32007L0027

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE tal- 15 ta’ Mejju 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għal etoxazole, indoxacarb, mesosulfuron, 1-methylcyclopropene, MCPA u MCPB, tolylfluanid and triticonazole (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 128 , 16/05/2007 P. 0031 - 0042


Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE

tal- 15 ta’ Mejju 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għal etoxazole, indoxacarb, mesosulfuron, 1-methylcyclopropene, MCPA u MCPB, tolylfluanid and triticonazole

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi f’oġġetti ta’ l-ikel u fuqhom li ġejjin mill-annimali [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal- 15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanzi attivi eżistenti li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: l-MCPA u l-MCPB bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/57/KE [5], tolylfluanid bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/6/KE [6], triticonazole bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE [7].

(2) Is-sustanzi attivi li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: etoxazole bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE [8], mesosulfuron bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE [9], indoxacarb bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/10/KE [10] u 1-methylcyclopropene bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/19/KE [11].

(3) L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tat-tagħrif ippreżentat dwar l-użu propost. It-tagħrif dwar dan l-użu ġie ppreżentat minn ċerti Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)f ta’ din id-Direttiva. It-tagħrif disponibbli ġie rivedut u huwa biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu ffissati ċerti livelli massimi ta’ residwi (LMR).

(4) Meta ma jkun jeżisti l-ebda LMR tal-Komunità jew LMR provviżorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu LMR provviżorju bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati.

(5) L-LMRs u l-livelli li huma rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm għadd ta’ LMRs tal-Codex għal tolylfluanid u dawn tqiesu. L-LMRs ibbażati fuq l-LMRs tal-Codex ġew evalwati fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi. Ma ġie identifikat l-ebda riskju mhux aċċettabbli meta ntużaw l-end points tossikoloġiċi bbażati fuq l-istudji disponibbli għall-Kummissjoni.

(6) Ir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li tħejjew għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, iffissaw id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfD) għal dawn is-sustanzi. L-espożizzjoni tal-konsumaturi għal prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanzi attivi kkonċernati ġiet ivvalutata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [12] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti [13] dwar il-metodoloġija użata. Il-konklużjoni hija li l-LMRs proposti mhumiex se jwasslu li jinqabżu l-ADIs jew l-ARfD.

(7) Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun imħares b’mod xieraq mill-espożizzjoni tar-residwi li jirriżultaw minn użu mhux awtorizzat ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-LMRs provviżorji għandhom jitfasslu għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta’ prodott/pestiċida fl-iktar livell baxx tad-determinazzjoni analitika.

(8) It-tfassil fil-livell tal-Komunità ta’ LMRs provviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli ta’ LMRs provviżorji għas-sustanzi kkonċernati skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta’ din id-Direttiva. Huwa kkunsidrat li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jippermetti iktar utilizzazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati. L-LMR provviżorju għandu mbagħad isir definittiv.

(9) Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-LMRs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jista’ jkun hemm sorveljanza xierqa u kontroll tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u jitħares il-konsumatur.

(10) Id-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(11) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif indikat fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis- 16 ta’ Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis- 17 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Ghall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 26).

[2] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE.

[3] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/12/KE (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 75).

[4] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).

[5] ĠU L 246, 22.9.2005, p. 14.

[6] ĠU L 12, 18.1.2006, p. 21.

[7] ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30.

[8] ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5.

[9] ĠU L 325, 12.12.2003, p. 41.

[10] ĠU L 25, 28.5.2006, p. 24.

[11] ĠU L 44, 15.2.2006, p. 15.

[12] Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[13] L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Ħxejjex dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-emendar ta’ l-Anness tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Parir espress mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Ħxejjex, ta’ l- 14 ta’ Lulju ta’ l-1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Fil-parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE jiżdiedu l-linji li ġejjin:

"Residwi ta' pestiċidi | Livelli massimi f’mg/kg |

Etoxazole | 0,02 [1] [2] ĊEREALI |

Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R | 0,02 [1] [2] ĊEREALI |

MCPA, MCPB inkluż il-melħ tagħhom, esters u konjugati espressi bħala MCPA | 0,05 [1] [2] ĊEREALI |

Tolylfluanid (Somma ta' tolylfluanid u dimethylaminosulfotoluidide espressa bħala tolylfluanid) | 0,05 [1] [2] ĊEREALI |

Mesosulfuron-methyl espress bħala mesosulfuron | 0,01 [1] [2] ĊEREALI |

Triticonazole | 0,01 [1] [2] ĊEREALI |

1-methylcyclopropene | 0,01 [1] [2] ĊEREALI |

[*] tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE jiżdiedu l-linji li ġejjin:

| Livelli massimi f’mg/kg |

Residwi ta' pestiċidi | tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 0205, 0206, 0207, ex0208, 0209, 0210, 1601 u 1602 | għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri. 0401, 0402, 0405 u 0406 | ta’ bajd frisk bil-qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408 |

"Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R | laħam u gewwieni li jittiekel: 0,01 [1] [2]; xaħam: 0,3 [2] | ħalib: 0,02 [2]; krema tal-ħalib 0,3 [2] | 0,01 [1] [2] |

MCPA, MCPB u MCPA thioethyl espressi bħala MCPA | 0,1 [1] [2]; ġewwieni li jittiekel: 0,5 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] |

Tolylfluanid (tolylfluanid analizzat bħala dimethylaminosulfotoluidide u espress bħala tolylfluanid) | 0,1 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,1 [1] [2] |

[*] tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

--------------------------------------------------

ANNESS III

L-Annessi tad-Direttiva 90/642/EE huma emendati kif ġej:

(1) Fl-Anness I, fi grupp "2 Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imnixxfin", l-intestatura (v) "ħxejjex tal-werqa u ħxejjex aromatiċi friski," "(a) Ħass u affarijiet simili," il-frażi "Weraq u zkuk tal-brassika" tinbidel b'"Weraq u zkuk tal-brassika, inkluża l-brassika ħadra"

(2) Fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal etoxazole, indoxacarb, MCPA, MCPB, tepraloxydim, mesosulfuron, tolyfluanid, triticonazole, u 1-methylcyclopropene:

| Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg) |

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMRs | Etoxazole | Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R | MCPA, MCPB inkluż il-melħ tagħhom, esters u konjugati espressi bħala MCPA | Tolylfluanid (Somma ta' tolylfluanid u dimethylaminosulfotoluidide espressa bħala tolylfluanid) | Mesosulfuron-methyl espress bħala mesosulfuron | Triticonazole | 1-methylcyclopropene |

"1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż | | | 0,05 [1] [2] | | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] |

(i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,1 [2] | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

Grejpfrut | | | | | | | |

Lumi | | | | | | | |

Lajm | | | | | | | |

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra) | | | | | | | |

Larinġ | | | | | | | |

Pomelos | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(ii)ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha) | 0,02 [1] [2] | 0,05 [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

Lewż | | | | | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | | | | | |

Ġewż ta’ l-anakardju | | | | | | | |

Qastan | | | | | | | |

Ġewż ta’ l-Indi | | | | | | | |

Ġellewż | | | | | | | |

Makadamja | | | | | | | |

Ġwież tal-Pekan | | | | | | | |

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts) | | | | | | | |

Pistaċċi | | | | | | | |

Ġewż | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | 0,02 [1] [2] | | | 3 [2] | | | |

Tuffieħ | | 0,5 [2] | | | | | |

Lanġas | | | | | | | |

Sfarġel | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,3 [2] | | | | | |

(iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | | | | | | | |

Berquq | 0,1 [2] | 0,3 [2] | | | | | |

Ċirasa | | | | 1 [2] | | | |

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | 0,1 [2] | 0,3 [2] | | | | | |

Għanbaqar | | | | 0,5 [2] | | | |

Oħrajn | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

(v)FROTT ŻGĦIR | | | | | | | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | 0,02 [1] [2] | 2 [2] | | 5 [2] | | | |

Għeneb tal-mejda | | | | | | | |

Għeneb ta’ l-inbid | | | | | | | |

(b)Frawli (għajr dak selvaġġ) | 0,2 [2] | 0,02 [1] [2] | | 5 [2] | | | |

(c)Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ) | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | | 5 [2] | | | |

Tut | | | | | | | |

Dewberries | | | | | | | |

Loganberries | | | | | | | |

Lampun | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(d)Frott żgħir (għajr dawk selvaġġi) | 0,02 [1] [2] | | | 5 [2] | | | |

Bilberries | | | | | | | |

Cranberries | | | | | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | 1 [2] | | | | | |

Gooseberries | | 1 [2] | | | | | |

Oħrajn | | 0,02 [1] [2] | | | | | |

(e)Frott u berries salvaġġi | 0,02 [1] | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

(vi)DIVERSI | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

Avokado | | | | | | | |

Banana | | | | | | | |

Tamal | | | | | | | |

Tin | | | | | | | |

Kiwi | | | | | | | |

Kumquats | | | | | | | |

Litchis | | | | | | | |

Mango | | | | | | | |

Żebbuġ (konsum domestiku) | | | | | | | |

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | | | | | | |

Papaja | | | | | | | |

Passion fruit | | | | | | | |

Ananas | | | | | | | |

Rummien | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin | | | | | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] |

(i)ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | | | |

Pitrava zokkrija | | | | | | | |

Zunnarija | | | | | | | |

Cassava | | | | | | | |

Krafes | | | | | | | |

Horseradish | | | | | | | |

Qaqoċċ ta' Ġerusalem | | | | | | | |

Zunnarija bajda | | | | | | | |

Għeruq tat-tursin | | | | | | | |

Ravanell | | | | | | | |

Sassefrika | | | | | | | |

Patata ħelwa | | | | | | | |

Swedes | | | | | | | |

Pjanta tal-ġenus Brassica | | | | | | | |

Yam | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | | | | |

Tewm | | | | 0,5 [2] | | | |

Basal | | | | 0,5 [2] | | | |

Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ Shallots | | | | 0,5 [2] | | | |

Tip ta' basal li jissejjaħ Spring onions | | | | | | | |

Oħrajn | | | | 0,05 [1] [2] | | | |

(iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | | | | | | |

(a)Solanacea | | | 0,05 [1] [2] | | | | |

Tadam | 0,1 [2] | 0,5 [2] | | 3 [2] | | | |

Bżar | | 0,3 [2] | | 2 [2] | | | |

Brunġiel | 0,1 [2] | 0,5 [2] | | 3 [2] | | | |

Okra | | | | | | | |

Oħrajn | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

(b)Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel | 0,02 [1] [2] | 0,2 [2] | 0,05 [1] [2] | 2 [2] | | | |

Ħjar | | | | | | | |

Gherkins | | | | | | | |

Qarabagħli | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(c)Qoxra tax-xatrambatra li ma tittikilx | 0,05 [2] | 0,1 [2] | 0,05 [1] [2] | 0,3 [2] | | | |

Bettieħ | | | | | | | |

Squashes | | | | | | | |

Dulliegħ | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(d)Qamħirrum | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | | | |

(iv)ĦXEJJEX BRASSICA | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | | |

(a)Brassica li tagħmel il-fjuri | | 0,3 [2] | | | | | |

Brokkli (inkluża il-Calabrese) | | | | 1 [2] | | | |

Pastard | | | | | | | |

Oħrajn | | | | 0,05 [1] [2] | | | |

(b)Brassica tar-ras | | | | 0,05 [1] [2] | | | |

Brussels sprouts | | | | | | | |

Kaboċċa tar-ras | | 3 [2] | | | | | |

Oħrajn | | 0,2 [1] [2] | | | | | |

(c)Brassica mwerqa | | | | 0,05 [1] [2] | | | |

Kaboċċa taċ-Ċina | | 0,2 [2] | | | | | |

Kale | | 0,2 [2] | | | | | |

Oħrajn | | 0,02 [1] [2] | | | | | |

(d)Qarabagħli | | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

(v)ĦXEJJEX IMWERQA & ĦAXIX AROMATIKU FRISK | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | | |

(a)Ħass u simili | | | | 20 [2] | | | |

Krexxuni | | | | | | | |

Ħass tal-ħaruf | | | | | | | |

Ħass | | 2 [2] | | | | | |

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa) | | 2 [2] | | | | | |

Insalata | | | | | | | |

Weraq u zkuk tal-brassika, inkluża l-brassika ħadra | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,02 [1] [2] | | | | | |

(b)Spinaċi u simili | | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

Spinaċi | | | | | | | |

Weraq tal-pitravi (chard) | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(c)Krexxuni ta’ l-ilma | | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

(d)Witloof | | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

(e)Ħxejjex aromatiċi | | 2 [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

Maxxita | | | | | | | |

Kurrat salvaġġ | | | | | | | |

Tursin | | | | | | | |

Weraq tal-karfus | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | | | | | |

Fażola (bl-imżiewed) | | | | 3 [2] | | | |

Fażola (mingħajr imżiewed) | | | 0,1 [2] | | | | |

Piżelli (bl-imżiewed) | | | 0,1 [2] | 3 [2] | | | |

Piżelli (mingħajr imżiewed) | | | 0,1 [2] | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | | | |

(vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | | |

Asparagu | | | | | | | |

Kardun | | | | | | | |

Karfus | | | | | | | |

Bużbież | | | | | | | |

Qaqoċċ | | 0,1 [2] | | | | | |

Kurrat | | | | 3 [2] | | | |

Rabarbru | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | | | |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | | | |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | | | | | | | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | | | | | | | |

3.ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | 0,01 [1] | 0,01 [1] [2] | 0,01 [2] |

Fażola | | | 0,1 [2] | | | | |

Għazz | | | | | | | |

Piżelli | | | 0,1 [2] | | | | |

Lupini | | | | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | | | | |

4.ŻJUT TA’ ŻRIERAGĦ | 0,05 [1] [2] | | 0,1 [1] [2] | 0,1 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] |

Żerriegħa tal-kittien | | | | | | | |

Karawett | | | | | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | | | | | |

Ġulġlien | | | | | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | | | | | |

Żerriegħa tal-lift | | | | | | | |

Żerriegħa tas-sojja | | 0,5 [2] | | | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qanneb | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,05 [1] [2] | | | | | |

5.PATATA | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] |

Patata bikrija | | | | | | | |

Varjazzjonijiet ta’ patata | | | | | | | |

6.TE (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,1 [1] [2] | 0,1 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] |

7.ĦOPS (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,1 [1] [2] | 50 [2] | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] |

[*] tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet