Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/671/PESK tal- 5 ta’ Ottubru 2006 li testendi l-validità tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
Official Journal L 275 , 06/10/2006 P. 0066 - 0066
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0009 - 0009
20061005 Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/671/PESK tal- 5 ta’ Ottubru 2006 li testendi l-validità tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) Fil- 11 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK [1] dwar miżuri ulterjuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha akkużati pubblikament mill-ICTY għal delitti ta' gwerra li mhumiex fil-kustodja tat-Tribunal. (2) Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sa l- 10 ta' Ottubru 2006. (3) Il-Kunsill jikkunsidra li jeħtieġ li l-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi estiża għal 12-il xahar ieħor. (4) Azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati dawn il-miżuri, ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 Il-validità tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija permezz ta' dan estiża sa l- 10 ta’ Ottubru 2007. Artikolu 2 Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 3 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ottubru 2006. Għall-Kunsill Il–President K. Rajamäki [1] ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/484/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 25). --------------------------------------------------