32007R0783


Titolu u referenza

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 783/2007 tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li jagħti derogi lill-Bulgarija u lir-Rumanija minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-livelli ta’ referenza tal-flotot tas-sajd

  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 783/2007

tal- 25 ta’ Ġunju 2007

li jagħti derogi lill-Bulgarija u lir-Rumanija minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-livelli ta’ referenza tal-flotot tas-sajd

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd [1] jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti livelli ta’ referenza għall-flotta ta’ kull Stat Membru, bħala s-somma ta’ l-oġġettivi ta’ kull segment tal-Programm ta’ Gwida għal Numru ta’ Snin 1997-2002.

(2) Il-Bulgarija u r-Rumanija ma għandhomx oġġettivi kif jirreferi għalihom l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(3) Il-livelli ta’ referenza jistgħu jiġu stabbiliti għal dawk l-Istati Membri biss b’referenza għal-livell tal-flotot tagħhom fiż-żmien tad-data ta’ l-adeżjoni tagħhom. Iżda, jekk dak kien il-każ, l-obbligi previsti fl-Artikolu 11(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ikunu żejda, għaliex ikopru l-istess obbligi li joħorġu mill-iskema ta’ dħul/ħruġ prevista fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

(4) Għalhekk mhux f’loku li għall-Bulgarija u r-Rumanija jiġu stabbiliti livelli ta’ referenza li dwarhom jipprovdi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u lanqas li jiġi applikat għalihom l-Artikolu 11(2) u (4) ta’ dak ir-Regolament, għax dan ma jkollu l-ebda effett fuq il-ġestjoni tal-flotta minn dawk l-Istati Membri ġodda.

(5) Skond dan, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jingħataw derogi minn dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga, l-Artikoli 11 (2) u (4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ma għandhomx japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- 1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. Schavan

[1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet