32004R0911


Titolu u referenza

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lametti tal-widnejn, tal-passaporti u tar-reġistriTest b'relevanza għaż-ŻEE

 ĠU L 163, 30.4.2004, p. 65–70 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 03 Volume 46 P. 242 - 247
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 03 Volume 58 P. 201 - 206
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 03 Volume 58 P. 201 - 206

 DA  DE  EL  EN  ES  FI  FR  IT  NL  PT  SV

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2004

tad-29 ta' April 2004

li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lametti tal-widnejn, tal-passaporti u tar-reġistri

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali tal-fart u rigward it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u ta' prodotti mill-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 [1], u partikolarment l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 10(a), (b) u (c) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 2629/97 tad-29 ta' Diċembru 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 rigward il-lametti tal-widnejn, iż-żamma ta' reġistri u ta' passaporti fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart [2] kien ġie sostanzjalment emendat diversi drabi. Għal raġunijiet ta' ċarezza u konsistenza fil-leġislazzjoni tal-Komunità, dawk ir-regoli għandhom ikunu miġbura f'att wieħed. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2629/97 għandu jkun imħassar u mibdul b'dan ir-Regolament.

(2) Il-lametti tal-widnejn għandhom jinkludi informazzjoni dwar l-Istat Membru min fejn joriġinaw flimkien ma' l-informazzjoni dwar l-annimal individwali. L-għamla kodifikata l-aktar xierqa dwar tali informazzjoni hija l-kodiċi b'żewġ ittri tal-pajjiż flimkien ma massimu ta' 12-il figura. Kodiċijiet ta' l-istrippa (bar codes) jistgħu ikunu awtorizzati b'żieda mal-kodiċi tal-pajjiż u l-massimu ta' 12-il figura.

(3) Huwa xieraq li jkunu meqjusa d-diffikultajiet murija mill-awtorità kompetenti ta' uħud mill-Istati Membri rigward il-kodiċi għall-identifikazzjoni ta' l-annimali tal-ifrat u dawk l-awtoritajiet ikollhom il-permess li jutizzaw lametti tal-widnejn li jkun fihom kodiċi alfa-numerika sat-tmiem tal-perijodu transitorju. B'żieda ma dan, huwa xieraq li jkunu meqjusa d-diffikultajiet murija mill-awtorità kompetenti ta' l-Italja u li dik l-awtorità jkollha l-permess li tutilizza massimu ta' tlett karattri supplementarji basta li dawk il-karattri supplementarji ma jkunux jiffirmaw parti mill-kodiċi numerika.

(4) Sabiex ikunu evitati d-diffikultajiet fil-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali tal-ifrat u sabiex ikunu kjarifikati r-regoli preżenti, huwa meħtieġ li jkun awtorizzati dawk li jrabbu li jakkwistaw bil-quddiem, jekk hekk ikunu jixtiequ u b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, kwantità ta' lametti tal-widnejn li tkun proporzjonali għall-ħtiġiet tagħhom, għal perijodu li ma jkunx itwal minn sena.

(5) Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar l-informazzjoni li tkun fuq il-lametti tal-widnejn użati bħala skambju fil-każ tat-telf tal-lametti tal-widnejn.

(6) Huwa xieraq li jkunu definiti ċerti regoli minimi uniformi dwar id-disinn u t-tqassim tal-lametti tal-widnejn.

(7) Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kontenut ta' l-informazzjoni tal-lametti tal-widnejn għandha tkun reveduta fid-dawl ta' l-istabbeliment tad-database komputerizzata li hemm provvediment dwarha fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

(8) L-informazzjoni li tkun tidher fil-passaport u fir-reġistru għandha tkun f'għamla li tippermetti li l-annimalli jkunu ntraċċati.

(9) L-informazzjoni għandha tkun konsistenti ma dik li għandha tkun inkluża fid-database komputerizzata skond kif hemm dispożizzjoni dwar dan fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali tal-ifrat u fil-majjali [3].

