32004R1242


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1242/2004 tat- 28 Ġunju 2004 li jagħti derogi lill-Istati Membri l-ġodda minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002 dwar livelli ta' referenza ta' flotot tas-sajd

 ĠU L 236, 7.7.2004, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
 ĠU L 142M , 30.5.2006, p. 98–99 (MT)
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 04 Volume 07 P. 207 - 208
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 04 Volume 07 P. 207 - 208

 CS  DA  DE  EL  EN  ES  ET  FI  FR  HU  IT  LT  LV  NL  PL  PT  SK  SL  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1242/2004

tat- 28 Ġunju 2004

li jagħti derogi lill-Istati Membri l-ġodda minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002 dwar livelli ta' referenza ta' flotot tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2371/2002 ta' l- 20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd [1] jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti livelli ta' referenza għall-flotta ta' kull Stat Membru bħala s-somma ta' l-oġġettivi għal kull sezzjoni tal-Programm ta' Gwida Pluriennali 1997-2002

(2) L-Istati Membri l-ġodda ma għandhomx oġġettivi kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002.

(3) Livelli ta' referenza setgħu jiġu stabbiliti biss għall-Istati Membri l-ġodda b'riferenza għall-livell tal-flotot tagħhom fil-mument ta' l-adeżjoni. Iżda, kieku dak kien il-każ, obbligi previsti fil-paragrafi 2 u 4 ta' l-artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru.2371/2002 kienu jkunu superfluwi, billi dawn l-obbligi kienu jkunu jikkoinċidu f'xi partijiet ma' dawk li joriġinaw mill-iskema ta' dħul/ħruġ prevista fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament.

(4) Għalhekk mhux xieraq li jiġu ffissati l-livelli ta' referenza previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għall-Istati Membri l-ġodda, u lanqas li jiġu applikati għalihom l-Artiloki 11 (2) u 11 (4) ta' dak ir-Regolament, għaliex dan m'għandu jkollu l-ebda effett fuq l-amministrazzjoni tal-flotta mill-Istati Membri l-ġodda.

(5) Minħabba l-perijodu ta' żmien qasir li matulu dawn l-Istati Membri ġodda jistgħu jagħtu għajnuna għat-tiġdid tal-flotta, mhux xieraq li jiġi mitlub li dawn il-flotot jitnaqqsu, kif previst fl-Artikolu 13 (2) tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002.

(6) Għaldaqstant, għandhom jingħataw lill-Istati Membri l-ġodda derogi mid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga, l-Artikoli 11 (2), 11 (4), 12 u 13 (2) tar-Regolament (KE) Nru. 2371/2002 ma għandhomx japplikaw għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- 1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istai Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it- 28 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Cullen

[1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet