Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2007 tal- 21 ta’ Ġunju 2007 li jistipula, skond id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi, u test armonizzat li jkejjel it-telf minn ċerti sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 161, 22.6.2007, p. 33–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2007
tal- 21 ta’ Ġunju 2007
li jistipula, skond id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi, u test armonizzat li jkejjel it-telf minn ċerti sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
(1) Id-Direttiva 2006/40/KE hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita permezz tad-Direttiva 70/156/KEE [2].
(2) Id-Direttiva 2006/40/KE teħtieġ li vetturi mgħammra bis-sistemi ta’ kondizzjonament ta l-arja li huma maħsuba li jaħdmu bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun għola minn 150, għandhom jiġu approvati skond it-tip fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet minn dawk is-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja. Tistabbilixxi wkoll valuri limitu għar-rata ta’ telf minn tali sistemi li huma ffittjati fil-vetturi bil-mutur. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi stabbilit test armonizzat ta’ żvelar għall-kejl tar-rata ta’ telf ta’ gassijiet tali u li jiġu adottati dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/40/KE.
(3) Id-Direttiva 2006/40/KE tipprojbixxi li minn ċertu data jsir it-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ġodda li huma ffittjati bis-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li huma maħsuba li jaħdmu bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun għola minn 150. F’dan il-waqt, l-uniku gass fluworinat identifikat li għandu potenzjal ta’ tisħin globali ogħla minn 150 użat bħala refriġerant fis-sistemi mobbli ta’ kondizzjonament ta’ l-arja huwa l-HFC-134a. It-test ta’ żvelar tat-telf għandu għalhekk jiġi stabbilit għall dak il-gass.
(4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-Suġġett
Dan ir-Regolament jistipola ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/40/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) "tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet mis-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja" tfisser grupp ta’ vetturi li mhumiex differenti f’dak li għandu x’jaqsam mar-refriġerant użat jew karatteristiċ ewlenini oħra tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja jew f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistema ta’ l-evaporatur: kemm jekk hija unika jew doppja.
(2) "tip ta’ sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja" tfisser gruppi ta’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li mhumiex differenti kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-marka kummerċjali jew il-marka tal-manifattur tagħhom kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-komponenti tat-telf inklużi fihom.
(3) "komponenti tat-telf" tfisser kwalunkwe minn dawn il-parts minn sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja jew assemblaġġ ta’ parts tali:
(a) il-minka inkluż l-ippressar (crimping);
(b) konnetturi individwali (kemm jekk male/kif ukoll jekk female);
(ċ) valvoli, switches u sensuri;
(d) valvoli għall-espansjoni termali bil-konnessjonijiet;
(e) evaporatur bil-konnessjonijiet esterni;
(f) kompressur bil-konnessjonijiet;
(g) kondensatur bi dryer integrat li jista' jiġi sservisjat;
(h) riċevitur/dryer bil-konnessjonijiet;
(i) akkumulatur bil-konnessjonijiet.
(4) "tip ta’ komponent ta’ telf" tfisser grupp ta’ komponenti ta’ telf li mhuwiex differenti kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-isem kummerċjali tal-manifattur jew il-marka tagħhom tal-manifattura kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjoni primarja tagħhom.
Il-komponenti tat-telf magħmula minn materjali differenti jew kombinazzjonijiet ta’ komponenti differenti ta’ telf għandhom jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess tip ta’ komponent ta’ telf, kif definit fil-punt 4 ta’ l-ewwel paragrafu, sakemm ma jżidux ir-rata ta’ telf.
Artikolu 3
L-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent
L-Istati Membri ma jistgħux, fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent għal tip ta’ komponent ta’ telf ta’ sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja jekk dan jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip komponent KE
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorità ta’ approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent għal tip ta’ komponent ta’ telf KE jew għal sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja.
L-applikazzjoni għandha titfassal skond il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness I.
2. Il-manifattur jew ir-rappreżentant għandu jippreżenta lis-servizz tekniku risponsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip, komponent tat-telf jew sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li għandu jiġi approvat.
Għal dak l-għan, għandu jintuża kampjun bl-ogħla rata ta’ telf (minn issa ‘l quddiem "kamjun ta’ l-agħar każ").
3. Jekk jintlaħqu r-rekwiżiti rilevanti, approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tingħata u numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal komponent għandu jinħareġ skond is-sistema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE.
Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numru għal tip ieħor ta’ komponent tat-telf jew għal sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja.
4. Għall-għanijiet tal-paragrafu 3, l-awtorita ta’ approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-komponent stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness I.
Artikolu 5
Marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent tal-KE
Kull komponent tat-telf jew sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li jikkonforma ma’ tip fir-rigward ta’ liema approvazzjoni tat-tip għal komponent tal-KE ngħatat skond ir-Regolament għandu jkollu marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent stipulat fil-Parti 3 ta’ l-Anness I.
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet minn sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet minn sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja.
L-applikazzjoni għandha titfassal skond il-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness I.
2. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq ma’ l-applikazzjoni, fil-każ ta’ testjar komplut tal-vettura, kampjun ta’ l-agħar każ għat-tip komplut ta’ vettura li għandu jiġi approvat jew fil-każ ta’ testjar tal-komponent approvazzjoni tat-tip għall-komponenti rilevanti tat-telf jew għas-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja.
3. Jekk jintlaħqu r-rekwiżiti kollha, tingħata approvazzjoni tat-tip KE u jinħareġ numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond is-sitema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE.
Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
4. Għall-għanijiet tal-paragrafu 3, l-awtorita ta’ approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skond il-mudell stipulat fil-Parti 5 ta’ l-Anness I.
Artikolu 7
Test armonizzat ta’ individwazzjoni tat-telf
It-test armonizzat ta’ individwazzjoni tat-telf għall-eżaminazzjoni ta’ jekk il-limiti massimi permissibbli tat-telf, imsemmija fl-Artikolu 5(2) u 5(3) tad-Direttiva 2006/40/KE nqabżux huwa stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill- 5 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter Verheugen
Viċi-President
[1] ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12.
[2] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).
--------------------------------------------------
Lista ta’ Annessi
Anness I Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE
Parti 1: Dokument ta’ informazzjoni - approvazzjoni tat-tip KE tal-komponenti
Parti 2: Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (komponent)
Parti 3: Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE
Parti 4: Dokument ta’ informazzjoni - Approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura
Parti 5: Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (vettura)
Anness II Dispożizzjonijiet tekniċi għad-determinazzjoni tat-telf mis-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja
Appendiċi: Kalibrazzjoni ta’ l-apparat għat-testjar tat-telf
--------------------------------------------------
ANNESS I
DOKUMENTI AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
PARTI 1
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru ... fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għas-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja jew ta’ komponenti tagħhom
It-tagħrif li ġej, meta applikabbli, għandu jiġi pprovdut fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenuti. Xi disinji għandhom ikunu fornuti fi skala xierqa u dettall biżżejjed fuq daqs A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru biżżejjed dettall.
Jekk il-komponenti jinkludu kontrolli elettroniċi, l-informazzjoni li tikkonċerna r-rendiment tagħhom għandha tiġi pprovduta.
0. ĠENERALI
0.1. L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Ismijiet kummerċjali, jekk applikabbli: …
0.2.2. Materjal tal-komponent …
0.2.3. Disinn jew skema tal-komponent …
0.2.4. Numru tar-referenza jew tal-part tal-komponent …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.7. Il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka KE ta’ l-approvazzjoni skond it-tip …
0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-assemblaġġ …
9. BODYWORK
9.10.8. Telf fi g/sena tal-komponent tat-telf/sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja (jekk ikun ittestjat mill-manifattur) [1]:
PARTI 2
MUDELL
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
TIMBRU TA’ l-AMMINSTRAZZJONI
Komunikazzjoni li tikkonċerna
- l-approvazzjoni tat-tip
- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]
- iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]
- l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [2]
ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [2] fir-rigward tad-Direttiva 2006/40/KE, kif implimentata bir-Regolament (KE) Nru 706/2007 [2].
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip …
Ir-raġuni għall-estensjoni …
SEZZJONI I
0.1. L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Ismijiet kummerċjali, jekk applikabbli: …
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [2] …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …
0.8. Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: …
SEZZJONI II
1. Informazzjoni addizzjonali (meta applikabbli): (ara l-Addendum)
2. Is-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …
3. Id-data tar-rapport tat-test: …
4. In-numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk hemm): (ara l-Addendum)
6. Il-Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
9. L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentata lejn l-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jkun miksub fuq talba, hu mehmuż.
Addendum
Għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE Nru …
li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja jew komponent tat-telf fir-rigward tad-Direttiva 2006/40/KE.
1. Aktar tagħrif
1.1. Deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema jew tal-komponent tat-telf: …
1.2. Telf fi g/sena [2] Imla biss jekk il-komponent/is-sistema huwa/hija ddisinjat(a) għall-użu ta’ gass fluworinat li jikkawża l-effett serra u potenzjal ta’ tisħin globali ogħla minn 150: …
1.3. Rimarki: (eż., validi għal vetturi b’sewqan fuq ix-xellug u b’sewqan fuq il-lemin): …
PARTI 3
IMMARKAR TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
1. ĠENERALI
1.1. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE tikkonsisti fi:
1.1.1. rettangolu madwar l-ittra zgħira "e" u warajha n-numru jew l-ittri li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent:
1 għall-Ġermanja
2 għal Franza
3 għall-Italja
4 għall-Olanda
5 għall-Iżvezja
6 għall-Belġju
7 għall-Ungerija
8 għar-Repubblika Ċeka
9 għal Spanja
11 għar-Renju Unit
12 għall-Awstrija
13 għal-Lussemburgu
17 għall-Finlandja
18 għad-Danimarka
19 għar-Rumanija
20 għall-Polonja
21 għall-Portugall
23 għall-Greċja
24 għall-Irlanda
26 għas-Slovenja
27 għas-Slovakkja
29 għall-Estonja
32 għal-Latvja
34 għall-Bulgarija
36 għal-Litwanja
49 għal Ċipru
50 għal Malta;
1.1.2. viċin tar-rettangolu "in-numru ta’ l-approvazzjoni bażi" fis-Sezzjoni 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, ippreċedut minn żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat lill-emenda ewlenija l-aktar reċenti tad-Direttiva 2006/40/KE jew dan ir-Regolament fid-data meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent. Għal dan ir-Regolament in-numru tas-sekwenza huwa 00.
1.2. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għandha tkun tinqara ċar u ma tkunx tista’ titħassar.
2. EŻEMPJU TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
+++++ TIFF +++++
PARTI 4
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ l-emmissjonijiet minn sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja
It-tagħrif li ġej, meta applikabbli, għandu jiġi pprovdut fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenuti. Xi disinji għandhom ikunu fornuti fi skala xierqa u dettall biżżejjed fuq daqs A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru biżżejjed dettall.
Jekk il-komponenti jinkludu kontrolli elettroniċi, l-informazzjoni li tikkonċerna r-rendiment tagħhom għandha tiġi pprovduta.
0. ĠENERALI
0.1. L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Ismijiet kummerċjali, jekk applikabbli: …
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [3]: …
0.3.1. Fejn tinsab il-marka: …
0.4. Kategorija tal-vettura: …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE …
0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-assemblaġġ …
9. BODYWORK
9.10.8. Is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li hija iddisinjata li taħdem bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun ogħla minn 150: IVA/LE [3]
Gass użat bħala refriġerant: …
Jekk IVA, imla s-sezzjonijiet li ġejjin
9.10.8.1. Disinn u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja, inkluż in-numru ta’ referenza jew tal-part u l-materjal tal-komponent tat-telf: …
9.10.8.2. Telf fi g/sena tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja: …
9.10.8.2.1. Fil-każ ta’ testjar ta’ telf tal-komponenti: lista ta’ komponenti tat-telf inkluż in-numru korrispondenti ta’ referenza jew tal-part u l-materjal, bit-telf ta’ kull sena rispettiv tagħhom u informazzjoni dwar it-test (eż numru tar-rapport tat-test, nru ta’ approvazzjoni, eċċ): …
9.10.8.2.2. Fil-każ ta’ sistema tat-testjar: numru ta’ referenza jew tal-part u l-materjal tal-komponenti tas-sistema u informazzjoni dwar it-test (eż nru ta’ rapport tat-test, numru ta’ approvazzjoni, eċċ): …
PARTI 5
MUDELL
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
TIMBRU TA’ l-AMMINSTRAZZJONI
Komunikazzjoni li tikkonċerna
- l-approvazzjoni tat-tip
- l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]
- iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]
- l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip [4]
ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata [4] fir-rigward tad-Direttiva 2006/40/KE, kif implimentata bir-Regolament (KE) Nru 706/2007.
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip …
Ir-raġuni għall-estensjoni …
SEZZJONI I
0.1. L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. Ismijiet kummerċjali, jekk applikabbli: …
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata [4] …
0.3.1. Fejn tinsab il-marka: …
0.4. Kategorija tal-vettura: …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …
0.8. Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-assemblaġġ: …
SEZZJONI II
1. Informazzjoni addizzjonali (meta applikabbli): (ara l-Addendum)
2. Is-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: …
3. Id-data tar-rapport tat-test: …
4. In-numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk hemm): (ara l-Addendum)
6. Il-Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
9. L-indiċi għall-pakkett ta’ informazzjoni ppreżentata lejn l-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jkun miksub fuq talba, hu mehmuż.
Addendum
għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE nru …
li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ Direttiva 2006/40/KE.
1. Aktar tagħrif
1.1. Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tagħha ta’ kondizzjonament ta’ l-arja: …
1.2. Is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li hija mgħammra li taħdem bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun ogħla minn 150: IVA/LE
Gass użat bħala refriġerant:
Jekk IVA, imla s-sezzjonijiet li ġejjin
1.3. Telf globali fi g/sena: …
1.4. Rimarki: (eż., validi għal vetturi b’sewqan fuq ix-xellug u b’sewqan fuq il-lemin): …
[1] Ħassar fejn xieraq. Imla biss jekk il-komponent/is-sistema huwa/hija ddisinjat(a) għall-użu ta’ gass fluworinat li jikkawża l-effett serra u potenzjal ta’ tisħin globali ogħla minn 150
[2] Ħassar fejn jixraq
[3] Ħassar fejn xieraq
[4] Ħassar fejn xieraq
--------------------------------------------------
ANNESS II
DISPOŻIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAT-TELF MIS-SISTEMI TA’ KONDIZZJONAMENT TA’ L-ARJA
1. DAĦLA
Dan l-anness japplika għall-vetturi bis-sistema tal-kondizzjonament ta’ l-arja (AC) iddisinjata li jinkludi l-gassijiet fluworinati b’potenzjal ta’ tisħin globali għola minn 150, sabiex jiġi vvalutat ir-rilaxx fl-atmosfera tal-fluwidu refriġerant. Suġġetti indirizzati f’dan l-Anness jinkludu:
1. Rekwiżiti ta’ l-apparat
2. Il-kundizzjonijiet għat-test
3. Proċeduri tat-test u rekwiżiti ta’ data
2. DESKRIZZJONI TAT-TEST
2.1. It-test tat-telf tas-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja huwa mfassal biex jiddetermina l-ammont ta’ idro-fluworo-karburi (HFC-134a) li jiġu rilaxxati fl-atmosfera minn vetturi li huma mgħammra b’sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja, bħala konsegwenza ta’ l-operat normali ta’ tali sistema.
2.2. It-test jista’ jsir fuq il-vettura sħiħa, fuq is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja jew fuq komponenti tat-telf individwali.
2.3. Il-komponenti tat-telf għandhom jiġu ttestjati mingħajr żejt addizzjonali involut. Iż-żejt li jifdal mill-proċess tal-manifattura jista’ jinżamm ġewwa. Il-kumpressuri jużaw kariku standard ta’ żejt.
2.4. Il-komponenti individwali għandhom ikunu ġewwa żona ta’ tubu tal-metall. Is-sezzjonijiet li jifformaw il-kontenitur magħluq għandhom jiġu ssiġillati permezz ta’ welding jew brazing. Wieħed mill-kontenituri tal-komponenti jista’, jekk ikun meħtieġ, jiġi konness ma’ kontenitur tal-metall ta’ volum xieraq li jesa’ r-refriġerant two-phase.
2.5. Il-kontenitur HFC-134a u l-komponent tat-telf għandu jimtela bir-refriġerant two-phase (likwidu u fwar) sabiex tinżamm il-pressjoni kostanti fil-livell mixtieq tat-temperatura permezz tas-sħana. Il-komponent tat-telf taħt pre-kondizzjonament jew taħt it-test jiġi installat fil-kontenitur magħluq (enclosure) issiġillat. It-temperatura tal-komponent tinżamm fit-temperatura rikjesta ta’ prekondizzjonament jew testjar sabiex ikun hemm biss il-fażi ta’ fwar ta’ HFC-134a ġewwa l-komponent. Għas-sistemi kompluti ta’ kondizzjonament ta’ l-arja il-karika nominali attwali għandha tintuża. Għandhom jintużaw il-konċentrazzjoni u t-tip ta’ żejt irrakkomandati mill-manifattur.
2.6. Kull komponent tat-telf tas-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja għandu jitressaq għal test ħlief għal dawk li jitqiesu lli huma ħielsa mit-telf
2.6.1. Il-komponenti li ġejjin huma kkunsidrati bħala ħielsa mit-telf:
- Evaporatur mingħajr konnessjonijiet
- Tubi metalliċi mingħajr konnessjonijiet
- Kondensur mingħajr konnessjonijiet, mingħajr dryer integrat li jista’ jiġi sservisjat
- Riċevitur/dryer mingħajr konnessjonijiet
- Akkumulatur mingħajr il-konnessjonijiet
2.7. Il-kampjun ta’ "l-agħar każ" ta’ komponent tat-telf jew ta’ sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja għandu jingħażel għat-testjar.
2.8. It-telf bil-massa tal-fluwidu refriġerant minn kull komponent tat-telf huwa miżjud sabiex jipprovdi riżultat globali għat-test.
3. TAGĦMIR TAT-TEST
It-test għandu jsir f’kontenitur magħluq issiġillat li jinkludi tagħmir li jaċċerta konċentrazzjoni omoġenja tal-gass u l-użu ta’ metodu ta’ l-analiżi tal-gass.
It-tagħmir kollu użat matul it-testjar għandu jiġi kkalibrat fir-rigward tat-tagħmir ta’ referenza.
3.1. Kontenitur magħluq li jintuża għall-kejl
3.1.1. Għall-fażi ta’ pre-kondizzjonament, is-sistema ta’ kondizzjonament tas-sistema għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura interna matul din il-fażi, b’tolleranza ta’ ± 3 K
3.1.2. Għall-fażi tal-kejl, il-kontenitur magħluq għall-kejl tat-telf għandu jkun spazju magħluq għall-kejl issiġillat li ma jippermettix il-ħruġ tal-gassijiet li jkun jesa’ s-sistema, jew il-komponent li qed jiġi ttestjat. Il-kontenitur magħluq meta jkun issiġillat għandu jkun tali li ma jippermettix il-ħruġ tal-gassijiet skond l-Appendiċi. Il-wiċċ ta’ ġewwa tal-kontenitur magħluq għandu jkun impermeabbli u ma jagħmilx reazzjoni mal-fluwidu refriġeranti tal-kondizzjonatur ta’ l-arja. Is-sistema ta’ kondizzjonament tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura ta’ l-arja minn ġewwa tal-kontenitur magħluq, b’tolleranza medja ta’ ± 1 K għal sakemm idum it-test.
3.1.3. Il-kontenitur magħluq tal-kejl għandu jkun magħmul minn panels li jistgħu jżommu volum fiss fil-kontenitur magħluq.
3.1.4. Id-dimensjoni interna tal-kontenitur magħluq ta’ kejl għandu jkun magħmul li jesa’ l-komponenti jew is-sistemi li għandhom jiġu ttestjati bl-akkuratezza xierqa.
3.1.5. L-omoġenità tal-gass u tat-temeperatura ġewwa l-tal-kontenitur magħluq tal-kejl għandha tiġi żgurata permezz ta’ l-anqas ta’ fan għar-riċirkolazzjoni wieħed jew metodu alternattiv li jista’ jiġi dimostrat li jipprovdi temperatura u konċentrazzjoni ta’ gass omoġeneji.
3.2. L-apparat tal-kejl
3.2.1. L-ammont ta’ HFC-134a li joħroġ għandu jitkejjel permezz tal-kromatografija bil-gass, l-ispektrofotemtrija bl-infrared, l-ispektrofotometrija bil-mass, u l-ispektroskopija foto-akustika bl-infrared (ara l-Appendiċi).
3.2.2. Jekk it-teknika wżata mhux waħda minn dawk li ssemmew qabel, l-ekwivalenza għandha tiġi dimostrata u l-apparat għandu jiġi kkalibrat permezz ta’ proċedura simili għal dik deskritta fl-Appendiċi.
3.2.3. l-akkuratezza mmirata ta’ l-apparat ta’ kejl għas-sistema totali ta’ kondizzjonament ta’ l-arja stabbilita fi ± 2 g/sena.
3.2.4. L-apparat ta’ l-analiżi tal-gass, ikkombinat ma kull apparat ieħor, li jippermetti akkuratezza sa 0,2/gramma/sena għandu jintuża għal kull test tal-komponent.
3.2.5. Għall-komponenti fejn huwa diffiċli li tinkiseb l-akkuratezza li tissemma hawn fuq in-numru ta’ kampjuni f’kull test għandu jiżdied.
3.2.6. Ir-repetibbiltà ta’ l-analizzatur imfissra bħala standard deviation waħda għandha tkun aħjar minn 1 % ta’ devjazzjoni ta’ skala sħiħa f’żero u fi 80 % 20 % ta’ skala sħiħa fuq il-meded kollha wżati.
3.2.7. Iż-żero u l-ispan ta’ l-analizzatur bil-gass għandhom jiġu kkalibrati qabel kull test skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
3.2.8. Il-meded operattivi ta’ l-analizzatur għandhom jintgħażlu biex jagħtu l-aħjar riżoluzzjoni matul il-proċeduri ta’ kejl, kalibrar u proċeduri ta’ kontrolli ta’ telf.
3.3. Sistema ta’ rrekordjar ta’ data ta’ analizzatur tal-gass
3.3.1. L-analizzatur tal-gass għandu jiġi ffittjat b’apparat li jirrekordja output minn sinjal elettriku jew permezz ta’ strip chart recorder jew permezz ta’ sistema oħra ta’ pproċessar tad-data fi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull 60 minuta. Is-sistema ta’ rrekordjar għandha jkollha karatteristiċi ta’ tħaddim li jkunu għall-inqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qiegħed jiġi rrekordjat u għandha tipprovdi rekord permanenti ta’ riżultati. Ir-rekord għandu juri indikazzjoni pożittiva tal-bidu u t-tmiem tat-test (li jinkludi bidu u tmiem ta’ perjodi ta’ teħid ta’ kampjuni flimkien mal-ħin li jkun għadda bejn il-bidu u tmiem ta’ kull test).
3.4. Apparat addizzjonali
3.4.1. Irrekordjar tat-temperatura
3.4.1.1. It-temperatura fil-kontenitur magħluq għall-kejl tiġi rrekordjata f’punt wieħed jew tnejn b’sensors tat-temperatura li jkunu mqabbdin biex juru valur medju. Il-punti ta’ kejl għandhom ikunu rappreżentattivi tat-temperatura ġewwa l-tal-kontenitur magħluq tal-kejl.
3.4.1.2. It-temperaturi għandhom, matul il-kejl tat-telf ta’ l-HFC-134a, jiġu rrekordjati jew imdaħħla f’sistema ta’ data processing bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.
3.4.1.3. L-akkuratezza tas-sistema ta’ rekordjar tat-temperatura għandha tkun fil-medda ta’ ± 1.0 K.
3.4.2. Apparat li jkejjel il-pressjoni.
3.4.2.1. Il-preċiżjoni tas-sistema ta’ rrekordjar ta’ Pshed għandha tkun ± 2 hPa u l-pressjoni għandha tkun tista’ tiġi stabbilita għal ± 0.2 hPa.
3.4.3. Fannijiet
3.4.3.1. Permezz ta’ fann wieħed jew iktar, blowers jew metodu ieħor adegwat, bħalma huwa l-flush bl-N2 għandu jkun possibli li titnaqqas il-konċentrazzjoni ta’ l-HFC-134a fl-tal-kontenitur magħluq tal-kejl għat-temperatura ambjent.
3.4.3.2. Il-komponent tat-telf jew is-sistema li qed jiġu ttestjati fil-kontenitur magħluq għandhom jiġu soġġetti għal mogħdija diretta ta’ arja minn fannijiet jew minn blowers meta użati.
3.4.4. Gassijiet
3.4.4.1. Meta jiġi speċifikat mill-fornitur ta’ l-analizzatur tal-gass, il-gassijiet li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-kalibrazzjoni u l-operat:
- arja sintetika ppurifikata bil-kontenut ta’ ossiġenu bejn 18 % u 21 % tal-volum,
- HFC-134a, 99.5 % purezza minima,
3.4.4.2. Gassijiet ta’ kalibrazzjoni u span għandhom ikunu disponibbli fejn jinkludu taħlit ta’ HFC-134a u arja sintetika ppurifikata jew kull xorta ta’ gass inert xieraq ieħor. Il-konċentrazzjonijiet reali ta’ gass għall-kalibrazzjoni għandhom ikun fil-medda ta’ ± 2 % tal-figuri stipolati.
4. PREKONDIZZJONAMENT
4.1. Rekwiżit ġenerali
4.1.1. Qabel ma jsir prekondizzjonament u l-kejl tat-telf, is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja għandha tiġi evakwata u ċċarġjata biċ-ċarġ nominali speċifikat ta’ HFC-134a.
4.1.2. Sabiex ikunu aċċertati l-kondizzjonijiet saturizzati matul it-test kollu, inkluża il-fażi ta’ prekondizzjonament, kull komponent "tat-telf", li fih jew ma fihx kontenitur addizzjonali, għandu jiġi evakwat u ċċarġjat b’ammont suffiċjenti ta’ HFC-134a iżda mhux iktar minn 0,65 g/cm3 tal-volum intern totali tal-komponent tat-telf jew tal-kontenitur.
4.2. Kondizzjonijiet ta’ prekondizzjonament
4.2.1. L-applikant għall-approvazzjoni jista’ jagħżel li jwettaq il-prekondizzjonment fi stadju wieħed f’temperatura ta’ 40 °C jew f’żewġ stadji li jieħdu inqas żmien. L-approċċ ta’ żewġ stadji għandu jinvolvi żewġ stadji sekwenzjali, l-ewwel f’ 50 °C immedjatament segwit mit-tieni stadju f’40 °C. Iż-żmien tal-prekondizzjonament għandu jkun kif inhu muri hawn isfel.
| Għażla 1 | Għażla 2 |
Part tas-sistema | 40 °C Ħin [siegħat] | Stadju 1 — 50 °C Ħin [siegħat] | Stadju 2 — 40 °C Ħin [siegħat] |
Sistema kompluta | 480 | 240 | 24 |
Kumpressur | 144 | 72 | 24 |
Assemblaġġi tal-minka | 480 | 240 | 24 |
Kull part ieħor tat-telf | 96 | 48 | 24 |
Ħinijiet iqsar ta’ prekondizzjonament jistgħu jintużaw jekk jista’ jiġi ddimostrat li ntlaħaq l-istat stabbli (rata ta’ telf kostanti) fir-rigward ta’ telf mill-permeazzjoni.
4.2.2. Wara l-prekondizzjonament, il-komponenti tat-telf jew is-sistema għandhom jitqiegħdu fil-kontenitur magħluq tal-kejl għat-test tat-telf fi żmien 4 siegħat.
4.3. Kumpressur
4.3.1. Meta jkun neċessarju għal-lubrifikazzjoni jew ir-running in tas-siġilli, il-kumpressur jista’ jsirlu r-running in bejn il-prekondizzjonament u t-test matul perijodu minimu ta’ minuta b’veloċità minima ta’ 200 rpm.
4.3.2. Iċ-ċarġ ta’ HFC-134a fil-komponent tat-telf jew fis-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja għandu jinżamm intatt bejn il-prikondizzjonament u l-kejl sabiex ma jintilifx l-effett ta’ prekondizzjonament. Dan ifisser li l-istess konfigurazzjoni għandha titressaq fil-prekondizzjonament u fil-kejl mingħajr diżassemblaġġ u rijassemblaġġ bejniethom.
5. SEKWENZA TAT-TESTJAR
5.1. Rekwiżiti ġenerali
Is-sekwenza tat-test fil-figura I, turi l-istadji li għandhom jiġu segwiti matul l-iżvilupp tat-test.
5.2. Test tat-telf
5.2.1. It-test għandu jitwettaq fi stat statiku u stabbli f’temperatura ta’ 313K (40 °C). Id-differenzi fil-konċentrazzjonijiet ta’ l-HFC-134a matul iż-żmien tat-test jintużaw fil-kalkolu tat-telf annwali.
5.2.2. Il-kontenitur magħluq tal-kejl għandu jiġi ppurgat għal bosta minuti sakemm jinkiseb l-isfond stabbli.
5.2.3. Qabel ma jsir it-test il-livell ta’ sfond fil-kontenitur magħluq tal-kejl għandu jitkejjel u l-analizzatur tal-gass jiġi zeroed u spanned.
5.2.4. Fil-każ li l-konfigurazzjoni tiċċaqlaq mill-prekondizzjonament għal parti ta’ kejl differenti, il-bidu tal-perijodu tal-kejl mhux ser ikun qabel erba’ siegħat wara li jingħalaq u jiġi ssiġillat il-kontenitur magħluq għall-kejl, u tiġi ffissata t-temperatura tat-test.
5.2.5. Il-komponent tat-telf jew is-sistema mbagħad jiġu introdotti fil-kontenitur magħluq għall-kejl.
5.2.6. Il-kontenitur magħluq għall-kejl jingħalaq u jiġi ssiġillat biex ma jippermettix il-ħruġ ta’ gassijiet. Iċ-chamber tat-testjar għandu jimtela kompletament fi pressjoni atmosferika b’gass ta’ referenza (eż arja nadifa).
FIGURA I
+++++ TIFF +++++
5.2.7. Il-perijodu tat-test jibda meta l-kontenitur magħluq tat-test ikun issiġillat u t-temperatura fil-kontenitur magħluq tal-kejl tilħaq 313K (40 °C). It-temperatura tinżamm f’dak il-valur sakemm ma jispiċċa l-perijodu tat-testjar. Il-konċentrazzjoni, it-temperatura, il-pressjoni barometrika ta’ l-HFC-134a jitkejlu biex jagħtu l-valuri inizjali CHFC-134ai; Pshed u Tshed għall-perijodu tat-testjar iżda mhux iktar kmieni minn 4 siegħat wara l-egħluq tal-kontenitur magħluq u s-settjar tat-temperatura tat-test kif inhu speċifikat fis-sezzjoni 5.2.4.. Dawn il-valuri jintużaw fil-kalkolu tat-telf skond is-sezzjoni 5.3.
5.2.8. Il-perijodu nominali tal-kejl għandu jkun ta’ 24 siegħa. Perijodu iqsar huwa permess bil-kondizzjoni li akkuratezza suffiċjenti tista’ tiġi dimostrata.
5.2.9. L-analizzatur tal-gass għandu jiġi zeroed u spanned immedjatament wara t-tmiem tal-perijodu tat-test.
5.2.10. Fl-aħħar tal-perijodu tat-test il-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika ta’ l-HFC-134a fil-kontenitur tal-kejl għandhom jiġu mkejla. Dawn huma r-riżultati finali CHFC-134af, Pshed u Tshed għall-kalkolu tat-telf skond is-sezzjoni 5.3.
5.3. Kalkolu
5.3.1. It-test deskritt fis-sezzjoni 5.2. jippermetti l-kalkolu ta’ l-emmissjonijiet HFC-134a. It-telf huwa kkalkolat permezz tal-konċentrazzjonijiet, temperaturi u pressjonijiet inizjali u finali HFC-134a fil-kontenitur magħluq, flimkien mal-kejl nett tal-volum tal-kontenitur magħluq.
Il-Massa tat-Telf totali HFC-134a hija kkalkolata permezz tal-formula li ġejja:
fejn:
+++++ TIFF +++++
HFC-134a | = Rata ta’ fluss tat-Telf ta’ HFC-134a | [kg/s] |
nHFC-134a | = Numru ta’ moles ta’ HFC-134a | [mol] |
Vshed | = SHED-volum net taċ-chamber | [m3] |
VAC | = Volum gross tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja jew tal-komponent | [m3] |
Tshed | = Temperatura fix-SHED | [K] |
Pshed | = Pressjoni fix-SHED | [kPa] |
CHFC-134ae | = HFC-134a konċentrazzjoni finali | [ppmv] |
CHFC-134ai | = HFC-134a konċentrazzjoni inizjali | [ppmv] |
te | = Ħin finali | [s] |
ti | = Ħin inizjali | [s] |
MHFC-134a | = Massa molari ta’ HFC-134a (=102 kg/kmol) | [kg/kmol] |
R | = Kostanti tal-gass (= 8,314 kJ/(kmol*K)) | [kJ/(kmol*K)] |
Nota: CHFC-134a huwa definit bħala n-numru ta’ moles ta’ HFC-134a (nHFC-134a) għal kull mole ta’ arja (nair + HFC-134a)
CHFC-134a ppmv = 106·nHFC-134anair+HFC-134a
ppmv: partijiet għal kull miljun volum/volum ekwivalenti għal mol/mol
5.3.2. Il-massa fi grammi, miksuba bħala funzjoni ta’ ħin, tinbidel fi grammi/sena (g/y).
5.4. Riżultati globali tat-test
It-telf totali għas-sistema kompleta ta’ kondizzjonament ta’ l-arja huwa kkalkolat billi jngħaddu flimkien il-valuri parzjali tal-komponent tat-telf ttestjat.
1. Testjar tas-sistema
+++++ TIFF +++++
Telf AC, L(g/y) = CF *HFC-134a (g/y)
2. Testjar tal-komponent
+++++ TIFF +++++
Telf AC, L(g/y) = CF * ΣHFC-134a (g/y)
fejn is-CF (Fattur ta’ korrelazzjoni)= 0 277
6. APPROVAZZJONI
1. Is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja itttestjata għandha tiġi approvata jekk il-valur ta’ L (g/y) ikun iktar baxx mill-valuri espressi fit-tabella li jmiss, skond id-Direttiva2006/40/KE.
L (g/y) | Refriġerant AC |
40/60 [1] | HFC-134a |
2. Il-komponent tat-telf għandu jiġi approvat jekk ikun ġie ttestjat skond il-kondizzjonijiet tas-sezzjonijiet 2 sa 5.3.
[*] fil-każ ta’ sistema ta’ evaporazzjoni doppja
--------------------------------------------------
Appendiċi
Kalibrazzjoni ta’ l-apparat għat-testjar tat-telf
1. FREKWENZA TA’ KALIBRAR U METODI
1.1. L-apparat kollu għandu jiġi kkalibrat qabel l-użu inizjali tiegħu u mbagħad jiġi kkalibrat spiss kemm ikun hemm bżonn u f’kull każ fil-perijodu ta’ 6 xhur qabel l-ittestjar ta’ approvazzjoni tat-tip. Il-metodi ta’ kalibrazzjoni li għandhom jintużaw (għall-apparat elenkat fil-pargrafu 3.2.1 ta’ l-Anness II tar-Regolament) huma deskritti f’dan l-Appendiċi.
2. KALIBRAZZJONI TAL-KONTENITUR MAGĦLUQ GĦALL-KEJL
2.1. Kejl inizjali tal-volum intern tal-kontenitur magħluq għall-kejl
2.1.1. Qabel l-użu inizjali tiegħu, il-volum intern tal-kontenitur magħluq għall-kejl għandu jiġi stabbilit kif ġej. Id-dimensjonijiet interni tal-kontenitur magħluq tal-kejl għandhom jitkejlu b’attenzjoni, u jingħata każ ta’ kull irregolarità bħal bracing struts. Il-volum intern tal-kontenitur magħluq għall-kejl jiġi stabbilit minn dan il-kejl.
2.1.2. Il-volum intern nett jiġi stabbilit billi jitnaqqas il-volum tal-komponent tat-test jew is-sistema mill-volum intern tal-kontenitur magħluq tal-kejl.
2.1.3. Il-kontenitur magħluq għall-kejl għandu jiġi ċċekkjat għat-telf kif inhu previst fil-punt 2.3. Jekk il-massa tal-gass ma taqbilx mal-massa injettata sa ± 2 % tkun tinħtieġ azzjoni korrettiva.
2.2. Kejl ta’ l-emmissjonijiet ta’ sfond tal-kontenitur magħluq għall-kejl
Din l-operazzjoni tistabbilixxi li l-kontenitur magħluq għall-kejl ma jkunx fih materjal li minnu joħorġu ammonti sinifikanti ta’ HFC-134a. Il-kontroll għandu jsir fl-introduzzjoni fis-servizz tal-kontenitur magħluq, wara kull operazzjoni fil-kontenitur magħluq li tista’ taffettwa emissjoni ta’ sfond u fi frekwenza ta’ mill-inqas darba fis-sena.
2.2.1. It-temperatura ġewwa l-kontenitur magħluq tal-kejl għandha tinżamm fi 313 K ± 1 K (40 °C ± 1 °C) matul il-perijodu ta’ erba’ sigħat li jissemma hawn isfel.
2.2.2. Il-kontenitur magħluq għall-kejl jista’ jiġi ssiġġillat u l-fann li jħallat ikun imħaddem għal perjodu ta’ mhux aktar minn sagħtejn qabel ma jibda’ l-perjodu ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ l-isfond ta’ erba’ sigħat.
2.2.3. L-analizzatur (jekk ikun meħtieġ) għandu jiġi kkalibrat, imbagħad jiġi zeroed u spanned.
2.2.4. Il-kontenitur għall-kejl għandu jiġi mnaddaf sakemm jinkiseb riżultat stabbli, u l-fann ta’ taħlit jinxtegħel jekk ma jkunx mixgħul diġa’.
2.2.5. Il-kontenitur magħluq tal-kejl huwa b’hekk issiġġillat u jiġu mkejla l-konċentrazzjonjiet ta’ idrokarburi fl-isfond, temperatura u pressjoni barometrika. Preferibbilment, il-konċentrazzjoni ta’ HFC-134a jiġi ssettjat għal zero billi jitnaddaf jew jiġi evakwat il-kontenitur magħluq tal-kejl. Dawn ikunu r-riżultati inizjali CHFC-134a, Pshed u Tshed wżati fil-kalkolazzjoni ta’ sfond tal-kontenitur magħluq.
2.2.6. Il-kontenitur magħluq jitħalla joqgħod mingħajr disturb bil-fann li jħallat mixgħul għal perjodu ta’ erba’ sigħat.
2.2.7. Fit-tmiem ta’ dan il-perijodu l-istess analizzatur jintuża biex titkejjel il-konċentrazzjoni tal-kontenitur magħluq għall-kejl. It-temperatura u l-pressjoni barometrika jitkejlu wkoll. Dawn huma r-riżultati finali għal CHFC-134a, Pshed u Tshed.
2.3. Test ta’ kalibrazzjoni u ritenzjoni HFC-134a tal-kontenitur magħluq għall-kejl
It-test ta’ kalibrar u ta’ żamma tal-gass ta’ l-HFC-134a tal-kontenitur magħluq għall-kejl jipprovdi kontroll fuq il-volum ikkalkolat f’2.1 u jkejjel ukoll kull rata ta’ telf. Ir-rata ta’ telf mill-kontenitur magħluq għall-kejl għandha tiġi stabbiltà fl-introduzzjoni għas-servizz taċ-chamber, wara kull operazzjoni tal-kontenitur magħluq għall-kejl li jistgħu jaffettwaw l-integrità tal-kontenitur magħluq, u ta’ mill-inqas darba kull tliet xhur minn hemm ‘il quddiem.
2.3.1. Il-kontenitur magħluq għall-kejl għandu jitnaddaf sakemm tintlaħaq konċentrazzjoni stabbli. Il-fann li jintuża fit-taħlit għandu jkun mixgħul. L-analizzatur għandu jiġi zeroed, ikkalibrat jekk ikun meħtieġ u spanned.
2.3.2. Imbagħad is-sistema ta’ kontroll tat-temperatura ambjentali tinxtegħel (jekk ma tkunx diġà mixgħula) u tiġi aġġustata għal temperatura inizjali ta’ 313K (40 °C).
2.3.3. Meta l-kontenitur magħluq tal-kejl ikun stabbilizzat għal 313 K ± 1 K (40 °C ± 1 °C), il-kontenitur magħluq jiġi ssiġillat u jitkejlu l-konċentrazzjoni ta’ sfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika. Dawn ikunu r-riżultati inizjali CHFC-134a, Pshed u Tshed użati fil-kalibrazzjoni tal-kontenitur magħluq.
2.3.4. Kwantità magħrufa ta’ HFC-134a tiġi injettata fil-kontenitur magħluq għall-kejl. Il-massa li għandha tiġi injettata tiddeipendi fuq il-volum tal-kontenitur magħluq għall-kejl permezz ta’ l-ekwazzjoni li ġejja:
hawnhekk:
mHFC-134a | = Massa ta’ HFC-134a | [kg] |
Vshed | = Volum taċ-chamber | [m3] |
Tshed | = Temperatura fix-SHED | [K] |
Pshed | = Pressjoni fix-SHED | [kPa] |
C | = Konċentrazzjoni HFC-134a | [ppmv] |
MHFC-134a | = Massa molari ta’ HFC-134a(=102 kg/kmol) | [kg/kmol] |
R | = Kostanti tal-gass (= 8,314 kJ/(kmol*K)) | [kJ/(kmol*K)] |
Nota: CHFC-134a huwa definit bħala n-numru ta’ moles ta’ (nHFC-134a) għal kull mole ta’ arja (nair+HFC-134a)
CHFC-134appmv = 106 · nHFC-134anair+HFC-134a
Permezz ta’ din l-ekwazzjoni, it-tabelli li ġejjin juru l-volumi differenti għall-kontenituri tal-kejl u l-kwantità ta’ HFC-134a li għandha tiġi injettata. Is-suppożizzjonijiet huma: il-pressjoni hija pressjoni atmosferika (101.3 kPa), u t-temperatura tal-kontenitur magħluq għall-kejl hija ta’ 40 °C.
Volum tal-kontenitur magħluq għall-kejl (L) | Massa injettata (g) |
5 | 6,0E-04 |
10 | 1,2E-03 |
50 | 6,0E-03 |
100 | 1,2E-02 |
500 | 6,0E-02 |
1000 | 1,2E-01 |
2000 | 2,4E-01 |
3000 | 3,6E-01 |
4000 | 4,8E-01 |
Għall-kwantitajiet żgħar ħafna injettati, il-kompożizzjonijiet standard ta’ HFC-134a fin-nitroġenu jistgħu jintużaw. Il-kontenitur magħluq tal-kejl għandu jiġi evakwat u jimtela b’konċentrazzjoni mhux standard.
2.3.5. Il-kontenut tal-kontenitur magħluq għall-kejl għandu jitħalla jitħallat għal ħames minuti u mbagħad jiġu mkejla l-konċentrazzjoni, temperatura u pressjoni barometrika. Dawn ikunu r-riżultati finali CHFC-134af, Pshed u Tshed għall-kalibrar tal-kontenitur magħluq għall-kejl kif ukoll ir-riżultati inizjali CHFC-134ai, Pshed u Tshed għall-kontroll tar-ritenzjoni.
2.3.6. Fuq il-bażi tar-riżultati meħuda minn sezzjonijiet 2.3.3 u 2.3.5 u l-formula f’sezzjoni 2.3.4., tiġi kkalkolata il-massa ta’ l-HFC-134a fil-kontenitur magħluq għall-kejl.
2.3.7. Il-proċess jibda, u t-temperatura ambjentali tinżamm f’livell ta’ 313 K ± 1 K (40 °C ± 1 °C) għal perijodu ta’ 24 siegħa.
2.3.8. Malli jitlesta l-perjodu ta’ 24 siegħa, il-konċentrazzjoni finali ta’ HFC-134a, temperatura u pressjoni barometrika finali jiġu mkejla u rrekordjati. Dawn huma r-riżultati finali ta’ CHFC-134af, Tshed u Pshed għall-kontroll tar-ritenzjoni HFC-134a.
2.3.9. Permezz tal-formula fis-sezzjoni 2.3.4., il-massa HFC-134a hija imbagħad ikkalkolata mir-riżultati meħudin mis-sezzjoni 2.3.8. Il-massa ma tistax tvarja b’aktar minn 5 % mill-massa ta’ l-HFC mogħtija fis-sezzjoni 2.3.6.
3. Kalibrazzjoni ta’ l-analizzatur hfc
3.1. L-analizzatur għandu jiġi aġġustat kif inhu speċifikat mill-manifattur ta’ l-istrument.
3.2. L-analizzatur għandu jiġi kkalibrat permezz ta’ gassijiet ta’ referenza xierqa.
3.3. Stabbilixxi kurva ta’ kalibrazzjoni permezz ta’ mill-inqas ħames punti ta’ kalibrazzjoni li jkunu mifruxin b’mod uniformi mal-medda operattiva. Il-konċentrazzjoni nominali tal-kalibrazzjoni tal-gass bl-ogħla konċentrazzjonijiet għandha tkun ta’ l-anqas 80 % tal-valuri mkejla.
3.4. Ikkalkula l-kurva ta’ kalibrazzjoni permezz tal-metodu ta’ least squares. Jekk il-grad polinomjali riżultanti jkun ogħla minn 3, in-numru ta’ punti ta’ kalibrazzjoni għandu jkun ta’ l-anqas in-numru tal-grad polinomjali plus 2.
3.5. Il-kurva ta’ kalibrazzjoni m’għandhiex tkun differenti b’iktar minn 2 % mill-valur nominali ta’ kull gass ta’ kalibrazzjoni.
3.6. Permezz tal-koeffiċjenti tal-polinomjali dderivati mis-sezzjoni 3.4, tabella tar-riżultati indikati mqabbla mal-konċentrazzjoni reali għandha titfassal fi stadji ta’ mhux iktar minn 1 % ta’ l-iskala sħiħa. Dan għandu jinġieb fis-seħħ għal kull medda ta’ analizzatur ikkalibrat. It-tabella għandha tinkludi wkoll id-data rilevanti l-oħra bħal:
- data ta’ kalibrazzjoni,
- riżultati span u zeroed tal-potenzjometru (fejn applikabbli),
- skala nominali,
- data ta’ referenza ta’ kull gass ta’ kalibrazzjoni użat,
- il-valur attwali u indikat ta’ kull gass ta’ kalibrazzjoni flimkien ma’ differenzi bħala perċentwali.
3.7. Jista’ jiġi muri għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorita ta’ approvazzjoni li teknoloġija alternattiva (eż kompjuter, range switches ikkontrollati elettronikament) tista’ twassal għal akkuratezza ekwivalenti, minn dawk l-alternattivi użati.
--------------------------------------------------
| Fuq |