32007L0073

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/73/KE tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal acetamiprid, atrazine, deltamethrin, imazalil, indoxacarb, pendimethalin, pymetrozine, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 329 , 14/12/2007 P. 0040 - 0051


20071213

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/73/KE

tat- 13 ta’ Diċembru 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal acetamiprid, atrazine, deltamethrin, imazalil, indoxacarb, pendimethalin, pymetrozine, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal- 15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta’ dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom jitqiesu f’dawn l-evalwazzjonijiet jinkludu l-espożizzjoni ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta’ l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin u l-annimali mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati.

(2) Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwi jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u jkun tossikoloġikament aċċettabbli, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-istima tal-konsum fid-dieta.

(3) Għal atrazine ġew stabbiliti MRLs temporanji fid-Direttiva 86/362/KEE mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/7/KE [4], sakemm titressaq id-data mill-applikant. Wara eżaminazzjoni ulterjuri, deher li għandu jingħata aktar żmien sabiex tiġi ġġenerata d-data ta’ provi ta’ residwi. Għalhekk jixraq li tiġi estiża l-validità ta’ l-MRLs temporanji għall-atrazine.

(4) L-MRLs għall-pestiċidi koperti mid-Direttiva 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt eżaminazzjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jitqiesu użi ġodda jew mibdula. Tagħrif dwar użi ġodda jew mibdula ġie kkomunikat lill-Kummissjoni, li għandu jwassal għal bidliet fil-livelli ta’ residwi ta’ acetamiprid, deltamethrin, indoxacarb, pendimethalin, pymetrozine, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin.

(5) Fir-rigward ta’ imazalil Stat Membru informa lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tiegħu li jirrevedi l-livelli massimi ta’ residwi nazzjonali skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/642/KEE fid-dawl ta’ tħassib dwar il-konsum mill-konsumatur. Proposti għar-reviżjoni tal-livelli massimi ta’ residwi tal-Komunità tressqu quddiem il-Kummissjoni.

(6) L-esponiment tul il-ħajja tal-konsumaturi għall-pestiċidi imsemmi f’din id-Direttiva permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkollhom ir-residwi ta’ dawn il-pestiċidi, ġie stmat u evalwat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, b’kunsiderazzjoni tal-linji ta’ gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [5]. Skond dawk l-istimi u l-evalwazzjonijiet, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx il-limitu aċċettabbli ta’ konsum ta’ kuljum fid-dieta.

(7) Doża akuta ta’ referenza (DAR) ġiet stabbilita għal acetamiprid, deltamethrin, imazalil, indoxacarb, pymetrozine, pyraclostrobin u thiacloprid. L-esponiment akut tal-konsumaturi permezz ta’ kull wieħed minn dawn il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkollhom ir-residwi ta’ dawn il-pestiċidi ġie stmat u evalwat skond il-proċeduri u l-prassi użati bħalissa fi ħdan il-Komunità, b’kunsiderazzjoni tal-linji ta’ gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP), b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari li jkunu ġew ittrattati bil-pestiċidi [6], ittieħdu f’kunsiderazzjoni. Skond l-istima tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħra, l-istima tat-tagħrif disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja stima fuq perjodu ta’ żmien qasir.

(8) Fejn l-użi awtorizzati ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użi awtorizzati, jew fejn l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew sostnuti bid-data meħtieġa, jew fejn l-użi f’pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunux ġew sostnuti bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell minimu tad-determinazzjoni analitika.

(9) L-iffissar jew l-immodifikar tal-livell Komunitarju ta’ l-MRLs proviżorji ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għal acetamiprid, indoxacarb, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta’ dik id-Direttiva. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRLs proviżorji tal-Komunità għandhom imbagħad isiru definittivi.

(10) Għalhekk jeħtieġ li jiġu mmodifikati l-MRLs stabbiliti fid-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE, sabiex ikun jista’ jkun hemm sorveljanza u kontroll xierqa ta’ l-użi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernati u biex jitħares il-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta’ dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jiġu ffissati għall-ewwel darba.

(11) Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar l-livelli massimi ġodda ta’ residwi u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

(12) Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skond dan.

(13) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill- 14 ta’ Ġunju 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, minbarra għal deltamethrin u atrazine, li għalihom dawn se jadottawhom u jippubblikawhom sat- 18 ta’ Diċembru 2007 u għal imazalil, li għaliha se jadottaw u jippubblikawhom sa mhux aktar tard mill- 14 ta’ Settembru 2008. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill- 15 ta’ Ġunju 2008, ħlief għal deltamethrin u atrazine li għalihom għandhom jiġu applikati mid- 19 ta’ Diċembru 2007 u għal imazalil li għaliha għandhom jiġu applikati mhux aktar tard mill- 15 ta’ Settembru 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din it-tip ta’ referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE (ĠU L 260, 5.10.2007, p. 4).

[2] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE.

[3] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

[4] ĠU L 43, 15.2.2007, p. 19.

[5] Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[6] L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma’ l-emendar ta’ l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l- 14 ta’ Lulju 1998); L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiċidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l- 14 ta’ Lulju 1998) http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html

--------------------------------------------------

20071213

ANNESS I

Fil-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE, il-linja għal "Atrazine" tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Residwi ta' pestiċidi | Livelli massimi f’mg/kg |

"Atrazine | 0,1 [1] ĊEREALI |

--------------------------------------------------

20071213

ANNESS II

Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni għal acetamiprid, deltamethrin, imazalil, indoxacarb, pendimethalin, pymetrozine, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin jinbidlu b’dan li ġej:

| Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwi massimu (mg/kg) |

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs | "Acetamiprid | Deltamethrin (cis-deltamethrin) [2] | Imazalil | Indoxacarb btrala s-somma s- ta' l-iżomeri S u R | Pendimethalin | Pymetrozine | Pyraclostrobin | Thiacloprid | Trifloxystrobin |

1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież | | | | | 0,05 [1] | | | | |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 1 [3] | 0,05 [1] | 5 | 0,02 [1] [3] | | 0,3 | 1 [3] | 0,02 [1] [3] | 0,3 [3] |

Grejpfrut | | | | | | | | | |

Lumi | | | | | | | | | |

Lajm | | | | | | | | | |

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | | | | | | | | | |

Larinġ | | | | | | | | | |

Pomelos | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | |

(ii)ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha) | 0,01 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,05 [1] | 0,05 [3] | | 0,02 [1] | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Lewż | | | | | | | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | | | | | | | |

Ġewż ta’ l-anakardju | | | | | | | | | |

Qastan | | | | | | | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | | | | | | | |

Ġellewż | | | | | | | | | |

Makadamja | | | | | | | | | |

Ġwież tal-Pekan | | | | | | | | | |

Ġwież ta’ l-arznu | | | | | | | | | |

Pistaċċi | | | | | | | 1 [3] | | |

Ġewż | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | 0,02 [1] [3] | | |

(iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | 1 [3] | | 2 | | | 0,02 [1] | 0,3 [3] | 0,3 [3] | 0,5 [3] |

Tuffieħ | | 0,2 | | 0,5 [3] | | | | | |

Lanġas | | | | | | | | | |

Sfarġel | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,1 | | 0,3 [3] | | | | | |

(iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | | | 0,05 [1] | | | | | | |

Berquq | 0,1 [3] | | | 0,3 [3] | | 0,05 | 0,2 [3] | 0,3 [3] | 1 [3] |

Ċirasa | 0,2 [3] | 0,2 | | | | | 0,3 [3] | 0,3 [3] | 1 [3] |

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili) | 0,1 [3] | | | 0,3 [3] | | 0,05 | 0,2 [3] | 0,3 [3] | 1 [3] |

Għanbaqar | 0,02 [3] | | | | | | 0,1 [3] | 0,1 [3] | 0,2 [3] |

Oħrajn | 0,01 [1] [3] | 0,1 | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR | 0,01 [1] [3] | | 0,05 [1] | | | | | | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | | 0,2 | | 2 [3] | | 0,02 [1] | | 0,02 [1] [3] | 5 [3] |

Għeneb tal-mejda | | | | | | | 1 [3] | | |

Għeneb ta' l-inbid | | | | | | | 2 [3] | | |

(b)Frawli (ħlief dak selvaġġ) | | 0,2 | | 0,02 [1] [3] | | 0,5 | 0,5 [3] | 0,5 [3] | 0,5 [3] |

(ċ)Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ) | | | | 0,02 [1] [3] | | | | 1 [3] | 0,02 [1] [3] |

Tut | | 0,5 | | | | 3 | 1 [3] | | |

Dewberries | | | | | | | | | |

Loganberries | | | | | | | | | |

Ċawsli | | 0,5 | | | | 3 | 1 [3] | | |

Oħrajn | | 0,05 [1] | | | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | | |

(d)Frott u berries żgħar oħra (ħlief dak selvaġġ) | | | | | | | | 1 [3] | |

Bilberries | | | | | | | | | |

Cranberries | | | | | | | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | 0,5 | | 1 [3] | | 0,5 | 2 [3] | | 1 [3] |

Gooseberries | | 0,2 | | 1 [3] | | 0,5 | | | 1 [3] |

Oħrajn | | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,5 [3] | | 0,02 [1] [3] |

(e)Berries u frott salvaġġ | | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(vi)MIXXELLANJA | 0,01 [1] [3] | | | | | 0,02 [1] | | | |

Avokado | | | | | | | | | |

Banana | | | 2 | 0,2 [3] | | | | | 0,05 [3] |

Tamal | | | | | | | | | |

Tin | | | | | | | | | |

Kiwi | | 0,2 | | | | | | | |

Kumquats | | | | | | | | | |

Litchis | | | | | | | | | |

Mango | | | | | | | 0,05 [3] | | 0,5 [3] |

Żebbuġ (konsum domestiku) | | 1 | | | | | | | |

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | 1 | | | | | | | |

Papaja | | | | | | | 0,05 [3] | 0,5 [3] | 1 [3] |

Passion fruit | | | | | | | | | |

Ananas | | | | | | | | | |

Rummien | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 [1] | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

(i)ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | 0,01 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,05 [1] | | | 0,02 [1] | | 0,02 [1] [3] | |

Pitrava zokkrija | | | | | | | | | |

Zunnarija | | | | | 0,2 | | 0,1 [3] | | 0,05 [3] |

Cassava | | | | | | | | | |

Krafes | | | | | 0,1 | | | | |

Horseradish | | | | | 0,2 | | 0,3 [3] | | |

Artiċokks | | | | | | | | | |

Zunnarija bajda | | | | | 0,2 | | 0,3 [3] | | |

Tursin ta’ l-għeruq | | | | | 0,2 | | 0,1 [3] | | |

Ravanell | | | | 0,2 [3] | | | | | |

Sassefrika | | | | | | | 0,1 [3] | | |

Patata ħelwa | | | | | | | | | |

Swedes | | | | | | | | | |

Turnips | | | | | | | | | |

Jam | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] [3] |

(ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | 0,01 [1] [3] | | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,02 [1] | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Tewm | | 0,1 | | | | | 0,2 [3] | | |

Basal | | 0,1 | | | | | 0,2 [3] | | |

Shallots | | 0,1 | | | | | 0,2 [3] | | |

Spring onions | | 0,1 | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 [1] | | | | | 0,02 [1] [3] | | |

(iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | | | | 0,05 [1] | | | | |

(a)Solanacea | | | | | | | | | |

Tadam | 0,1 [3] | 0,3 | 0,5 | 0,5 [3] | | 0,5 | 0,2 [3] | 0,5 [3] | 0,5 [3] |

Bżar | 0,3 [3] | | | 0,3 [3] | | 1 | 0,5 [3] | 1 [3] | 0,3 [3] |

Brunġiel | 0,1 [3] | 0,3 | | 0,5 [3] | | 0,5 | 0,2 [3] | 0,5 [3] | |

Okra | | 0,3 | | | | | | | |

Oħrajn | 0,01 [1] [3] | 0,2 | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(b)Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel | 0,3 [3] | 0,2 | 0,2 | 0,2 [3] | | 0,5 | 0,02 [1] [3] | 0,3 [3] | 0,2 [3] |

Ħjar | | | | | | | | | |

Gherkins | | | | | | | | | |

Qarabali | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | |

(ċ)Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx | 0,01 [1] [3] | 0,2 | | 0,1 [3] | | 0,2 | 0,02 [1] [3] | | |

Bettieħ | | | 2 | | | | | 0,2 [3] | 0,3 [3] |

Squashes | | | | | | | | | |

Dulliegħ | | | | | | | | 0,2 [3] | 0,2 |

Oħrajn | | | 0,05 [1] | | | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(d)Qamħirrum ħelu | 0,01 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(iv)ĦXEJJEX BRASSIKA | 0,01 [1] [3] | | 0,05 [1] | | 0,05 [1] | | | | |

(a)Brassika li tagħmel il-fjuri | | 0,1 | | 0,3 [3] | | 0,02 [1] | 0,1 [3] | 0,02 [1] [3] | |

Brokkli (inkluża l-Calabrese) | | | | | | | | | 0,05 [3] |

Pastard | | | | | | | | | 0,05 [3] |

Oħrajn | | | | | | | | | 0,02 [1] [3] |

(b)Brassika bir-ras | | 0,1 | | | | | | 0,02 [1] [3] | 0,2 [3] |

Brussels sprouts | | | | | | | 0,2 [3] | | |

Kaboċċa tar-ras | | | | 3 [3] | | 0,05 | 0,2 [3] | | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | | |

(ċ)Brassika bil-weraq | | 0,5 | | | | 0,2 | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] |

Kaboċċa taċ-Ċina | | | | 0,2 [3] | | | | | |

Kale | | | | 0,2 [3] | | | | | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | | | | | |

(d)Ġidra | | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(v)ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦAXIX AROMATIKU FRISK | | | 0,05 [1] | | 0,05 [1] | | | | 0,02 [1] [3] |

(a)Ħass & simili | | 0,5 | | | | 2 | | 2 [3] | |

Krexxuni | | | | | | | | | |

Ħass tal-ħaruf | 5 [3] | | | 1 [3] | | | 10 [3] | | |

Ħass | 5 [3] | | | 2 [3] | | | | | |

Scarole (endive tal-werqa wiesgħa) | 5 [3] | | | 2 [3] | | | | | |

Rukola | | | | | | | | | |

Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-weraq tat-turnip | | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,01 [1] [3] | | | 0,02 [1] [3] | | | 2 [3] | | |

(b)Spinaċi u simili | 0,01 [1] [3] | 0,5 | | | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | |

Spinaċi | | | | 2 | | | | | |

Weraq tal-pitravi (chard) | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | | | | | |

(ċ)Krexxuni ta’ l-ilma | 0,01 [1] [3] | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | |

(d)Witloof | 0,01 [1] [3] | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | |

(e)Ħaxix aromatiku | | 0,5 | | 2 [3] | | 1 | 2 [3] | 3 [3] | |

Maxxita | | | | | | | | | |

Il-kurrat salvaġġ | | | | | | | | | |

Tursin | 5 [3] | | | | | | | | |

Weraq tal-karfus | | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,01 [1] [3] | | | | | | | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | 0,01 [1] [3] | 0,2 | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,2 | 1 | 0,02 [1] [3] | | |

Fażola (bl-imżiewed) | | | | | | | | 1 [3] | 0,5 [3] |

Fażola (mingħajr imżiewed) | | | | | | | | | |

Piżelli (bl-imżiewed) | | | | | | | | | |

Piżelli (mingħajr imżiewed) | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | 0,01 [1] [3] | | 0,05 [1] | | | 0,02 [1] | | 0,02 [1] [3] | |

Asparagu | | | | | | | | | |

Kardun | | | | | | | | | |

Karfus | | | | | 0,1 | | | | |

Bużbież | | | | | | | | | |

Qaqoċċ | | 0,1 | | 0,1 [3] | | | | | |

Kurrat | | 0,2 | | | | | 0,5 [3] | | 0,2 [3] |

Ir-Rabarbru | | | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | 0,05 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,02 [1] [3] |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,01 [1] [3] | 0,05 | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | | | | | | | | | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | | | | | | | | | |

3.Żrieragħ imnixxfin | 0,01 [1] [3] | 1 | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,2 | 0,02 [1] | 0,3 [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Fażola | | | | | | | | | |

Għads | | | | | | | | | |

Piżelli | | | | | | | | | |

Lupini | | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | | |

4.Żjut ta’ żrieragħ | | | 0,05 [1] | | 0,1 [1] | | 0,02 [1] [3] | | 0,05 [1] [3] |

Żerriegħa tal-kittien | | | | | | | | | |

Karawett | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | | | | | | | |

Ġulġlien | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-lift | | 0,1 | | | | | | 0,3 [3] | |

Żerriegħa tas-sojja | | | | 0,5 [3] | | | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | 0,1 | | | | | | 0,2 [3] | |

Żerriegħa tal-qoton | 0,02 [3] | | | | | 0,05 | | | |

Żerriegħa tal-qanneb | | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qargħa ħamra | | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,01 [1] [3] | 0,05 [1] | | 0,05 [1] [3] | | 0,02 [1] | | 0,05 [1] [3] | |

5.Patata | 0,01 [1] [3] | 0,05 [1] | 3 | 0,02 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Patata bikrija | | | | | | | | | |

Varjazzjonijiet ta’ patata | | | | | | | | | |

6.TE (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,1 [1] [3] | 5 | 0,1 [1] | 0,05 [1] [3] | 0,1 [1] | 0,1 [1] | 0,05 [1] [3] | 0,05 [1] [3] | 0,05 [1] [3] |

7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat | 0,1 [1] [3] | 5 | 0,1 [1] | 0,05 [1] [3] | 0,1 [1] | 15 | 10 [3] | 0,05 [1] [3] | 30 [3] |

[*] Tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.

[2] MRLs temporanji validi sa l- 1 ta' Novembru 2008, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond id-Direttiva 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istati Membri.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet