32007R1146


Titolu u referenza

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2007 tat- 2 ta’ Ottubru 2007 li jadotta pjan ta' allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2008 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

 ĠU L 257, 3.10.2007, p. 3–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

20071002

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2007

tat- 2 ta’ Ottubru 2007

li jadotta pjan ta' allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2008 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta' l- 10 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista ta' l-ikel minn stokkijiet ta' l-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal- 15 ta' Diċembru 1998 li jistabblixxi l-arranġamenti agrimonetarji għall-Ewro [2], u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta' ikel mill-ħażna ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità [3], il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' distribuzzjoni li għandu jkun iffinanzjat mir-riżorsi disponibbli fis-sena finanzjarja 2008. Il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq l-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta' kull tip ta' prodott li għandha tkun meħudha mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent.

(2) L-Istati Membri involuti fil-pjan għas-sena finanzjarja 2008 kienu fornew l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

(3) Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tar-riżorsi, għandhom jitqiesu l-esperjenza miksuba u l-grad li bih l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin finanzjarji preċedenti.

(4) L-Artikolu 2(3)(1c), tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi l-għoti ta' allokazzjonijiet għax-xiri fis-suq ta' prodotti temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet ta' intervent. Billi l-ħażniet taċ-ċereali, tal-ħalib xkumat tat-trab u tar-ross li bħalissa qegħdin miżmuma għand il-korpi ta' l-intervent huma pjuttost ridotti u billi diġà ttieħdu xi miżuri, fir-rigward tal-bejgħ tagħhom fis-suq u t-tqassim tagħhom fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, u billi l-ebda xiri ta' dawn l-oġġetti ta’ l-ikel ma ġie previst fl-2007, dawn l-allokazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati sabiex ikun possibbli x-xiri taċ-ċereali, tal-ħalib tat-trab xkumat u tar-ross meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjan għas-sena finanzjarja 2008.

(5) L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprevedi t-trasferiment bejn l-Istati Membri ta' prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet ta' intervent ta' l-Istat Membru jew il-prodotti meħtieġa fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-pjan annwali. Jeħtieġ għalhekk li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intrakomunitarji meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-pjan għall-2008, bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

(6) Għall-implementazzjoni tal-pjan, l-aspett operattiv fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika.

(7) Fil-qafas ta' l-elaborazzjoni ta' dan il-pjan, bi qbil ma l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, il-Kummissjoni fittxet il-parir ta' l-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar imċaħħda fil-Komunità meta kienet qed tħejji dan il-pjan.

(8) Il-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-2008, it-tqassim ta' l-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, b'applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87, għandu jsir skond il-pjan annwali ta' distribuzzjoni stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-allokazzjonijiet lill-Istati Membri maħsuba għax-xiri fis-suq taċ-ċereali, il-ħalib xkumat tat-trab u r-ross meħtieġa fil-qafas tal-pjan imsemmi fl-Artikolu 1 huma ddeterminati fl-Anness II.

Artikolu 3

It-trasferimenti intrakomunitarji elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament huma awtorizzati skond il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

Artikolu 4

Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tal-pjan annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, id-data ta’ l-okkorrenza operattiva stabbilita bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 hija l- 1 ta’ Ottubru 2007.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc Demarty

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

[1] ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

[2] ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

[3] ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 758/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 47).

--------------------------------------------------

20071002

ANNESS I

PJAN ANNWALI TAD-DISTRIBUZZJONI GĦALL-2008

a) Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan f'kull wieħed mill-Istati Membri

(f'EUR) |

Stat Membru | Distribuzzjoni |

Belgique/België | 8461690 |

България | 6883712 |

Česká republika | 155443 |

Eesti | 192388 |

Éire/Ireland | 155965 |

Elláda | 13228830 |

España | 50419083 |

France | 48605224 |

Italia | 66367975 |

Latvija | 153910 |

Lietuva | 4249149 |

Luxembourg | 81090 |

Magyarország | 7788270 |

Malta | 360603 |

Polska | 47640750 |

Portugal | 12568188 |

România | 23126824 |

Slovenija | 1429303 |

Suomi/Finland | 2631603 |

Total | 294500000 |

b) Il-kwantità ta' kull tip ta' prodott li għandu jittieħed mill-ħażniet ta' l-intervent tal-Komunità għad-distribuzzjoni lejn kull Stat Membru skond l-ammonti massimi stabbiliti f’ (a)

(f’tunnellati) |

Stat Membru | Zokkor |

Belgique/België | 4154 |

България | 6385 |

Česká republika | 67 |

España | 6500 |

France | 3718 |

Italia | 7000 |

Lietuva | 2889 |

Magyarország | 1544 |

Malta | 397 |

Polska | 14826 |

Portugal | 1627 |

România | 15157 |

Slovenija | 769 |

Total | 65034 |

--------------------------------------------------

20071002

ANNESS II

Allokazzjonijiet lill-Istati Membri maħsuba għax-xiri ta' prodotti fis-suq Komunitarju fil-limiti ta' l-ammonti ffissati fl-Anness 1 taħt a):

(f'EUR) |

Stat Membru | Ċereali | Ross | Trab tal-ħalib xkumat |

Belgique/België | 2120960 | 800000 | 3300000 |

България | 1990461 | 1768251 | |

Česká republika | 36472 | | 81843 |

Eesti | 182358 | | |

Éire/Ireland | | | 147834 |

Elláda | 4535189 | | 8003986 |

España | 11144100 | 1800000 | 32030700 |

France | 8718857 | 5225181 | 30516427 |

Italia | 10637550 | 2800000 | 46438083 |

Latvija | 145886 | | |

Lietuva | 1463223 | 606607 | 706455 |

Luxembourg | | | 76864 |

Magyarország | 5713309 | | 1000000 |

Malta | 62275 | 25078 | 82327 |

Polska | 16569956 | | 22164340 |

Portugal | 1208732 | 1423588 | 8575856 |

România | 15355270 | | |

Slovenija | 173087 | 102509 | 746140 |

Suomi/Finland | 1620960 | | 873450 |

Total | 81678645 | 14551214 | 154744304 |

--------------------------------------------------

20071002

ANNESS III

Trasferimenti intrakomunitarji ta' zokkor awtorizzati fil-qafas tal-pjan għall-baġit ta' l-2008

| Kwantità f'tunnellati | L-entità intitolata | Destinatarji |

1. | 3718 | BIRB, Belgique | ONIGC, Franza |

2. | 2889 | BIRB, Belgique | The Lithuanian Agricultural and Food Products Market regulation Agency, Lietuva |

3. | 6385 | MVH, Magyarország | ДФЗ, България |

4. | 14826 | MVH, Magyarország | ARR, Polska |

5. | 15157 | MVH, Magyarország | APIA, România |

6. | 769 | MVH, Magyarország | AAMRD, Slovenija |

7. | 397 | AGEA, Italia | National Research and Development Centre, Malta |

8. | 1627 | FEGA, España | INGA, Portugal |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet