Direttiva tal-Kummissjoni 2007/13/KE tas- 7 ta' Marzu 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 073 , 13/03/2007 P. 0010 - 0011
Direttiva tal-kummissjoni 2007/13/KE tas- 7 ta' Marzu 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (Test b'rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas- 26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku [1] u b'mod partikulari l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 16 tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva 71/31/KEE tagħmel dispożizzjoni, fil-punt 3.1.1.1(a) ta' l-Anness II, għall-ittri kbar ta' distinzjoni ta' l-Istati Membri sabiex jiġu użati għall-marka ta' verifika inizjali tal-KEE mwaħħla ma' strument tal-kejl u tindika li din ta' l-aħħar hija konformi mal-ħtiġiet tal-KEE. (2) Id-Direttiva 71/316/KEE tagħmel dispożizzjoni, f'punt 3.2.1 ta' l-Anness II, għad-disinji, li juru l-forma, id-dimensjoni u l-linji ta' barra ta' l-ittri tal-marki ta' verifika inizjali KEE kif stipulat fil-punt 3.1 ta' dak l-Anness. (3) Id-disinji ta' l-ittri ta' distinzjoni ma kinux stipulati fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u fl-Att ta' l-Adeżjoni 2003. Skond l-Anness II, Kapitolu 1, punt D1.b ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u fl-Att ta' l-Adeżjoni 2003, id-disinji li jirreferu għall-Anness II punt 3.2.1 tad-Direttiva 71/316/KEE huma ssupplimentati bl-ittri meħtieġa. (4) Għalhekk huwa neċessarju li jiġi emendat il-punt 3.2.1 ta' l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE sabiex tinkludi d-disinji ta' l-ittri ta' distinzjoni. (5) Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament tal-Progress Tekniku stabbilit mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 71/316/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill- 10 ta' Marzu 2008. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, 7 ta' Marzu 2007. Għall-Kummissjoni Günter Verheugen Viċi President [1] ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni 2003. -------------------------------------------------- ANNESS Fl-ewwel disinn mehmuż ma’ l-Anness II tad-Direttiva 71/316/KEE l-ittri "A, S, FI, CZ, EST, CY, LV, LT, H, M, PL, SI, SK" huma ssupplimentati bid-disinji li ġejjin: +++++ TIFF +++++ 0,270,0330,128A0,1280,1280,1840,27S0,1280,03620,060,1280,1660,27F0,1280,1280,1280,1830,128I0,1280,1000,27C0,0060,1830,060,165Z0,1280,4330,1280,1280,1880,27E0,1280,1280,1280,1660,093S0,1280,03620,060,1280,166I0,1280,1280,1660,27C0,060,1830,060,1280,1650,0330,128Y0,4330,4330,1280,1840,270,128L0,1280,0930,1660,0330,128V0,1870,270,128L0,1280,0930,166I0,1280,1280,1660,270,033H0,1280,1280,1660,0330,27M0,1280,1280,0330,1800,270,128P0,0330,1280,1280,1660,128L0,1280,0930,166,27S0,1280,03620,060,1280,1660,128I0,1280,1000,27S0,1280,03620,060,1280,1660,033K0,0330,4330,4330,1280,166 --------------------------------------------------