EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0015

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/15/KE ta’ l- 14 ta’ Marzu 2007 li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE li għandha x'taqsam ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 56M, 29.2.2008, p. 122–124 (MT)
OJ L 75, 15.3.2007, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 028 P. 150 - 152

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/15/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

122


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/15/KE

ta’ l-14 ta’ Marzu 2007

li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE li għandha x'taqsam ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (1), u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE tas-17 ta’ Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur (2), u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 74/483/KEE hija waħda mid-Direttivi separati għall-għanijiet tal-proċedura tal-KE għall-approvazzjoni tat-tip stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE marbuta ma' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 74/483/KEE.

(2)

Fid-dawl tal-progress tekniku, u fl-interess li r-rekwiżiti tekniċi jkunu ċari, jixraq li r-rekwiżiti jiġu aġġustati fir-rigward tal-bamper tal-vetturi.

(3)

L-Anness IV, il-Parti II tad-Direttiva 70/156/KEE jipprovdi lista tar-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) li jistgħu jiġu aċċettati bħala alternattivi għad-Direttivi dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jixraq għalhekk li, waqt li l-Anness I tad-Direttiva 74/483/KEE jiġi adattat għall-progress tekniku, ir-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva jiġu allinjati mar-Regolament 26 UN/ECE li hu ekwivalenti għaliha.

(4)

Id-Direttiva 74/483/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 70/156/KEE

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 74/483/KEE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   B’effett minn-4 ta’ April 2009, Stat Membru, minħabba raġunijiet marbuta ma' l-isporġenzi esterni, għandu jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil tip ta' vettura jekk ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 74/483/KEE, kif emendati b'din id-Direttiva, ma jkunux ġew sodisfatti.

2.   B’effett minn [sitta u tletin xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], Stat Membru, minħabba raġunijiet marbuta ma' l-isporġenzi esterni, għandu jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ jew l-użu ta' vettura jekk ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 74/483/KEE, kif emendati b'din id-Direttiva, ma jkunux ġew sodisfatti.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux iktar tard mill-4 ta’ April 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u b' tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-5 ta’ April 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12).

(2)  ĠU L 266, 2.10.1974, p. 4. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 74/483/KEE huwa emendat kif ġej: Il-Punt 6.5.2 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“6.5.2.

Jekk il-linja tal-bamper, ta' quddiem jew ta' wara, li tikkorrispondi għall-profil estern tal-vettura, minn projezzjoni vertikali, tkun fuq wiċċ riġidu, ir-radjus tal-kurvatura ta' dak il-wiċċ għandu jkun ta' 5mm għall-punti kollha li jinsabu bejn il-linja tal-profil u l-linji, fuq u taħt il-linja tal-profil, li huma t-traċċi ta' punti 20mm 'il ġewwa, u mkejla normali mal-linja tal-profil fi kwalunkwe punt. Ir-radjus minimu tal-kurvatura tal-wiċċ ta' 2,5mm għandu japplika għall-partijiet l-oħra kollha tal-bampers.

Din id-dispożizzjoni tapplika għal dik il-parti tal-bamper li tinsab bejn il-punti tanġenzjali ta' kuntatt tal-linja tal-profil ma' żewġ pjani vertikali li t-tnejn jinsabu f'angolu ta' 15-il grad mal-wiċċ lonġitudinali vertikali ta' simetrija tal-vettura (ara l-Figura 1).

Image Test ta 'immaġni

Top