Deciżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli li jeżamina talba għall-asil li tkun saret fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (Test b'rilevanza għaz-ŻEE)
Official Journal L 057 , 28/02/2006 P. 0015 - 0015
Official Journal L 270 , 29/09/2006 P. 0284 - 0284
Deciżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Frar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli li jeżamina talba għal-asil li tkun saret fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (Test b'rilevanza għaz-ŻEE) (2006/167/EK) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 63(1)(a), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, innegozjat mar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli li jeżamina talba għal asil li tkun saret fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja. (2) Il-Protokoll kien iffirmat f’isem il-Komunità Ewropea fid- 29 ta' Ġunju 2005 suġġett għall-konklużjoni f’data iktar tard, b’mod konformi mad-Deċiżjoni tat- 13 ta' Ġunju 2005. (3) Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat. (4) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, b’mod konformi ma’ Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, sejrin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. (5) B’mod konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mhix marbuta jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. IDDEĊIEDA KIF GEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli li jeżamina talba għal asil li tkun saret fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja huwa approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifika prevista fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 5 tal-Protokoll [2]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, nhar il- 21 ta' Frar 2006. Għall-Kunsill Il-President K. Gastinger [1] Opinjoni mogħtija fit- 13 ta' Diċembru 2005 (għada mhux pubblikata fil-ĠU). [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tkun l-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara n-notifika mill-Partijiet Kontraenti. --------------------------------------------------