(10) Il-perijodu ta' bejn tlieta u sebat ijiem għandu jkun determimnat mill-Istati Membri sabiex dawk li jrabbu jinnotifikaw il-movimenti, it-twelid u l-mewt ta' l-annimali li għandhom ikunu marbuta mad-data ta' dik l-okkorrenza. B'dana kollu, huwa xieraq li jkunu meqjusa d-diffikoltajiet aċċenati mill-Istati Membri dwar in-notifika tat-twelid fi ħdan il-limitu ta' żmien previst, u b'konsegwenza l-Istati membri għandhom ikunu mħollija li jiddeterminaw il-perijodu relevanti mid-data ta' meta l-annimal ikun ġie fornut bil-lammetta tal-widnejn.

(11) Huwa xieraq li jkunu meqjusa d-diffikoltajiet aċċennati mill-Istati Membri f'dak li jirrigwardja l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta fuq il-passaporti li jakkumpanjaw l-annimali tal-ifrat li kienu mwielda qabel l-1 ta' Jannar 1998. Id-diffikoltajiet aċċennati fil-preparazzjoni ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja dwar il-passaporti li jakkumpanjaw l-annimali mwielda qabel l-1 ta' Jannar 2004 għandhom ukoll ikunu meqjusa.

(12) Huwa xieraq li tkun fuq bażi voluntarja li ċerti dettalji ta' l-informazzjoni jkunu msemmija fuq il-passaporti li jakkumpanjaw l-annimaali tal-ifrat imwielda qabel l-1 ta' Jannar 1998 u għall-annimali tal-ifrat imwielda qabel l-1 ta' Jannar 2004 fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja. Dik id-deroga m'għandhiex toħloq diffikultajiet dwar l-obbligu li jkunu msemmija dawk id-dettalji ta' l-informazzjoni fuq il-passaporti ta' l-annimali tal-ifrat imwielda fit-territorju ta' Stat Membru meta tali ħtieġa jkun hemm dispożizzjoni dwarha fir-regoli nazzjonali tiegħu.

(13) In vista tal-miżuri ta' kontroll li jirrigwardjaw l-iskemi ta' għajnuna mill-Komunità, huwa meħtieġ li ċerti dettalji ta' l-informazzjoni jkunu nklużi fil-passaporti li jirrigwardjaw il-ħlasijiet preferenzali, kif hemm dispożizzjoni dwar dan fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq taċ-ċanga u l-vitella [4],

(14) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

LAMETTI TAL-WIDNEJN

Artikolu 1

1. Il-lametti tal-widnejn għandhom ikollhom l-isem, il-kodiċi jew il-maarka ta' l-awtorità kompetenti li talloka l-lametti tal-widnejn, u l-karattri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2.

2. Il-karattri li jiffurmaw il-kodiċi ta' l-identifikazzjoni fuq il-lametti tal-widnejn għandhom ikunu kif ġej:

(a) l-ewwel żewġ posizzjonijiet għandhom jidentifikaw l-Istat Membru tal-qasam ta' fejn l-annimal ikun ġie identifikat għall-ewwel darba; għal dak l-ioskop il-kodiċi b'żewġ-ittri tal-pajjiż kif elenkati fl-Anness I għandha tkun użata;

(b) il-karattri li jsegwu l-kodiċi tal-pajjiż għandhom ikunu numeriċi u m'għandhomx jeċċedu 12 il-fihura; b'dana kollu, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portigall u r-Renju Unit jistgħu iżommi is-sistema tagħhom ta' kodiċi alfa-numerika bi tnax il-fihura li issegwi il-kodiċi tal-pajjiż fir-rigward ta' l-annimali mwielda sal-31 ta' Diċembru 1999, għal Spanja, l-Irlanda, l-Italja u l-Portugall; u għar-Renju Unit fir-rigward ta' l-annimali mwielda sat-30 ta' Ġunju 2000.

3. B'żieda ma l-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1, kodiċi strippa (bar code) tista tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti.

4. B'deroga mil-limitu tan-numru ta' karattri kif elenkati fil-paragrafu 2(b), l-awtorità kompetenti ta' l-Italja tista tutilizza sa massimu ta' tlett karattri supplementarji wara s-sekwenza tal-karattri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'dak il-paragrafu. B'dana kollu, dawk il-karaattri m'għandhomx jiffurmaw parti mill-kodiċi ta' l-identifikazzjoni fil-paragrafu 2.

5. Dawl li jrabbu għandhom ikunu awtorizzati li jakkwistaw bil-quddiem, jekk hekk huma jkunu jixtiequ u b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, kwantità ta' lametti tal-widnet li tkun proporzjonali għall-ħtiġiet tagħhom, għal perijodu li ma jeċċedix sena. Fil-każ ta' oqsma li jkollhom mhux aktar minn ħames annimali, l-awtorità kompetenti ma tixtax tforni bil-quddiem aktar minn ħames pari ta' lametti tal-widnejn.

6. Fil-każ ta' te;f ta' lametta tal-widnejn, l-iskambju tal-lametti tal-widnejn jistgħu jinkludu, b'żieda ma l-imnformazzjoni li hemm provvediment dwarha u distinti minnha, marka li tesprimi f'numri Rumani il-verżjoni tan-numru tal-lametta tal-widnejn skambjata. F'tali avveniment, il-kodiċi ta' l-identifikazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 2 għandha tibqa mingħajr tibdil. Il-lametti tal-widnejn skambjati kif użati mill-Istati membri għall-annimali mwielda fi Stat Membru ieħor għandhom juru mill-anqas l-istess kodiċi ta' identifikazzjoni b'żieda mal-kodiċi jew il-marka ta' l-awtorità kompetenti li tkun għamlet il-ħruġ.

Artikolu 2

Il-lametti tal-widnejn għandhom ikunu konformi ma' dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

(a) għandhom ikunu ta' materja flessibbli tal-plastika;

(b) għandhom ikunu tali li ma jistax ikun hemm falzifikazzjoni matul il-ħajja kollha ta' l-annimal;

(ċ) ikunu tali li jkunux jistgħu jintiżaw mill-ġdid;

(d) għandhom ikunu iddisinjati b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jibqgħu imwaħħla ma l-annimali mingħajr ma jkunu ta' danni għalieh;

(e) għandhom juru biss iskrizzjonijiet li ma jkunux jistgħu jitħassru, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Il-mudell ta' l-ewwel lametta taal-widnejn għandu jkun kif ġej:

(a) ikun jikkonsisti minn żewġ partijiet, parti maskili u parti femminili;

(b) kull parti tal-lametta tal-widnejn għandha turi biss l-informazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1;

(ċ) it-tul tal-lametta tal-widnejn għandu jkun ta' mill-anqas 45 mm għal kull parti;

(d) il-wisa' tal-lametta tal-widnejn għandu jkun ta' mill-anqas 55 mm għal kull parti;

(e) il-karattri għandhom ikollhom għoli minimu ta' 5 mm.

Artikolu 4

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu materjal jew mudell ieħor għat-tieni lametta tal-widna u jistgħu jiddeċiedu li jżidu aktar informazzjoni basta li l-ħtiġiet ta' l-informazzjhoni li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 1(1) u (2) ikun hemm konformità magħhom.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni il-mudelli għall-ewwel u t-tieni lametti tal-widnejn skomn ma hemm dispożizzjoni dwar dawn fl-Artikoli 3 u 4.

KAPITOLU II

PASSAPORTI U REĠISTRI TA' L-OQSMA

Artikolu 6

1. Il-passaport għandu jkun fih mill-anqas dan li ġej:

(a) l-informazzjoni referuta fl-ewwel u s-seba' inċiż ta' l-Artikolu 14(3) C (1), tad-Direttiva 64/432/KEE;

(b) l-informazzjoni referuta fi:

(i) it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 14(3) C (2) tad-Direttiva 64/432/KEE, jew

(ii) l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 14(3) C (2) jekk id-database li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tkun kollha kemm hi operazzjonali;

(ċ) il-firma ta' dawk responsabbli, bl-eċċezzjoni ta' min iwettaq il-ġarr; meta d-database tkun operazzjonali kollha kemm hi skond ma hemm dispożizzjoni dwarha fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(3), tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, il-firma biss ta' l-aħħar wieħed responsabbli għandha tkun ipprovduta;

(d) l-isem ta' l-awtorità tal-ħruġ;

(e) id-data tal-ħruġ tal-passaport.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu I.A.1 ta' l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport [5], għoġol ta' anqas minn erba ġimgħat jista jkun imċaqlaq, basta li ż-żokra tiegħu tkun fieqet. F'tali każ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dan ikun akkumpanjat b'passaport temporanju li jkun fih mill-anqas l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, b'format approvat mill-awtorità kompetneti.

Il-passaport temporanju għandu jkun maħruġ mill-ewwel persuna responsabbli għall-għoġol u għandu jkun mimli minn kull persunba responsabbli oħra sussegwenti bl-eċċezzjoni ta' dawk li jeffetwaw il-ġarr. Min hu responsabbli għandu jippreżenta l-passaport temporanju lill-awtorità kompetenti qabel ma l-annimal ikollu erba' ġimgħat, jew fi żmien sebat ijiem wara l-każ jekk l-annimal imut jew ikun maqtul qabel ma jkollu l-età ta' erba' ġimgħat. Meta l-għoġol ikun għadu ħaj, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ passaport finali b'konformità mal-paragrafu 1, fi żmien 14 il-jum mill-wassla tal-passport temporanju. Il-passaporti finali għandhom jirreġistraw il-movimenti preċedenti kollha li jkun għadda minnhom l-għoġol kif irreġistrati fil-passaaport temporanju.

L-għoġol ma jistgħax ikun imċaqlaq aktar minn darbtejn bejn l-oqsma, akkumpanjat fil-passaport temporanju. Għall-iskop ta' dan il-paragrafu, moviment bejn żewġt oqsma permezz ta' suq jew ċentru tal-ġbir ta' l-għoġġiela għandu jkun meqjus bħala moviment wieħed, basta li s-suq jew iċ-ċentru tal-ġbir ta' l-għoġġiela jkun jista jipprovdi, meta mitlub biex jagħmel dan, lill-awtoritajiet kompetenti, dettalji sħaħ tat-tranżazzjonijiet imwettqa fi ħdan il-qafas ta' dak is-suq jew ċentru.

3. Bħala deroga mill-paragrafu 1(a), l-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fit-tieni u l-ħames inċiżi ta' l-Artikolu 14(3) C (1) tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tkun obligatorja għall-passporti ta' l-annimali tal-ifrat imwielda qabel l-1 ta' Jannar 1998. Id-deroga li hemm dispożizzjoni dwarha f'dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jkunu ipprovduri d-dettalji ta' l-informazzjoni msemmija hawn fuq meta tali ħtieġa jkun hemm dispożizzjoni dwarha fir-regoli nazzjonali. L-Istati membri għandhom jikkomunikaw bejn xulxin u mal-Kummissjoni ir-regoli effettivament aapplikati fir-rigward ta' l-informazzjoni referuta f'dan il-paragrafu.

4. Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Liwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, id-deroga li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 3 għandha tkun applikabbli għall-annimali tal-ifrat imwielda qabel l-1 ta' Jannar 2004.

Artikolu 7

B'żieda ma' l-informazzjoni referuta fl-Artikolu 6, l-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna s-sitwazzjoni dwar il-premjum ta' l-annimali maskili, skond ma hemm dispożizzjoni dwar dan fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/99, għandha tkun miżjuda mal-passaport:

(a) l-applikazzjoni jew l-għotja: fil-parentesi ta' l-ewwel età;

(a) l-applikazzjoni jew l-għotja: fil-parentesi tat-tieni età.

Artikolu 8

Ir-reġistru li jinżamm f'kull qasam għandu jkun fih mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-informazzjoni aġġornata li hemm provvediment dwarha fl-ewwel u s-seba' inċiż ta' l-Artikolu 14(3) C (1), tad-Direttiva 64/432/KEE;

(b) id-data tal-mewt ta' l-annimal fil-qasam;

(ċ) fil-każ ta' l-annimali li jitilqu mill-qasam, l-isem u l-imndirizz ta' min ikun responsabbli, bl-eċċezzjoni ta' meta iwettaq il-ġarr, jew il-kodiċi ta' l-identifikazzjoni tal-qasam, li dwaru jew li għalih l-annimal ikun trasferit, kif ukoll id-data tat-tluq;

(d) fil-każ ta' l-annimali li jaslu fil-qasam, l-isem u l-imndirizz ta' min ikun responsabbli, bl-eċċezzjoni ta' meta iwettaq il-ġarr, jew il-kodiċi ta' l-identifikazzjoni tal-qasam, li minnu l-annimal ikun trasferit, kif ukoll id-data tal-wassla;

(e) l-isem u l-firma tar-rappreżentant ta' l-awtorità kompetenti li jkun ivverifika r-reġistru u d-dati li fihom il-verifiki jkunu twettqu.

Artikolu 9

Fil-każ ta' twelid, meta jkun stabbilit il-perijodu ta' bejn tlieta u sebat ijiem għan-notifika tal-fatti minn dak responsabbli skond ma hemm dispożizzjoni dwar dan fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, l-Istati Membri jistgħu jużaw id-data ta' meta l-annimal ikun ġie mogħti l-lametta minflok id-data tat-twelid bħala l-punt tal-bidu għall-perijodu ikkonċernat, basta li ma jkunx hemm riskju ta' konfużjoni bejn dawk id-dati waqt ir-reġistrazzjoni.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn xulxin u lejn il-Kummissjoni, il-mudell tal-passaport u l-metodu tar-reġistrazzjoni tal-qasam użata fit-territorju tagħhom.

Il-KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

1. Ir-Regolament (KE) Nru 2629/97 huwa mħassar.

2. Ir-referenzi għar-Regolament (EC) Nru 2629/97 għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta' korrelazzjoni elenkata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.

[2] ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 9. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.

[3] ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1).

[5] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-kodiċi fuq il-lametta tal-widnejn għandha tibda bl-ittri li jidentifikaw l-Istat Membru ta' l-oriġini bi qbil ma' din it-tabella li ġejja:

Kodiċi-ISO | l-Awstria |

l-Awstria | AT |

Il-Belġju | BE |

Ir-Repubblika Ċeka | CZ |

Ċipru | CY |

Id-Danimarka | DK |

L-Estonja | EE |

Il-Finlandja | FI |

Franza | FR |

Il-Ġermanja | DE |

Il-Greċja | EL |

L-Ungerija | HU |

L-Irlanda | IE |

L-Italja | IT |

Il-Latvja | LV |

Il-Litwanja | LT |

Il-Lussemburgu | LU |

Malta | MT |

L-Olanda | NL |

Il-Polonja | PL |

Il-Portugall | PT |

Is-Slovenja | SI |

L-Islovakkja | SK |

Spanja | ES |

l-Isvezja | SE |

Ir-Renju Unit | UK |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 2629/97 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 6(1), (2) u (4) | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 6(3) | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 10 |

- | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 12 |

L-Anness | L-Anness I |

- | L-Anness II |

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet