32006L0062

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/62/KE tat 12 ta’ Lulju 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal desmedipham, phenmedipham u chlorfenvinphos Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 206 , 27/07/2006 P. 0027 - 0035


Direttiva tal-Kummissjoni 2006/62/KE

tat 12 ta’ Lulju 2006

li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal desmedipham, phenmedipham u chlorfenvinphos

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat- 23 ta' Novembru ta' l-1976 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq il-frott u l-ħaxix [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi f’oġġetti ta’ l-ikel u fuqhom li ġejjin mill-annimali [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal- 15 ta’ Lulju 1991 li għandha x’taqsam mat-tqegħid fis-suq [5] ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1) Is-sostanzi attivi eżistenti, ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/58/KE [6].

(2) L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tat-tagħrif ippreżentata li għandha x’taqsam ma’ l-użu propost tagħhom. It-tagħrif dwar dan l-użu ġie ppreżentat minn ċerti Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)f tad-Direttiva 91/414/KEE. It-tagħrif disponibbli ġie rivedut u huwa biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu ffissati ċerti livelli massimi ta' residwi (LMR).

(3) Għal chlorfenvinphos ġie deċiż mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 [7] li din is-sostanza ma tiġix inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Ċerti Stati Membri huma permessi li jżommu ċerti awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' prodotti li fihom chlorfenvinphos fis-seħħ sat- 30 ta' Lulju 2007.

(4) Hemm diġà LMR tal-Komunità għal chlorfenvinphos fid-Direttiva 76/895/KEE. Għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta jiġu ffissati l-LMR għal chlorfenvinphos fid-Direttiva 90/642/KEE.

(5) Ir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li tħejjew għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, iffissaw id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfd) għal dawn is-sustanzi. L-espożizzjoni matul il-ħajja tal-konsumaturi għal prodotti ta' l-ikel trattati bis-sustanzi attivi kkonċernati ġiet ivvalutata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [8] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti [9] dwar il-metodoloġija użata. Huwa konkluż li l-LMR proposti mhumiex se jwasslu li jinqabżu l-ADI jew l-ARfD.

(6) Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun imħares b' mod adattat mill-espożizzjoni tar-residwi li jirriżultaw minn użu mhux awtorizzat ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-LMR proviżorji għandhom jitfasslu għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta' prodott/pestiċida fl-anqas livell ta’ determinazzjoni ta' analiżi.

(7) L-iffissar fil-livell tal-Komunità ta' LMR proviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli ta' LMR proviżorji għas-sustanzi kkonċernati skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI tagħha. Huwa kkunsidrat li perjodu ta' erba' snin huwa biżżejjed sabiex jippermetti iktar utilizzazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati. Il-LMR proviżorju għandu mbagħad isir definittiv.

(8) Huwa għalhekk meħtieġ li jiżdiedu l-LMR kollha li joriġinaw mill-użu ta' dawn il-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti għall-Annessi mad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll adattati tal-projbizzjoni ta' l-użu tagħhom u sabiex iħarsu l-konsumatur. Fejn il-LMR ma ġewx definiti s'issa, huwa xieraq li jitfasslu għall-ewwel darba.

(9) Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/895/KEE li ffissaw il-LMR għall-chlorfenvinphos għandhom jitħassru bħala konsegwenza.

(10) Għalhekk id-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom jiġu emendati skond dan.

(11) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE, tħassret il-linja għall-chlorfenvinphos.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Direttiva 86/362/KE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Anness II tad-Direttiva 86/363/KE huwa emendat skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KE huwa emendat skond l-Anness III ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri se jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill- 20 ta’ Jannar 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma se jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma se japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill- 21 ta’ Jannar 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar it- 12 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61).

[2] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE.

[3] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE.

[4] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE.

[5] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27).

[6] ĠU L 120, 24.4.2004, p. 26.

[7] ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament KE Nru 1335/2005 (ĠU L 211, 13.8.2005, p. 6).

[8] Linji ta' Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta' residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta' Ikel f'kollaborazzjoni mall-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[9] L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar mistoqsijiet ralatati ma’ l-emendar ta’ l-annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espress mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 14 ta' Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Fil-Parti A ta' l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE, jiżdiedu l-linji li ġejjin għal desmedipham, phenmedipham u chlorfenvinphos:

Residwu tal-pestiċida | Livell massimu f’mg/kg |

"Desmedipham | 0,05 [1] [p] ċereali |

Phenmedipham | 0,05 [1] [p] ċereali |

Chlorfenvinphos (total ta' iżomeri E- u Z-) | 0,02 [1] ċereali |

[1] tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika

--------------------------------------------------

ANNESS II

Aness II tad-Direttiva 86/363/KEE huwa emendat kif ġej:

(1) Fil-Parti A, tiżdied il-linja li ġejja għal chlorfenvinphos:

Residwi ta' pestiċidi | Livell massimu f’mg/kg |

| tax-xaħam fil-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 (1) (4) | ta' ħalib tal-baqra u ħalib tal-baqra sħiħ elenkat fl-Anness I taħt l-intestaturi Nru 0401; għal oġġetti ta' l-ikel oħra fl-intestaturi Nri. 0401, 0402, 040500 u 0406 skond (2) (4) | ta’ bajd frisk bil-qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 040700 u 0408 (3) (4) |

"Chlorfenvinphos (total ta' iżomeri E- u Z-) | 0,01 [1] | 0,01 [1] | 0,01 [1] |

(2) Fil-Parti B, tiżdied il-linja li ġejja għal phenmedipham:

Residwi ta' pestiċidi | Livell massimu f’mg/kg |

| tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 | Għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri. 0401, 0402, 040500 u 0406 | ta’ bajd frisk bil-qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 040700 and 0408 |

"Phenmedipham (Methyl-N-(3-hydroxyphenyl) carbamate (MHPC) espress bħala phenmediphan) | 0,05 [2] [p] | 0,05 [2] [p] | 0,05 [2] [p] |

[1] tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika"

[2] tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

--------------------------------------------------

ANNESS III

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal desmedipham, phenmedipham u chlorfenvinphos:

Residwu ta’ Pestiċida u livell massimu ta’ residwu (mg/kg) |

Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li għalihom japplikaw il-LMR | Desmedipham | Phenmedipham | Chlorfenvinphos (total ta' iżomeri E- u Z-) |

"1. | Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friza, li ma fihx zokkor mizjud; ġewż | 0,05 [1] [p] | | 0,02 [1] |

| (i) | IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | | 0,05 [1] [p] | |

| | Grejpfrut | | | |

| | Lumi | | | |

| | Lajm | | | |

| | Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra) | | | |

| | Larinġ | | | |

| | Pomelos | | | |

| | Oħrajn | | | |

| (ii) | ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajrha) | | 0,05 [1] [p] | |

| | Lewż | | | |

| | Ġewż tal-Brażil | | | |

| | Ġewż ta’ l-anakardju (Cashew) | | | |

| | Qastan | | | |

| | Ġewż ta’ l-Indi (Coconuts) | | | |

| | Ġellewż | | | |

| | Makadamja | | | |

| | Ġwież tal-Pekan | | | |

| | Ġewż ta’ l-arznu (pine nuts) | | | |

| | Pistaċċi | | | |

| | Ġewż | | | |

| | Oħrajn | | | |

| (iii) | FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | | 0,05 [1] [p] | |

| | Tuffieħ | | | |

| | Lanġas | | | |

| | Sfarġel | | | |

| | Oħrajn | | | |

| (iv) | FROTT TA’ L-GĦADMA | | 0,05 [1] [p] | |

| | Berquq | | | |

| | Ċirasa | | | |

| | Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili) | | | |

| | Għanbaqar | | | |

| | Oħrajn | | | |

| (v) | FROTT ŻGĦIR IMĠERREB BĦALL-FRAWLI | | | |

| | (a) | Għeneb ta’ l-ikel u ta’ l-inbid | | 0,05 [1] [p] | |

| | | Għeneb ta’ l-ikel | | | |

| | | Għeneb ta’ l-inbid | | | |

| | (b) | Frawli (ħlief dak salvaġġ) | | 0,1 [1] [p] | |

| | (c) | Frott tal-qasab (ħlief dak salvaġġ) | | 0,05 [1] [p] | |

| | | Tut | | | |

| | | Dewberries | | | |

| | | Loganberries | | | |

| | | Lampun | | | |

| | | Oħrajn | | | |

| | (d) | Frott żgħir ieħor (ħlief dak salvaġġ) | | 0,05 [1] [p] | |

| | | Mirtill | | | |

| | | Cranberries | | | |

| | | Passolina (aħmar, iswed u abjad) | | | |

| | | Ribes | | | |

| | | Oħrajn | | | |

| | (e) | Berries u frott salvaġġ | | 0,05 [1] [p] | |

| (vi) | DIVERSI | | 0,05 [1] [p] | |

| | Avokado | | | |

| | Banana | | | |

| | Tamal | | | |

| | Tin | | | |

| | Kiwi | | | |

| | Kumquats | | | |

| | Litchis | | | |

| | Mango | | | |

| | Żebbuġ (għall-ikel) | | | |

| | żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | | |

| | Papaja | | | |

| | Passion fruit | | | |

| | Ananas | | | |

| | Rummien | | | |

| | Oħrajn | | | |

2. | Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin | 0,05 [1] [p] | | |

| (i) | ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | | | |

| | Pitrava zokkrija | | 0,1 [1] [p] | |

| | Karrotti | | | 0,5 |

| | Cassava | | | |

| | Krafes | | | |

| | Għerq tal-mustarda | | | |

| | Qaqoċċ | | | |

| | Zunnarija bajda | | | 0,5 |

| | Għeruq tat-tursin | | | |

| | Ravanell | | | 0,5 |

| | Sassefrika | | | |

| | Patata ħelwa | | | |

| | Swedes | | | 0,5 |

| | Ġdur | | | 0,5 |

| | Jam | | | |

| | Oħrajn | | 0,05 [1] [p] | 0,02 [1] |

| (ii) | ĦXEJJEX TAĦT FORMA TA’ BASAL | | 0,05 [1] [p] | |

| | Tewm | | | 0,5 |

| | Basal | | | |

| | Basal li jikber bħala għanqud imsejjaħ Shallots | | | 0,5 |

| | Basal imsejjaħ Spring onions | | | |

| | Oħrajn | | | 0,02 [1] |

| (iii) | ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | 0,05 [1] [p] | |

| | (a) | Solanacea | | | 0,02 [1] |

| | | Tadam | | | |

| | | Bżar | | | |

| | | Brunġiel | | | |

| | | Okra | | | |

| | | Oħrajn | | | |

| | (b) | Għerq Cucurbitstal-qara’ tal-fliexken - tal-qoxra li tittiekel | | | |

| | | Ħjar | | | |

| | | Gherkins | | | |

| | | Zukkini | | | 0,1 |

| | | Oħrajn | | | 0,02 [1] |

| | (c) | Cucurbits - tal-qoxra li ma tittikilx | | | 0,02 [1] |

| | | Bettieħ | | | |

| | | Ħxejjex li jissejħu squashes | | | |

| | | Dulliegħ | | | |

| | | Oħrajn | | | |

| | (d) | Qamħirrum | | | 0,02 [1] |

| (iv) | ĦXEJJEX BRASSICA | | 0,05 [1] [p] | |

| | (a) | Brassika li tagħmel il-fjuri | | | 0,02 [1] |

| | | Brokkli (inkluża l-Calabrese) | | | |

| | | Pastard | | | |

| | | Oħrajn | | | |

| | (b) | Brassica bir-ras | | | |

| | | Kaboċċi ta’ Brussell | | | 0,1 |

| | | Kaboċċi tar-ras | | | 0,5 |

| | | Oħrajn | | | 0,02 [1] |

| | (c) | Brassika bil-weraq | | | 0,02 [1] |

| | | Kaboċċi taċ-Ċina | | | |

| | | Kale | | | |

| | | Oħrajn | | | |

| | (d) | Qarabali | | | 0,3 |

| (v) | ĦXEJJEX LI JITTIEKLU L-WERAQ TAGĦHOM U ĦAXIX AROMATIKU FRISK | | | |

| | (a) | Ħass u simili | | 0,05 [1] [p] | |

| | | Krexxuni | | | 0,1 |

| | | Ħass tal-ħaruf | | | 0,1 |

| | | Ħass | | | |

| | | Scarole (endive tal-werqa wiesgħa) | | | |

| | | Rukola | | | |

| | | Weraq u zkuk tal-brassika | | | |

| | | Oħrajn | | | 0,02 [1] |

| | (b) | Spinaċi u simili | | 0,5 [p] | |

| | | Spinaċi | | | 0,1 |

| | | Weraq tal-pitravi | | | |

| | | Oħrajn | | | 0,02 [1] |

| | (c) | Krexxuni ta’ l-ilma | | 0,05 [1] [p] | 0,02 [1] |

| | (d) | Witloof | | 0,05 [1] [p] | 0,02 [1] |

| | (e) | Ħxejjex aromatiċi | | 0,05 [1] [p] | |

| | | Maxxita | | | |

| | | Kurrat selvaġġ | | | |

| | | Tursin | | | 0,5 |

| | | Weraq tal-karfus | | | |

| | | Oħrajn | | | 0,02 [1] |

| (vi) | ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | | 0,05 [1] [p] | 0,02 [1] |

| | Fażola (bil-minżwed) | | | |

| | Fażola (mingħajr minżwed) | | | |

| | Piżelli (bil-minżwed) | | | |

| | Piżelli(mingħajr minżwed) | | | |

| | Oħrajn | | | |

| (vii) | ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | | | |

| | Asparagu | | | 0,1 |

| | Kardun | | | |

| | Karfus | | | 0,5 |

| | Bużbież | | | |

| | Qaqoċċa | | 0,2 [p] | |

| | Kurrat | | | 0,1 |

| | Rabarbru | | | |

| | Oħrajn | | 0,05 [1] [p] | 0,02 [1] |

| (viii) | FAQQIEGĦ | | 0,05 [1] [p] | |

| | (a) | Faqqiegħ ikkoltivat | | | 0,05 |

| | (b) | Faqqiegħ salvaġġ | | | 0,02 [1] |

3. | Għażż | 0,05 [1] [p] | 0,05 [1] [p] | 0,02 [1] |

| Fażola | | | |

| Għads | | | |

| Piżelli | | | |

| Oħrajn | | | |

4. | Żrieragħ taż-żejt | 0,1 [1] [p] | 0,1 [1] [p] | 0,02 [1] |

| Żerriegħa tal-kittien | | | |

| Karawett | | | |

| Żerriegħa tal-peprin | | | |

| Ġulġlien | | | |

| Żerriegħa tal-ġirasol | | | |

| Żerriegħa tal-lift | | | |

| Żerriegħa tas-soya | | | |

| Żerriegħa tal-mustarda | | | |

| Żerriegħa tal-qoton | | | |

| Żerriegħa tal-qanneb | | | |

| Oħrajn | | | |

5. | Patata: | 0,05 [1] [p] | 0,05 [1] [p] | 0,02 [1] |

| Patata bikrija | | | |

| Varjazzjonijiet ta’ patata | | | |

6. | Tè (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,1 [1] [p] | 0,1 [1] [p] | 0,05 [1] |

7. | Il-Ħopp (imnixxef), inklużi l-gerbub żgħir tal-ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat, | 0,1 [1] [p] | 0,1 [1] [p] | 0,05 [1] |

[1] tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet