2007/833/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6256) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Official Journal L 329 , 14/12/2007 P. 0059 - 0062
20071213 Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6256) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/833/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal- 11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad- 29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tħassar id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE, u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE [3], u b'mod partikolari l-Artikoli 60(2) u l-Artikoli 62(1) u (3) tagħha, Billi: (1) Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad- 9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit [4] biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva 2003/85/KE. (2) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistipula regoli applikabbli għad-dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli, elenkati fl-Anness I, u ż-żoni ta' riskju baxx elenkati fl-Anness II, ta’ dik id-Deċiżjoni ("żoni ristretti"), fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li, jew ġew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja prima li nkisbet barra minn dawn iż-żoni ristretti, inkella sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv għall-inattivazzjoni tal-virus tal-marda possibbli ta’ l-ilsien u d-dwiefer. (3) Fid-Deċiżjoni 2007/664/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/664/KE, il-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, kif emendata, fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta' 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati. (4) Fuq il-bażi ta’ l-evoluzzjoni favorevoli tal-qagħda ta’ saħħet l-annimali fir-Renju Unit, u b’mod partikolari r-riżultati favorevoli tas-sorveljanza konkluża, huwa issa possibbli li jkunu esklużi ċerti żoni fil-Gran Brittanja mill-ambitu tad-Deċiżjoni 2007/554/KE u li tinżamm żona ta’ riskju baxx ta’ madwar 50 km madwar iż-żoni ta’ tifqigħat li l-unitajiet amministrattivi tagħhom għandhom ikunu mniżżla fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. (5) L-evoluzzjoni favorevoli tal-qagħda ta' saħħet l-annimali tippermetti wkoll li jitneħħew ċerti ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għal prodotti li joriġinaw mill-annimali, bħal laħam, ħalib u prodotti sekondarji mill-annimali, billi prodotti bħal dawn mhumiex aktar taħt ir-restrizzjonijiet li jappartjenu għaż-żoni mniżżla fl-Anness I u għalhekk ma jaqawx aktar taħt status differenti ta' saħħa ta’ l-annimali. (6) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. (7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hi emendata kif ġej: (1) L-Artikolu 17 jinbidel b’dan li ġej: "Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- 31 ta' Diċembru 2007. Madankollu, il-projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ stipulati fl-Artikoli 2, 3, 4, 5, 7 u 8 kif ukoll id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 9 u 11 marbuta ma’ dawn il-projbizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 14 m’għandhomx jibqgħu japplikaw." 2. L-Annessi huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12). [2] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14). [3] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352). [4] ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/796/KE (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 37). -------------------------------------------------- 20071213 ANNESS " 20071213 ANNESS I Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit: 1 | 2 | 3 | GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | | | | 20071213 ANNESS II Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit: 1 | 2 | 3 | GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | L-Ingilterra | 41 | Bracknell Forest Borough | 66 | Slough | 76 | Windsor and Maidenhead | 77 | Wokingham | 138 | Buckinghamshire County, id-distretti ta': South Buckinghamshire | 148 | Hampshire County, id-distretti ta': HartRushmoor | 163 | Surrey (għajr Tandridge District) | 168 | L-Awtorità ta' Greater London, il-boroughs ta': HillingdonHounslowRichmond upon ThamesKingston upon ThamesEalingHarrowBrentHammersmith and FulhamWandsworthMertonSutton | 20071213 ANNESS III 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | B | S/G | P | FG | WG | | | | | | | | | ADNS = Animal Disease Notification System Code - Kodiċi ta' Sistema ta' Notifikazzjoni għall-Mard ta' l-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE) B = laħam tal-bovini S/G = laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż [laħam ta’ annimali ovini u kaprini] P = laħam tal-majjal [laħam ta’ annimali porċini] FG = annimali tal-kaċċa mrobbija suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer WG = annimali slaveġ tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer " --------------------------------------------------