 | 2447207 | 115976 | 313114 |
2012 | 488209 | 816522 | 90800 | 45179 | 131716 | 340660 | 1187266 | 4685 | 1067425 | 2732307 | 129993 | 349614 |
2013 | 568553 | 902222 | 100900 | 49682 | 145616 | 377360 | 1313966 | 5102 | 1245035 | 3017407 | 144110 | 386214 |
2014 | 648897 | 902222 | 100900 | 49682 | 145616 | 377360 | 1313966 | 5102 | 1422645 | 3017407 | 144110 | 386214 |
2015 | 729241 | 902222 | 100900 | 49682 | 145616 | 377360 | 1313966 | 5102 | 1600256 | 3017407 | 144110 | 386214 |
2016 u s-snin sussegwenti | 809585 | 902222 | 100900 | 49682 | 145616 | 377360 | 1313966 | 5102 | 1777866 | 3017407 | 144110 | 386214 |
"
--------------------------------------------------
| Fuq |