32004R0782



Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0088 - 0097


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2004

tas-26 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2868/95 l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Protokoll ta' Madrid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru.40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar il-marka tal-fabbrika tal-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 158 tiegħu,

Billi:

(1) Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill li japprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea fil-Protokoll b'konnessjoni mal-Ftehim ta' Madrid li jikkonċerna r-Reġistrazzjoni Internazzjonli tal-Marki addottati f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "il-Protokoll ta' Madrid") [2], huwa neċessarju li jiġu addottati misuri tekniċi biex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003 tas-27 ta' Ottubru 2003 li jemendi Regolament (KE) Nru 40/94 fuq il-marka tal-fabbrika tal-Komunità [3].

(2) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru.2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar il-marka tal-fabbrika fil-Komunità [4] għandu jiġi emendat hekk.

(3) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-onorarji, r-Regoli u l-Proċeduri ta' l-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għal Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki tal-fabbrika, disinji u mudelli) implimentati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 fir-Regolament (KE) Nru.2868/95 huwa emendat kif ġej:

1. Fir-regola 12 subparagrafu ġdid (m) ġie miżjud:

"(m) fejn japplika, il-prospett li l-applikazzjoni tirriżulta minn trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar il-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 156 tar-Regolament, flimkien mad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data li fiha l-estenzjoni territorjali lill-Komunità Ewropea magħmula sussugwentement fir-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid kienet irreġistrata u, fejn tapplika, id-data ta' prijorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali."

2. Ir-Regola 84 għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) Fil-Paragrafu 2, subparagrafu (p) ġdid ġie miżjud:

"(p) il-prospett li l-applikazzjoni tirriżulta minn trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar il-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 156 tar-Regolament, flimkien mad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3(4) ta' l-Protokoll ta' Madrid jew id-data li fiha l-estensjoni territorjali lill-Komunità Ewropea magħmula sussegwentement fir-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid kienet irreġistrata u, fejn tapplika, id-data tal-prijorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali."

(b) Fil-paragrafu 3, is-subparagrafi ġodda (t), (u) u (v) ġew miżjuda:

"(t) is-sostituzzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità bir-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 152 tar-Regolament;

(u) id-data u n-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq l-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li kienet reġistrata bħala marka tal-fabbrika tal-Komunità skond l-Artikolu 143(1) tar-Regolament;

(v) id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq il-marka tal-fabbrika tal-Komunità skond l-Artikolu 143(2) tar-Regolament."

3. Fir-Regola 89 paragrafu ġdid 6 ġie miżjud:

"Il-fajls miżmuma mill-uffiċċju b'konnessjoni mar-reġistrazzjonijiet internazzjonali li jaħtru il-Komunità Ewropea jistgħu jiġu eżaminati fuq talba mid-data tal-publikazzjoni msemmija fl-Artikolu 147(1) tar-Regolament, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'paragrafi (1), (3) u (4) u bla ħsara għar-Regola 88."

4. It-Titolu XIII li ġej ġie miżjud:

"TITOLU XIII IL-PROĊEDURI LI JIKKONĊERNAW IR-REĠISTRAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI TAL-MARKI

Parti a Ir-reġistrazzjoni internazzjonali fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet għal marka tal-fabbrika tal-komunità u ta' marki tal-fabbrika tal-komunità

Regola 102 Iffajljar ta' applikazzjoni internazzjonali

1. Il-Formola prevista mill-uffiċċju għall-klassifikazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali, hekk imsejjħa fl-Artikolu 142(1) tar-Regolament, għandha tkun adattament tal-formola uffiċċjali prevista mill-Uffiċċju Internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellattwali (hawnhekk iżjed "il quddiem" l-Uffiċċju Internazzjonali') li jkollha l-istess format imma li tinkludi bħal indikazzjonijiet u elementi li huma neċessarji jew li jkunu xierqa skond dawn ir-Regoli. L-Applikanti jistgħu jużaw ukoll il-formola uffiċċjali provduta mill-Uffiċċju Internazzjonali.

