32007L0008

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE ta' l- 20 ta' Frar 2007 li temenda Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal phosphamidon u mevinphos Test b’rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 063 , 01/03/2007 P. 0009 - 0016


Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE

ta' l- 20 ta' Frar 2007

li temenda Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal phosphamidon u mevinphos

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat- 23 ta' Novembru 1976 li tirrigwarda l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq frott u ħaxix [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l- 24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Fil-każ ta' ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti inkluż frott u ħxejjex, livelli ta' residwi jirriflettu l-użu ta' kwantitajiet minimi ta' pestiċidi meħtieġa sabiex jinkiseb ħarsien effettiv ta' pjanti, applikati b'tali mod li l-ammont ta' residwi jkun baxx kemm jista' jkun skond kif inhu aċċettabbli b'mod prattiku u tossikoloġiku, b'qies, b'mod partikolari, tal-ħarsien ta' l-ambjent u l-istima tal-konsum djetetiku tal-konsumaturi. Fil-każ ta' l-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-konsum mill-annimali ta' ċereali u prodotti li joriġinaw mill-pjanti li jiġu ttrattati bil-pestiċidi, u, fejn ikun rilevanti, il-konsegwenzi diretti mill-użu tal-mediċini veterinarji. Il-livelli massimi ta' residwi Komunitarji (MRLs) jirrappreżentaw l-ogħla limitu ta' l-ammont ta' tali residwi li wieħed jista' jistenna li jsib fl-oġġetti meta jkunu ġew rispettati prattiki agrikoli tajbin.

(2) L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu taħt reviżjoni u jinbidlu sabiex titqies l-informazzjoni u d-data ġdida. L-MRLs huma ffissati fil-limitu l-iktar baxx tad-determinazzjoni analitika fejn użi awtorizzati ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f'livelli osservabbli ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq il-prodott ta' l-ikel, jew, fejn ma hemmx użi awtorizzati, jew fejn użi li ġew awtorizzati minn Stati Membri ma ġewx sostnuti bid-data neċessarja, jew fejn użi f'pajjiżi terzi jirriżultaw f'residwi fi jew fuq prodotti ta' l-ikel li jistgħu jiġu ċċirkolati fis-suq tal-Komunità ma ġewx sostnuti bid-data neċessarja.

(3) Il-Kummissjoni ġiet infurmata li għal phosphamidon and mevinphos, jista' jkun hemm bżonn li l-MRLs attwali jiġu riveduti fid-dawl tad-disponibilità ta' informazzjoni ġdida dwar it-tossikoloġija u tal-konsum mill-konsumatur. Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri relaturi rilevanti sabiex jagħmlu proposti għar-reviżjoni ta' l-MRLs Komunitarji. Proposti bħal dawn tressqu lill-Kummissjoni.

(4) L-esponiment tal-konsumaturi matul ħajjithom kif ukoll għal perjodu qasir għall-pestiċidi msemmija f'din id-Direttiva, permezz tal-prodotti ta' l-ikel, ġew studjati mill-ġdid u vvalutati skond il-proċeduri u l-prattiki Komunitarji, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [4]. Fuq dik il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda, sabiex jiġi aċċertat li ma jkun hemm ebda esponiment inaċċettabbli tal-konsumatur.

(5) Fejn huwa rilevanti, l-esponiment qawwi tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti ta' l-ikel li jista' jkun fihom residwi, ġie studjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prattiki Komunitarji, filwaqt li tqiesu l-linji ta' gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-konklużjoni hi li l-preżenza ta' residwi ta' pestiċidi fi jew taħt l-MRLs il-ġodda mhijiex se tikkawża effetti tossiċi qawwija.

(6) Permezz ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar l-MRLs ġodda u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

(7) L-Annessi tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(8) Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE l-entrati li għandhom x'jaqsmu mal-phosphamidon u l-mevinphos qegħdin jitħassru.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill- 1 ta' Settembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit- 2 ta' Settembru 2007 .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 20 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE (ĠU L 311, 10.1..2006, p. 31).

[2] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE.

[3] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE.

[4] Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta' residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta' Ikel f'kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE qegħdin jiżdiedu l-linji li ġejjin għal phosphamidon u mevinphos:

Residwi tal-Pestiċida | Livelli massimi f’mg/kg |

"Phosphamidon | 0,01 [*] Ċereali |

Mevinphos, (total ta' iżomeri E- u Z-) | 0,01 [*] Ċereali |

[*] Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika"

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE qegħdin jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal phosphamidon u mevinphos:

Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta' residwu massimu (mg/kg) |

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs | Phosphamidon | Mevinphos, (total ta' iżomeri E- u Z-) |

"1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż | 0,01 [*] | 0,01 [*] |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU | | |

Grejpfrut | | |

Lumi | | |

Lajm | | |

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra) | | |

Larinġ | | |

Pomelos | | |

Oħrajn | | |

(ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajrha) | | |

Lewż | | |

Ġewż tal-Brażil | | |

Ġewż ta' l-anakardju | | |

Qastan | | |

Ġewż ta' l-Indi | | |

Ġellewż | | |

Makadamja | | |

Ġewż tal-Pekan | | |

Ġewż ta' l-arżnu | | |

Pistaċċi | | |

Ġewż | | |

Oħrajn | | |

(iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA | | |

Tuffieħ | | |

Lanġas | | |

Sfarġel | | |

Oħrajn | | |

(iv)FROTT TA' L-GĦADMA | | |

Berquq | | |

Ċiras | | |

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | | |

Għanbaqar | | |

Oħrajn | | |

(v)FROTT ŻGĦIR | | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | | |

Għeneb tal-mejda | | |

Għeneb ta' l-inbid | | |

(b)Frawli (ħlief dak selvaġġ) | | |

(c)Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ) | | |

Tut | | |

Dewberries | | |

Loganberries | | |

Lampun | | |

Oħrajn | | |

(d)Frott żgħir ieħor (ħlief dak selvaġġ) | | |

Bilberries | | |

Cranberries | | |

Passolina (aħmar, iswed u abjad) | | |

Gooseberries | | |

Oħrajn | | |

(e)Frott u berries salvaġġi | | |

(vi)DIVERSI | | |

Avokado | | |

Banana | | |

Tamal | | |

Tin | | |

Kiwi | | |

Kumquats | | |

Litchis | | |

Mango | | |

Żebbuġ (konsum domestiku) | | |

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | |

Papaja | | |

Passion fruit | | |

Ananas | | |

Rummien | | |

Oħrajn | | |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin | 0,01 [*] | 0,01 [*] |

(i)ĦXEJJEX F'SURA TA' TUBERI JEW GĦERUQ | | |

Pitrava zokkrija | | |

Karrotti | | |

Cassava | | |

Krafes | | |

Mustarda użata għaz-zalza | | |

Qaqoċċ | | |

Zunnarija bajda | | |

Parsley root | | |

Ravanell | | |

Sassefrika | | |

Patata ħelwa | | |

Swedes | | |

Pjanta tal-ġenus Brassica | | |

Jam | | |

Oħrajn | | |

(ii)ĦXEJJEX F'SURA TA' BASAL | | |

Tewm | | |

Basal | | |

Shallots | | |

Spring onions | | |

Oħrajn | | |

(iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | |

(a)Solanacea | | |

Tadam | | |

Bżar | | |

Brunġiel | | |

Okra | | |

Oħrajn | | |

(b)Kukurbiti – tal-qoxra li tittiekel | | |

Ħjar | | |

Gherkins | | |

Qarabali | | |

Oħrajn | | |

(c)Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx | | |

Bettieħ | | |

Squashes | | |

Dulliegħ | | |

Oħrajn | | |

(d)Qamħirrum | | |

(iv)ĦXEJJEX BRASSICA | | |

(a)Brassica li tagħmel il-fjuri | | |

Brokkli (inkluża l-Calabrese) | | |

Pastard | | |

Oħrajn | | |

(b)Brassica bir-ras | | |

Kaboċċi ta' Brussel | | |

Kaboċċi tar-ras | | |

Oħrajn | | |

(c)Brassica bil-weraq | | |

Kaboċċi taċ-Ċina | | |

Kale | | |

Oħrajn | | |

(d)Ġdur | | |

(v)ĦXEJJEX LI JITTIEKLU L-WERAQ TAGĦHOM U ĦAXIX AROMATIKU FRISK | | |

(a)Ħass u simili | | |

Krexxuni | | |

Ħass tal-ħaruf | | |

Ħass | | |

Scarole (endive tal-werqa wiesgħa) | | |

Insalata | | |

Weraq u zkuk tal-brassica | | |

Oħrajn | | |

(b)Spinaċi u simili | | |

Spinaċi | | |

Weraq tal-pitravi | | |

Oħrajn | | |

(c)Krexxuni ta' l-ilma | | |

(d)Witloof | | |

(e)Ħwawar | | |

Maxxita | | |

Kurrat salvaġġ | | |

Tursin | | |

Weraq tal-karfus | | |

Oħrajn | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | | |

Fażola (bl-imżiewed) | | |

Fażola (mingħajr imżiewed) | | |

Piżelli (bl-imżiewed) | | |

Piżelli (mingħajr imżiewed) | | |

Oħrajn | | |

(vii)ĦXEJJEX FORMA TA' ZOKK (friski) | | |

Asparagu | | |

Kardun | | |

Karfus | | |

Bużbież | | |

Qaqoċċ | | |

Kurrat | | |

Rabarbru | | |

Oħrajn | | |

(viii)FAQQIEGĦ | | |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | | |

3.Żrieragħ imnixxfin | 0,01 [*] | 0,01 [*] |

Fażola | | |

Għazz | | |

Piżelli | | |

Lupini | | |

Oħrajn | | |

4.Żjut ta' żrieragħ | 0,01 [*] | 0,01 [*] |

Żerriegħa tal-kittien | | |

Karawett | | |

Żerriegħa tal-peprin | | |

Ġulġlien | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | |

Żerriegħa tal-lift | | |

Żerriegħa tas-sojja | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | |

Żerriegħa tal-qoton | | |

Żerriegħa tal-qanneb | | |

Oħrajn | | |

5.Patata | 0,01 [*] | 0,01 [*] |

Patata bikrija | | |

Varjazzjonijiet ta' patata | | |

6.Te (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,02 [*] | 0,02 [*] |

7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat | 0,02 [*] | 0,02 [*] |

[*] Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika."

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet