32006R1646


Titolu u referenza

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2006 tas- 7 ta’ Novembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

 ĠU L 309, 9.11.2006, p. 1–1 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
 ĠU L 200M , 1.8.2007, p. 142–142 (MT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 04 Volume 10 P. 19 - 19
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 04 Volume 10 P. 19 - 19

 CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  NL  PL  PT  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Proċedura

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

20061107

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2006

tas- 7 ta’ Novembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità [2] jippermetti derogi mill-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd [3] u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [4].

(2) Konsegwentement għall-ftehim politiku li ntlaħaq fil-Kunsill fid- 19 ta’ Ġunju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd, sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika partikolari fis-settur tas-sajd fir-reġjuni l-aktar periferiċi, il-perjodu ta' validità tad-derogi previsti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jiġi estiż sal- 31 ta’ Diċembru 2006.

(3) Minħabba l-estensjoni tal-perjodu ta' validità tad-deroga prevista fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, id-deroga prevista fl-Artikolu 2(5) għandha tiġi estiża sal- 31 ta’ Diċembru 2008 sabiex tippermetti d-dħul fil-flotta tal-kapaċità li bbenefikat mill-għajnuna pubblika għat-tiġdid tal-bastimenti tas-sajd,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 639/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1) fl-Artikolu 2(4), " 31 ta' Diċembru 2005" għandha tinbidel bid-data " 31 ta' Diċembru 2006";

2) fl-Artikolu 2(5), " 31 ta' Diċembru 2007" għandha tinbidel bid-data " 31 ta' Diċembru 2008";

3) fl-Artikolu 6, " 31 ta' Diċembru 2006" għandha tinbidel bid-data " 31 ta' Diċembru 2007".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Heinäluoma

[1] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas- 26 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

[3] ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

[4] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet