Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/671/PESK tal- 5 ta’ Ottubru 2006 li testendi l-validità tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
ĠU L 275, 6.10.2006, p. 66–66 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M , 1.8.2007, p. 9–9 (MT)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 18 Volume 06 P. 17 - 17
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 18 Volume 06 P. 17 - 17
CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV NL PL PT SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
20061005
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/671/PESK
tal- 5 ta’ Ottubru 2006
li testendi l-validità tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) Fil- 11 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK [1] dwar miżuri ulterjuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha akkużati pubblikament mill-ICTY għal delitti ta' gwerra li mhumiex fil-kustodja tat-Tribunal.
(2) Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sa l- 10 ta' Ottubru 2006.
(3) Il-Kunsill jikkunsidra li jeħtieġ li l-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi estiża għal 12-il xahar ieħor.
(4) Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati dawn il-miżuri,
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija permezz ta' dan estiża sa l- 10 ta’ Ottubru 2007.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il–President
K. Rajamäki
[1] ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/484/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 25).
--------------------------------------------------
| Fuq |