EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0107

2006/107/KE: Direttiva tal-Kunsill 2006/107/KE ta' l- 20 ta’ Novembru 2006 li tadatta d-Direttiva 89/108/KEE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel iffriżati għall-konsum mill-bniedem u d-Direttiva 2000/13/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat- tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel, minħabba l-adeżjoni tal- Bulgarija u r-Rumanija

OJ L 363, 20.12.2006, p. 411–413 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 352M, 31.12.2008, p. 926–928 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 007 P. 97 - 99
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 007 P. 97 - 99
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 004 P. 67 - 69

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/107/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

926


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/107/KE

ta' l-20 ta’ Novembru 2006

li tadatta d-Direttiva 89/108/KEE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel iffriżati għall-konsum mill-bniedem u d-Direttiva 2000/13/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat- tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel, minħabba l-adeżjoni tal- Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007 u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel iffriżati għall-konsum mill-bniedem (2) u d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati membri fir-rigward tat-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (3), għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 89/108/KEE u 2000/13/KE għandhom jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.

(2)  ĠU L 40, 11.12.1989, p. 34.

(3)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.


ANNESS

MOVIMENT ĦIELES TA' MERKANZIJA

OĠĠETTI TA' L-IKEL

1.

31989 L 0108: Id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel iffriżati għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 34), kif emendata bi:

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 R 1882: Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

Dan li ġej inżied ma’ l-Artikolu 8 (1)(a):

“—

:

bil-Bulgaru

:

бързо замразена;

:

bir-Rumen

:

congelare rapidă”.

2.

32000 L 0013: Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29), kif emendata bi:

32001 L 0101: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/101/KE tas-26.11.2001 (ĠU L 310, 28.11.2001, p. 19),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 L 0089: Id-Direttiva 2003/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10.11.2003 (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).

(a)

Fl-Artikolu 5(3), il-lista li tibda bil-kliem “bl-Ispanjol” u tispiċċa bil-kliem “joniserande strålning” hi sostitwita bil-lista li ġejja:

“—

bil-Bulgaru:

‘облъчено’ or ‘обработено с йонизиращо лъчение’,

bl-Ispanjol:

‘irradiado’ jew ‘tratado con radiacion ionizante’,

biċ-Ċek:

‘ozářeno’ jew ‘ošetřeno ionizujícím zářením’,

bid-Daniż:

‘bestrålet/…’ jew ‘strålekonserveret’ jew ‘behandlet med ioniserende stråling’ jew ‘konserveret med ioniserende stråling’,

bil-Ġermaniż:

‘bestrahlt’ jew ‘mit ionisierenden Strahlen behandelt’,

bl-Eston:

‘kiiritatud’ jew ‘töödeldud ioniseeriva kiirgusega’,

bil-Grieg:

‘επεξεργασμένο με ιονίζουσα ακτινοβολία’ jew ‘ακτινοβολημένο’,

bl-Ingliż:

‘irradiated’ jew ‘treated with ionising radiation’,

bil-Franċiż:

‘traité par rayonnements ionisants’ jew ‘traité par ionisation’,

bit-Taljan:

‘irradiato’ jew ‘trattato con radiazioni ionizzanti’,

bil-Latvjan:

‘apstarots’ jew ‘apstrādāts ar jonizējošo starojumu’,

bil-Litwan:

‘apšvitinta’ jew ‘apdorota jonizuojančiąja spinduliuote’,

bl-Ungeriż:

‘sugárkezelt’ vagy i‘onizáló energiával kezelt’,

bil-Malti:

‘ittrattat bir-radjazzjoni’ jew ‘ittrattat b’radjazzjoni jonizzanti’,

bl-Olandiż:

‘doorstraald’ jew ‘door bestraling behandeld’ jew ‘met ioniserende stralen behandeld’,

bil-Pollakk:

‘napromieniony’ jew ‘poddany działaniu promieniowania jonizującego’,

bil-Portugiż:

‘irradiado’ jew ‘tratado por irradiação’ jew ‘tratado por radiação ionizante’,

bir-Rumen:

‘iradiate’ jew‘tratate cu radiații ionizate’,

bis-Slovakk:

‘ošetrené ionizujúcim žiarením’,

bis-Sloven:

‘obsevano’ jew ‘obdelano z ionizirajočim sevanjem’,

bil-Finlandiż:

‘säteilytetty’ jew ‘käsitelty ionisoivalla säteilyllä’,

bl-Isvediż:

‘bestrålad’ jew ‘behandlad med joniserande strålning’”;

(b)

Fl-Artikolu 10(2), il-lista li tibda bil-kliem “bl-Ispanjol” u tispiċċa bil-kliem “sista förbrukningsdag”, hi sostitwita bil-lista li ġejja:

“—

bil-Bulgaru: ‘ветеринарен инспектор’;

bl-Ispanjol: ‘fecha de caducidad’,

biċ-Ċek: ‘spotřebujte do’,

bid-Daniż: ‘sidste anvendelsesdato’,

bil-Ġermaniż: ‘verbrauchen bis’,

bl-Eston: ‘kõlblik kuni’,

bil-Grieg: ‘ανάλωση μέχρι’,

bl-Ingliż: ‘use by’,

bil-Franċiż: ‘à consommer jusqu'au’,

bit-Taljan: ‘da consumare entro’,

bil-Latvjan: ‘izlietot līdz’,

bil-Litwan: ‘tinka vartoti iki’,

bl-Ungeriż: ‘fogyasztható’,

bil-Malti: ‘uża sa’,

bl-Olandiż: ‘te gebruiken tot’,

bil-Pollakk: ‘należy spożyć do’,

bil-Portugiż: ‘a consumir até’,

bir-Rumen: ‘expiră la data de’,

bis-Slovakk: ‘spotrebujte do’,

bis-Sloven: ‘porabiti do’,

bil-Finlandiż: ‘viimeinen käyttöajankohta’,

bl-Isvediż: ‘sista förbrukningsdag’.”.


Top