32007L0013


Titolu u referenza

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/13/KE tas- 7 ta' Marzu 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku Test b'rilevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 73, 13.3.2007, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

 BG  CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  MT  NL  PL  PT  RO  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

Direttiva tal-kummissjoni 2007/13/KE

tas- 7 ta' Marzu 2007

li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku

(Test b'rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas- 26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku [1] u b'mod partikulari l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 71/31/KEE tagħmel dispożizzjoni, fil-punt 3.1.1.1(a) ta' l-Anness II, għall-ittri kbar ta' distinzjoni ta' l-Istati Membri sabiex jiġu użati għall-marka ta' verifika inizjali tal-KEE mwaħħla ma' strument tal-kejl u tindika li din ta' l-aħħar hija konformi mal-ħtiġiet tal-KEE.

(2) Id-Direttiva 71/316/KEE tagħmel dispożizzjoni, f'punt 3.2.1 ta' l-Anness II, għad-disinji, li juru l-forma, id-dimensjoni u l-linji ta' barra ta' l-ittri tal-marki ta' verifika inizjali KEE kif stipulat fil-punt 3.1 ta' dak l-Anness.

(3) Id-disinji ta' l-ittri ta' distinzjoni ma kinux stipulati fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u fl-Att ta' l-Adeżjoni 2003. Skond l-Anness II, Kapitolu 1, punt D1.b ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u fl-Att ta' l-Adeżjoni 2003, id-disinji li jirreferu għall-Anness II punt 3.2.1 tad-Direttiva 71/316/KEE huma ssupplimentati bl-ittri meħtieġa.

(4) Għalhekk huwa neċessarju li jiġi emendat il-punt 3.2.1 ta' l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE sabiex tinkludi d-disinji ta' l-ittri ta' distinzjoni.

(5) Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament tal-Progress Tekniku stabbilit mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 71/316/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill- 10 ta' Marzu 2008. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter Verheugen

Viċi President

[1] ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni 2003.

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-ewwel disinn mehmuż ma’ l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE l-ittri "A, S, FI, CZ, EST, CY, LV, LT, H, M, PL, SI, SK" huma ssupplimentati bid-disinji li ġejjin:

+++++ TIFF +++++

0,270,0330,128A0,1280,1280,1840,27S0,1280,03620,060,1280,1660,27F0,1280,1280,1280,1830,128I0,1280,1000,27C0,0060,1830,060,165Z0,1280,4330,1280,1280,1880,27E0,1280,1280,1280,1660,093S0,1280,03620,060,1280,166I0,1280,1280,1660,27C0,060,1830,060,1280,1650,0330,128Y0,4330,4330,1280,1840,270,128L0,1280,0930,1660,0330,128V0,1870,270,128L0,1280,0930,166I0,1280,1280,1660,270,033H0,1280,1280,1660,0330,27M0,1280,1280,0330,1800,270,128P0,0330,1280,1280,1660,128L0,1280,0930,166,27S0,1280,03620,060,1280,1660,128I0,1280,1000,27S0,1280,03620,060,1280,1660,033K0,0330,4330,4330,1280,166

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet