Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 ta’ l- 20 ta’ Awwissu 2007 l-emendar ta’ ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2
Official Journal L 216 , 21/08/2007 P. 0010 - 0016
20070820 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 ta’ l- 20 ta’ Awwissu 2007 l-emendar ta’ ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 1(b) tiegħu, Billi: (1) It-twaqqif ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata huwa ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tkun modernizzata l-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, sabiex verament tirrifletti r-realtà ekonomika billi tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tibdil strutturali fl-ekonomija. (2) Għal dan l-għan ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 stabbilixxa klassifikazzjoni riveduta ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi, imsejħa NACE Reviżjoni 2 (minn hawn ’il quddiem imsejħa NACE Rev 2). (3) Permezz ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’rabta ma’ l-użu ta’ NACE Rev. 2 f’oqsma varji ta’ l-istatistika. (4) It-twaqqif ta’ klassifikazzjoni riveduta ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi jitlob li jiġu mmodifikati speċifikament ċerti referenzi għal NACE Rev. 1 jew NACE Rev. 1.1, kif ukoll li jiġu emendati għadd ta’ strumenti rilevanti. Għalhekk jeħtieġ li jkunu emendati l-istrumenti li ġejjin: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas- 27 ta’ Lulju 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 530/1999 dwar l-istatistika strutturali fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif dwar l-ispiża tax-xogħol [2]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat- 8 ta’ Settembru 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tal-qligħ u ta’ l-ispiża tax-xogħol fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif fuq l-istruttura tal-qligħ [3]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001 tas- 7 ta’ Novembru 2001 rigward l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni tad-data għal statistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq [4] ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas- 7 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi ta’ l-ispiża tax-xogħol [5]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tas- 7 ta’ Novembru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja [6]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 tat- 22 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija [7]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2004 tad- 29 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ Komunitarju dwar il-produzzjoni industrijali [8]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 [9] tat- 13 ta’ Awwissu 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 tal- 15 ta’ Marzu 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità li jirrigwarda l-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trasmissjoni tad-data mill-2006 ’l quddiem u l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli strutturali [10]; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 ta’ l- 24 ta’ Mejju 2005 li jistabbilixxi l-format għat-trasmissjoni ta’ riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart [11]. (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [12], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1726/1999 huwa emendat kif ġej: (1) Wara l-Artikolu 2, jiżdied l-Artikolu 2(a) li ġej: "Artikolu 2a Miżuri tranżizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ NACE Rev. 2 L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar l-ispiża tax-xogħol b’referenza għas-sena kalendarja 2008 skond in-NACE Rev. 2 u kif ukoll in-NACE Rev. 1.1, fejn dan ta’ l-aħħar huwa obbligatorju biss għat-Tabella A u fil-livell tat-taqsima tan-NACE Rev. 1.1." (2) L-Anness II u l-Anness III huma emendati skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 L-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000 huwa emendati skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 3 Fir-Regolament (KE) Nru 2163/2001 it-terminu "NACE Reviżjoni 1" jinbidel b’"NACE Rev. 2" fl-Anness. Artikolu 4 Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2003 huwa emendat kif ġej: (1) In-"NACE Rev. 1" jinbidel bin-"NACE Rev. 2" tul it-test u l-Annessi kollha. (2) "It-Taqsimiet L, M, N u O" jinbidlu bit-"Taqsimiet O sa S" fl-Artikolu 4 u fl-Anness IV. (3) "It-Taqsimiet Ċ sa K" jinbidlu bit-"Taqsimiet B sa N" fl-Anness IV. Artikolu 5 Fir-Regolament (KE) Nru 1983/2003, in-"NACE Rev. 1.1" jinbidel bin-"NACE Rev. 2" u r-"Rev. 1.1" jinbidel bir-"Rev.2" fin-nota Nru 22 f’qiegħ il-paġna ta’ l-Anness. Artikolu 6 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 huwa emendat skond l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 7 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 912/2004 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 1 Il-qasam kopert bl-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandu jiġi identifikat b’referenza għall-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ u għall-unità ta’ l-osservazzjoni. Il-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ tal-perjodu ta’ referenza għandha tikkonsisti f’intrapriżi li l-attività prinċipali tagħhom jew waħda mill-attivitajiet sekondarji tagħhom hija mniżżla fit-taqsimiet B jew Ċ tal-klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2), stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill []. L-unità ta’ l-osservazzjoni għandha tkun l-intrapriża kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema tal-produzzjoni fil-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data billi jużaw unità oħra ta’ l-istatistika bħala unità ta’ l-osservazzjoni sakemm huma jittrasmettu d-data ta’ l-intrapriża lill-Eurostat. (2) L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 3 L-obbligu ta’ l-Istati Membri li jadottaw metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jiffaċilitaw il-ġbir ta’ data minn unitajiet li jirrappreżentaw mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tan-NACE imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandha tiġi implimentata bħala adozzjoni mill-Istati Membri ta’ metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jippermettu l-ġbir ta’ data, li tirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tat-taqsimiet B u Ċ tan-NACE Rev. 2." Artikolu 8 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 1450/2004 huwa emendat skond l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 9 Fir-Regolament (KE) Nru 430/2005 t-terminu "NACE Rev. 1.1" jinbidel b’"NACE Rev. 2" tul l-Anness II kollu. Artikolu 10 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 782/2005 huwa emendat skond l-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 11 Dħul fis-Seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mill- 1 ta’ Jannar 2008, minbarra l-Artikolu 4 li se japplika mill- 1 ta’ Jannar 2009. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007. Għall-Kummissjoni Joaquín Almunia Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1. [2] ĠU L 203, 3.8.1999, p. 28. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1737/2005. (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 11). [3] ĠU L 229, 9.9.2000. p. 3 Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1738/2005. (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32). [4] ĠU L 291, 8.11.2001, p. 13. [5] ĠU L 169, 8.7.2003, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 224/2007 (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 23.). [6] ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34. [7] ĠU L 118, 23.4.2004, p. 23. [8] ĠU L 163, 30.4.2004, p. 71. [9] ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32. [10] ĠU L 71, 17.3.2005, p. 36. [11] ĠU L 131, 25.5.2005, p. 26. [12] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47. [] ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1." -------------------------------------------------- 20070820 ANNESS I L-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1737/2005, huma emendati kif ġejjin: (1) It-terminu "NACE Rev. 1.1" jinbidel b’ "NACE Rev. 2" tul it-test kollu. (2) It-terminu "Taqsimiet C-K u M-O ta’ NACE Rev. 1.1" jinbidel b’ "Taqsimiet B-N u P-S ta’ NACE Rev. 2". (3) It-terminu "Taqsima L ta’ NACE Rev. 1.1" jinbidel b’ "Taqsima O ta’ NACE Rev. 2". (4) It-terminu "NACE Rev. 1.1, 74.50" jinbidel bin-"NACE Rev. 2, 78.20" tul it-test kollu. -------------------------------------------------- 20070820 ANNESS II L-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1738/2005, huma emendati kif ġej: (1) It-terminu "NACE Rev. 1.1" jinbidel b’ "NACE Rev. 2" tul it-test kollu. (2) Fl-Anness II, it-terminu "Taqsimiet C sa K u M sa O" jinbidel b’ "Taqsimiet B sa N u P sa S" tul it-test kollu. (3) Fl-Anness II, it-terminu "Taqsima L" jinbidel b’ "Taqsima O" tul it-test kollu. (4) Fl-Anness II, it-terminu "NACE Rev. 1.1, 74.50" jinbidel bin-"NACE Rev. 2, 78.20". -------------------------------------------------- 20070820 ANNESS III It-Taqsima 1 ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 hija emendata kif ġej: (1) It-terminu "NACE" jinbidel b’ "NACE Rev. 2" tul it-test kollu. (2) Il-paragrafu 5.11 għandu jinbidel b’ dan li ġej: "Ir-riżultati ta’ l-istatistika skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) għandhom jitqassmu wieħed wieħed fid-diviżjonijiet, fil-gruppi, fil-klassijiet u fl-aggregati tan-NACE Rev. 2 li ġejjin: "01, 02, 03", "05, 06, 07, 08, 09", "10 sa 33", "10, 11, 12", "10, 11", "12", "13, 14, 15", "13", "14", "15", "16, 17, 18", "16", "17", "18", "19", "20", "21", "22", "23", "24", "25, 26, 27, 28, 29, 30", "25", "25.40", "26", "26.1", "26.2", "26.3", "26.4", "26.5", "26.6", "26.7", "27", "28", "29", "30", "30.1", "30.2", "30.3", "30.4", "31", "32", "32.50", "33", "35, 36", "37, 38, 39", "41, 42, 43", "45, 46, 47", "49, 50, 51, 52, 53", "55, 56", "58, 59, 60, 61, 62, 63", "61", "62", "63", "64, 65, 66", "68", "69, 70, 71, 72, 73, 74, 75", "72", "77, 78, 79, 80, 81, 82", "84, 85", "86", "87, 88", "90, 91, 92, 93", "94, 95, 96, 97, 98, 99", "01 sa 99"." -------------------------------------------------- 20070820 ANNESS IV L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1450/2004 huwa emendat kif ġej. (1) It-taqsima 2 tinbidel b’ dan li ġej: "Bħala minimu, l-intrapriżi fit-taqsimiet B, C, D, E, H, K tan-NACE Rev. 2 u fid-diviżjonijiet 46, 58, 61, 62, 63 u 71 tan-NACE Rev. 2 għandhom ikunu koperti." (2) It-taqsima 5 paragrafu 1 tinbidel b’ dan li ġej: "Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell tat-taqsima u bil-klassijiet tad-daqs ta’ l-impjieg li ġejjin: 10-49 impjegat, 50-249 impjegat, aktar minn 249 impjegat." (3) It-taqsima 5 paragrafu 2 tinbidel b’ dan li ġej: "Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell ta’ diviżjoni." -------------------------------------------------- 20070820 ANNESS V L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 li jistabbilixxi l-format għat-trasmissjoni ta’ riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart huwa emendat kif ġej: Il-lista Ċ għandha tinbidel b’dan li ġej: "Lista Ċ – Numru ta’ l-attività Numru ta’ l-attività | Kodiċi NACE Rev. 2 | Deskrizzjoni | 1 | Diviżjoni 01 | Produzzjoni tal-ħxejjex u ta’ l-annimali, attivitajiet ta’ kaċċa u ta’ servizzi relatati | Diviżjoni 02 | Forestrija u qtugħ ta’ siġar għall-injam | 2 | Diviżjoni 03 | Sajd u akkwakultura | 3 | Taqsima B | Tħaffir għall-minerali u xogħol tal-barrieri | 4 | Diviżjoni 10 | Manifattura ta’ prodotti ta’ l-ikel | Diviżjoni 11 | Manifattura ta’ xarbiet | Diviżjoni 12 | Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk | 5 | Diviżjoni 13 | Manifattura ta’ tessuti | Diviżjoni 14 | Manifattura ta’ affarijiet li jintlibsu | Diviżjoni 15 | Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati | 6 | Diviżjoni 16 | Manifattura ta’ injam u prodotti ta’ l-injam u s-sufra, għajr għamara; Manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar | 7 | Diviżjoni 17 | Manifattura ta’ karta u prodotti tal-karta | Diviżjoni 18 | Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata | 8 | Diviżjoni 19 | Manifattura ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat | 9 | Diviżjoni 20 | Manifattura ta’ kimiċi u prodotti kimiċi | Diviżjoni 21 | Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi | Diviżjoni 22 | Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik | 10 | Diviżjoni 23 | Il-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra | 11 | Diviżjoni 24 | Manifattura ta’ metalli bażiċi | Diviżjoni 25 | Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir | 12 | Diviżjoni 26 | Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi | Diviżjoni 27 | Manifattura ta’ tagħmir elettriku | Diviżjoni 28 | Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c. | Diviżjoni 29 | Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers | Diviżjoni 30 | Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport | 13 | Diviżjoni 31 | Manifattura ta’ għamara | Diviżjoni 32 | Manifattura oħra | Diviżjoni 33 | Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir | 14 | Taqsima D | Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata | 15 | Diviżjoni 36 | Ġbir, trattament u provvista ta’ l-ilma | Diviżjoni 37 | Drenaġġ | Diviżjoni 39 | Attivitajiet ta’ rimedjazzjoni u servizzi oħra ta’ ġestjoni ta’ skart | 16 | Diviżjoni 38 | Attivitajiet ta’ ġbir u trattament ta’ l-iskart u disponiment minnu irkupru ta’ materjal | 17 | Taqsima F | Kostruzzjoni | 18 | | Attivitajiet ta’ servizz: | Taqsima G, għajr 46.77 | Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi | Taqsima H | Trasport u ħażna | Taqsima I | Akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizz ta’ l-ikel | Taqsima J | Tagħrif u komunikazzjoni | Taqsima K | Attivitajiet finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni | Taqsima L | Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli | Taqsima M | Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi | Taqsima N | Attivitajiet amministrattivi u ta’ servizz ta’ sostenn | Taqsima O | Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja | Taqsima P | Edukazzjoni | Taqsima Q | Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali | Taqsima R | Arti, divertiment u rikreazzjoni | Taqsima S | Attivitajiet ta’ servizz oħrajn | Taqsima T | Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati minn unitajiet domestiċi għall-użu tagħhom individwali | Taqsima U | Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali | 19 | Klassi 46.77 | Bejgħ bl-ingrossa ta’ skart u ruttam | 20 | | Skart iġġenerat mid-djar (Din m’hijiex kategorija tan-NACE) | TA | Total | Total" | --------------------------------------------------