2. Paragrafu 1 għandu jgħodd mutatis mutandis għall-formola għal talba ta' estensjoni territorjali sussugwenti mar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu tar-Regolament.

3. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li jiffajlja l-applikazzjoni internazzjonali d-data li fiha d-dokumenti li jagħmlu l-applikazzjoni internazzjonali wasslu l-Uffiċċju.

4. Fejn l-applikazzjoni internazzjonali hija ffajljata fl-lingwa uffiċċjali tal-Komunità Ewropea minn flok lingwa approvata taħt il-Protokoll ta' Madrid għall-iffajljar ta' applikazzjoni internazzjonali u fejn l-applikazzjoni internazzjonali ma tinkludix, jew mhux akkumpanjata bi, traduzzjoni tal-lista ta' oġġetti u servizzi u ta' kull test ieħor li jifforma parti mill-applikazzjoni internazzjonali fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni tiġi sottomessa lill-Uffiċċju Internazzjonali skond l-Artikolu 142(2) tar-Regolament, l-applikant għandu jawtorizza l-Uffiċċju biex jinkludi fl-applikazzjoni internazzjonali traduzzjoni ta' l-imsemmija lista ta' oġġetti u servizzi u testi oħra fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni tiġi sottomessa lill-Uffiċċju Internazzjonali skond l-Artikolu 142(2) tar-Regolament. Fejn it-traduzzjoni għadha ma ġietx stabbilita fil-kors tal-proċedura ta' reġistrazzjoni għall-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha l-applikazzjoni internazzjonali hija bbażata, l-Uffiċċju għandu mingħajr dewmien jirrenġa għat-traduzzjoni.

Ir-Regola 103 Eżami ta' l-applikazzjonijiet internazzjonali

1. Fejn l-Uffiċċju jirċievi applikazzjoni internazzjonali u l-onorarju msemmi fl-Artikolu 142(5) tar-Regolament għall-applikazzjoni internazzjonali ma ġiex imħallas, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li l-applikazzjoni internazzjonali ħa tinżamm milli tiġi ffajljata sakemm l-onorarju ma jiġix imħallas.

2. Fejn l-eżami ta' l-applikazzjoni internazzjonali jirrivela xi waħda mid-defiċjenzi li ġejjin, l-Uffiċċju għandu jistieden l-applikant biex jirrimedja dawk id-defiċjenzi fil-perjodu hekk kif jista' jiġi speċifikat:

(a) l-applikazzjoni internazzjonali mhux iffajljata fuq waħda mill-formoli msemmija f'Regola 102(1), u ma tinkludix l-indikazzjonijiet u l-informazzjoni kollha rikjesti f'dik il-formola;

(b) il-lista ta' oġġetti u servizzi kontenuti fl-applikazzjoni internazzjonali mhux koperta bil-lista ta' oġġetti u servizzi li jidhru fl-applikazzjoni bażika tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità jew fil-marka tal-fabbrika tal-Komunità bażika;

(ċ) il-marka li hija soġġetta għall-applikazzjoni internazzjonali mhix identika għall-marka li tidher fl-applikazzjoni bażika tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità jew tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità bażika;

(d) kull indikazzjoni fl-applikazzjoni internazzjonali għall-marka, barra rinunzja tad-dritt skond l-Artikolu 38(2) tar-Regolament jew talba ta' kulur, ma jidhrux fl-applikazzjoni bażika tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità jew tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità bażika;

(e) Jekk il-kulur huwa mitlub fl-applikazzjoni internazzjonali bħala fattur tal-marka li jiddistingwi, l-applikazzjoni bażika tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità mhix fl-istess kulur jew kuluri; jew

(f) skond l-indikazzjonijiet magħmulin fil-formola internazzjonali, l-applikant mhux eliġibbli biex jiffajlja applikazzjoni internazzjonali permezz ta' l-Uffiċċju skond l-Artikolu 2(1)(ii) tal-Protokoll ta' Madrid,

3. Fejn l-applikant falla milli jawtorizza l-Uffiċċju biex jinkludi traduzzjoni hekk kif previst fir-Regola 102(4), jew fejn mod ieħor mhux ċar fuq liema lista ta' oġġetti u servizzi l-applikazzjoni internazzjonali se tkun bbażata, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jagħmel l-indikazzjonijiet rikjesti fil-perjodu hekk kif jista' jiġi speċifikat.

4. Jekk id-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 2 mhux rimedjati jew l-indikazzjonijiet rikjesti msemmija fil-paragrafu 3 ma jitwettqux fiż-żmien limitat iffissat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju jieħu d-deċiżjoni li jirrifjuta li jmexxi l-applikazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju Internazzjonali.

Ir-Regola 104 Tmexxija ta' l-applikazzjoni internazzjonali

L-Uffiċċju għandu jmexxi l-applikazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju Internazzjonali flimkien maċ-ċertifikazzjoni previsti taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta' Madrid hekk kif l-applikazzjoni internazzjonali tilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli 102 u 103 kif ukoll fl-Artikoli 141 u 142 tar-Regolament.

Ir-Regola 105 Ħatriet sussegwenti

1. L-Uffiċċju għandu jistieden l-applikant li jitlob għall-estensjoni territorjali sussugwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali, msejħa fl-Artikolu 144 tar-Regolament, biex jirrimedja xi waħda minn dawn id-defiċjenzi li ġejjin fil-limitu taż-żmien hekk kif jista' jiġi speċifikat:

(a) it-talba għal estensjoni territorjali mhux iffajljata fuq waħda mill-formoli msemmija fir-Regola 102(1) u (2) u ma tinkludix l-indikazzjonijiet u l-informazzjoni kollha mitluba f'dik il-formola;

(b) it-talba għal estensjoni territorjali ma tindikax in-numru tar-reġistrazzjoniji internazzjonali li għandha x'taqsam magħha;

(ċ) il-lista ta' oġġetti u servizzi mhux koperta bil-lista ta' oġġetti u servizzi li jkunu jinsabu fir-reġistrazzjoni internazzjonali; jew

(d) skond l-indikazzjonijiet magħmula fil-formola internazzjonali, l-applikant li jitlob l-estensjoni territorjali mhux intitolat biex jaghmel ħatra sussegwentement mar-reġistrazzjoni internazzjonali permezz ta' l-Uffiċċju skond l-Artikolu 2(1)(ii) u l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid,

2. Jekk id-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 1ma jiġux irrenġati fil-limitu taż-żmien iffiissat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju jieħu d-deċiżjoni li ma jmexxix it-talba għal estensjoni territorjali magħmula sussugwentement mar-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju Internazzjonali.

3. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li jitlob għall-estensjoni territorjali d-data li fiha t-talba għal estensjoni territorjali waslet l-Uffiċċju.

4. L-Uffiċċju għandu jmexxi t-talba għal estensjoni territorjali magħmula suussegwentement lir-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju Internazzjonali hekk kif id-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 1 ta' din ir-Regola ġew irrenġati u l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 144 tar-Regoalment huma mħarsa.

Ir-Regola 106 Dipendenza tar-reġistrazzjoni internazzjonali fuq l-applikazzjoni jew reġistrazzjoni bażika

1. L-Uffiċċju għandu jgħarraf lill-Uffiċċju Internazzjonali fejn, fil-perjodu ta' ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali,

(a) l-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata ġiet irtirata, se tiġi rtirata jew ġiet rifjutata b'deċiżjoni finali;

(b) il-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata waqfet milli jkollha effett għax iċċediet, ma ġietx imġedda, ġiet imħassra, jew ġiet iddikjarata invalida mill-Uffiċċju b'deċiżjoni finali jew, fuq il-bażi ta' kontrorikjam fi proċedimenti fil-ksur ta' liġi, minn qorti tal-marka tal-fabbrika tal-Kommunità;

(ċ) l-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità jew il-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata inqasmet f'żewġ applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet,

2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi:

(a) in-numru ta'reġistrazzjoni internazzjonali;

(b) l-isem tad-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(ċ) il-fatti u d-deċiżjonijiet li jaffetwaw l-applikazzjoni u r-reġistrazzjoni bażika, kif ukoll id-data effettiva ta' dawk il-fatti u deċiżjonijiet;

(d) fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 (a) jew (b), it-talba biex titħassar ir-reġistrazzjoni internazzjonali;

(e) fejn l-att imsemmi fil-paragrafu 1 (a) jew (b) jaffettwa l-applikazzjoni bażika jew ir-reġistrazzjoni bażika biss fi ftit mill-oġġetti u servizzi, dawk l-oġġetti u servizzi, jew l-oġġetti u servizzi li mhumiex affettwati;

(f) fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 (c), in-numru ta' kull applikazzjoni jew reġistrazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità kkonċernata.

3. L-Uffiċċju għandu jinnotifika l-Uffiċċju Internazzjonali fejn, fl-aħħar tal-perjodu tal-ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali

(a) appell huwa sospiż kontra deċiżjoni ta' l-eżaminatur biex jirrifjuta l-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali hija bbażata skond l-Artikolu 38 tar-Regolament;

(b) Reżistenza hija sospiża kontra l-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata;

(ċ) applikazzjoni għal tħassira jew applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija sospiża kontra l-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni kienet ibbażata;

(d) aċċenn kien sar fir-Reġistru tal-Marki tal-Fabbrika tal-Komunità li kontrorikjam għal tħassira jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità ġiet iffajljata quddiem qorti tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità kontra l-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata, imma l-ebda aċċenn għadu ma sar fir-Reġistru tad-deċiżjoni tal-qorti tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità fuq il-kontrorikjam;

4. La darba l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 ġew konklużi permezz ta' deċiżjoni finali jew daħla fir-reġistru, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-Uffiċċju Internazzjonali skond il-paragrafu 2.

5. Kull riferenza fil-paragrafi 1 u 3 ma' marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali kienet ibbażata għandha tinkludi r-reġistrazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li fuqha l-applikazzjoni internazzjonali kienet ibbażata.

Ir-Regola 107 Tiġdid

Ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tiġi mġedda direttament l-Uffiċċju Internazzjonali.

Parti b Ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali li jaħtru l-Komunità Ewropea

Ir-Regola 108 L-anzjanita pretesta fl-applikazzjoni internazzjonali

1. Fejn l-anzjanita ta' wieħed jew iktar marki tal-fabbrika rreġistrati kmieni, kif imsemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament, ġiet pretesta fl-applikazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 148(1) tar-Regolament, id-detentur għandu, fi żmien tlett xhur mid-data li fiha l-Uffiċċju Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju, jitfa' koppja tar-reġistrazzjoni rilevanti lill-Uffiċju. Il-kopja għandha tkun ċertifikata mill-awtorità kompetenti li tkun kopja eżatta tar-reġistrazzjoni rilevanti.

2. Fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jkun ppreżentat quddiem l-Uffiċċju skond l-Artikolu 88(2) tar-Regolament, il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-appuntament ta' rappreżentant skond it-tifsira fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament.

3. Il-President ta' l-Uffiċċju jista' jiddetermina li l-evidenza pprovduta mid-detentur tista' tikkonsisti minn inqas milli hemm bżonn taħt paragrafu 1, previst li l-informazzjoni meħtieġa hija disponibbli għall-Uffiċċju minn sorsi oħra.

Ir-Regola 109 Eżaminazzjoni tal-pretensjonijiet ta' l-anzjanita

1. Fejn l-Uffiċċju jsib li l-pretensjoni ta' l-anzjanita taħt ir-Regola 108(1) ma jaqbilx ma' l-Artikolu 34 tar-Regolament, jew ma taqbilx mal-kondizzjonijiet l-oħra tar-regola 108, hu għandu jistieden lid-detentur biex jirrimedja id-defiċjenzi f'dan il-perjodu hekk kif jista' jkun speċifikat.

2. Jekk l-obbligazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex sodisfatti fil-limitu taż-żmien, id-dritt ta' l-anzjanita fir-rispett ta' dik ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandhom jintilfu. Jekk id-defiċjenzi jikkonċernaw biss ftit mill-oġġetti u servizzi, id-dritt ta' l-anzjanita għandu jintilef biss fejn għandhom x'jaqsmu dawk l-oġġetti u servizzi.

3. L-Uffiċċju għandu javża lill-Uffiċċju Internazzjonali ta' kull dikjarazzjoni ta' telf tad-drittijiet skond il-paragrafu 2. Hu għandu javża ukoll lill-Uffiċċju Internazzjonali fuq kull irtirar jew restrizzjoni tal-pretensjoni ta' l-anzjanita.

4. L-Uffiċċju għandu javża l-Uffiċċju tal-marka tal-fabbrika tal-Benelux jew l-Uffiċċju tal-propjetà industurijali ċentrali ta' l-Istat Membru kkonċernat għall-pretensjoni ta' l-anzjanita, sakemm id-dritt ta' l-anzjanita huwa dikjarat skond il-paragrafu 2.

Ir-Regola 110 L-Anzjanita pretesta quddiem l-Uffiċċju

1. Id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar l-Komunità Ewropea tista' tippretesta, direttament quddiem l-Uffiċċju, l-anzjanita ta' wieħed jew iktar marki tal-fabbrika rreġistrati kmieni kif imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament mid-data li fiha l-Uffiċċju għandu, skond l-Artikolu 147(2) tar-Regolament, ppublikat il-fatt li l-ebda rifjut għal protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar l-Komunità Ewropea ġiet innotifikata jew jekk xi rifjut ġie rtirat, hekk kif previst fl-Artikolu 148(2) tar-Regolament.

2. Fejn l-anzjanita hija ppretesta quddiem l-Uffiċċju qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, l-pretensjoni ta' l-anzjanita għandha titwaqqaf milli tasal l-Uffiċċju fid-data msemmija fil-paragrafu 1.

3. Applikazzjoni li tippretesta l-anzjanita skond l-Artikolu 148(20 tar-Regolament u l-paragrafu 1 għandu jinkludi:

(a) indikazzjoni li l-pretensjoni ta' l-anzjanita huwa magħmul għar-reġistrazzjoni internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid;

(b) in-numru ta' reġistrazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(ċ) l-isem u l-indirizz tad-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond ir-Regola 1(1)(b);

(d) fejn id-detentur ipponta rappreżentant, l-isem u l-indirizz tal-kummerċ tar-rappreżentant skond ir-Regola 1(1)(e);

(e) indikazzjoni ta' l-Istat Membru jew ta' l-Istati Membri ġewwa xiex jew għal xiex il-marka ta' qabel hija reġistrata, id-data li fiha r-reġistrazzjoni rilevanti kienet effettiva, in-numru tar-reġistrazzjoni rilevanti, u l-oġġetti u servizzi għaliex il-marka ta' qabel hija reġistrata;

(f) fejn l-anzjanita hija ppretesta għal inqas mill-oġġetti u servizzi kollha kontenuti fir-reġistrazzjoni ta'qabel, l-indikazzjoni tal-merkanziji u servizzi li għalihom l-anzjanita hija ppretesta;

(g) kopja tar-reġistrazzjoni rilevanti; ċertifikata mill-awtorità kompetenti li hija kopja eżatta;

(h) fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jkun ppreżentat quddiem l-Uffiċċju skond l-Artikolu 88(2) tar-Regolament, l-appuntament tar-rappreżentant fit-tifsira ta' l-Artikolu 89(1) tar-Regolament.

4. Jekk l-obbligazzjonijiet li jirregolaw l-pretensjoni ta' l-anzjanita msemmija fil-paragrafu 3 mhumiex sodisfaċjenti, l-Uffiċċju għandu jistieden lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali biex jirrimedja d-defiċjenzi. Jekk id-defiċjenzi mhumiex rimedjati fil-perjodu speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.

5. Fejn l-Uffiċċju jaċċetta l-pretensjoni ta' l-anzjanita, hu għandu jinforma lill-Uffiċċju Internazzjonali għal din ir-raġuni billi jikkomunikalu

(a) in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkonċernata,

(b) l-isem ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri ġewwa xiex jew għal xiex il-marka ta' qabel hija rreġistrata,

(ċ) in-numru tar-reġistrazzjoni rilevanti, jew

(d) id-data li fiha r-reġistrazzjoni rilevanti kienet effettiva.

6. L-Uffiċċju għandu jinforma l-Uffiċċju tal-marka tal-fabbrika tal-Benelux jew l-Uffiċċju tal-propjeta industrijali ċentrali tal-Istati Membri kkonċernati ta' l-applikazzjoni tal-pretensjoni ta' l-anzjanita la darba tiġi aċċettata mill-Uffiċċju.

7. Il-President ta' l-Uffiċċju jista' jiddetermina li l-evidenza provduta mid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali tista' tikkonsisti f'inqas milli huwa meħtieġ taħt paragrafu 1(g), prevista li dik l-informazzjoni meħtieġa hija disponibbli minn sorsi oħra.

Rule 111 Deċiżjonijiet li jaffettwaw il-pretensjonijiet ta' l-anzjanita

Fejn pretensjoni ta' l-anzjanita li kienet saret skond l-Artikolu 148(1) tar-Regolament, jew li kienet ikkomunikata skond ir-Regola 110(5), ġiet rtirata jew kanċellata mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-Uffiċċju Internazzjonali b'dan.

Ir-Regola 112 Eżami biex tassoluta argumenti għal rifjut

1. Fejn, fil-kors ta' l-eżami skond l-Artikolu 149(1) tar-Regolament, l-Uffiċċju jsib li skond l-Artikolu 38(1) tar-Regolament, il-marka tal-fabbrika li hija suġġetta għall-estensjoni territorjali l-Komunità Ewropea hija ineliġibbli għal protezzjoni għal oġġetti u servizzi kollha jew parti minnhom għalxiex hi kienet irreġistrata mill-Uffiċċju Internazzjonali, l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ta'rifjut provviżorju ex uffiċċju skond l-artikolu 5(1), u (2) tal-Protokoll ta' Madrid u r-Regola 17(1) tar-Regolament Komuni lill-Uffiċċju Internazzjonali.

Fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jiġi rrapreżentat fil-proċeduri quddiem l-Uffiċċju skond l-Artikolu 88(1) tar-Regolament, in-notifika għandha tinkludi l-istedina ta' appuntament ta' rappreżentant skond l-Artikolu 89(1) tar-Regolament.

In-notifika ta' rifjut provviżorju għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqha hija bbażata, u għandha tispeċifika limitu taż-żmien li fih id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jissottometti l-oservazzjonijiet tiegħu u, jekk approprjat, għandu japponta rappreżentant.

Il-limitu taż-żmien għandu jibda fil-ġurnata li fiha l-Uffiċċju joħroġ ir-rifjut provviżorju.

2. Fejn, fil-kors ta' l-eżami skond l-Artikolu 149(1) tar-Regolament, l-Uffiċċju jsib li skond l-Artikolu 38(2) tar-Regolament, reġistrazzjoni tal-marka għandha tkun suġġetta mad-dikjarazzjoni tad-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali li hu jiċħad kull dritt esklusiv fl-element tal-marka mhux distintiv, in-notifika ex uffiċċju tar-rifjut provviżorju skond il-paragrafu 1 għandha tiddikjara li r-reġistrazzjoni internazzjonali se tkun rifjutata il-protezzjoni jekk id-dikjarazzjoni rilevanti ma tiġix sottomessa fil-perjodu taż-żmien speċifikat.

3. Fejn, fil-kors ta' l-eżami skond l-Artikolu 149(1) tar-Regolament, l-Uffiċċju isib li r-reġistrazzjoni internazzjonali li ħatret il-Komunità Ewropea ma tinkludix l-indikazzjoni ta' lingwa sekondarja skond ir-Regola 126 tar-Regolament preżenti u r-Regola 9(5)(g)(ii) tar-Regolamenti Komuni, l-Uffiċċju għandu joħroġ ex uffiċċju tar-rifjut provviżorju skond l-Artikolu 5(1), u (2) tal-Protokoll ta' Madrid u r-Regola 17(1) tar-Regolamenti Komuni ta' l-Uffiċċju Internazzjonali. Il-Paragrafu 1, it-tieni, it-tielet u r-raba' sentenza għandhom japplikaw.

4. Fejn, id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jfalli milli jegħleb l-argument li jirrifjuta l-protezzjoni fil-limitu taż-żmien jew li jaqbel mal-kondizzjonijiet mpoġġieha fil-paragrafu 2, jew jekk approprjat, li japponta rappreżentant jew li jindika lingwa sekondarja, l-Uffiċċju jieġu d-deċiżjoni li jirrifjuta l-proteġġi l-merkanziji u servizzi kollha jew parti minnhom għalxiex ir-reġistrazzjoni internazzjonali hija reġistrata. Id-deċiżjoni għandha tkun suġġetta għal appell skond l-Artikolu 57 sa 63 tar-Regolament.

5. Fejn, sa kemm jibda l-perjodu ta-rifjut imsemmi fl-Artikolu 151(2) tar-Regolament, l-Uffiċċju ma ħariġx in-notifika ex uffiċċju tar-rifjut provviżorju skond il-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jibgħat dikjarazzjoni ta' permess ta' protezzjoni lill-Uffiċċju Internazzjonali, li jindika li l-eżami ta' raġunijiet assoluti għar-rifjut skond l-Artikolu 38 tar-Regolament ġiet imwettqa imma li r-reġistrazzjoni internazzjonali għadha suġġetta għal opposizzjonijiet jew osservazzjonijiet tat-tielet partijiet.

Ir-Regola 113 Notifika ta' rifjut provviżjonali ex uffiċċju lill-Uffiċċju Internazzjonali

1. In-notifika ta' rifjut provviżjonali ex uffiċċju għal protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali sħiħa jew parti minnha, skond ir-Regola 112, għandha tintbgħat lill-Uffiċċju Internazzjonali u għandha tinkludi:

(a) in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(b) ir-raġunijiet kollha li fuqhom ir-rifjut provviżjonali huwa bbażat flimkien mar-riferenza tad-disposizzjonijiet li jikkorispondu fir-Regolament;

(ċ) l-indikazzjoni li r-rifjut provviżjonali għal protezzjoni jiġi kkonfermat bid-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju jekk id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali ma jegħlibx ir-raċunijiet għar-rifjut billi jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data li fiha l –Uffiċċju joħroġ ir-rifjut provviżjonali;

(d) jekk ir-rifjut provviżjonali għandu x'jaqsam biss ma' parti mill-oġġetti u servizzi, l-indikazzjoni ta' dawk l-oġġetti u servizzi.

2. Fir-rispett ta' kull notifika ta' raifjut provviżjonali ex uffiċju maħruġa skond il-paragrafu 1, u previst li ż-żmien limitat biex tidħol reżitenza skada u li l-ebda rifjut provviżjonali bbażat fur reżistenza ma nħareġ skond ir-Regola 115(1), l-Uffiċċju għandu jinforma lill-Uffiċċju Internazzjonali kif ġej:

(a) fejn bir-riżultata tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju r-rifjut provviżjonali ġie rtirat, il-fatt li l-marka hija protetta fil-Komunità Ewropea;

(b) fejn id-deċiżjoni biex tirrifjuta l-protezzjoni tal-marka ġie stabbilit, jekk japplika, wara appell taħt l-Artikolu 57 tar-Regolament jew azzjoni taħt l-Artikolu 63 tar-Regolament, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-Uffiċċju Internazzjonali li l-protezzjoni tal-marka hija rrifjutata fil-Komunità Ewropea;

(ċ) fejn ir-rifjut skond is-subparagrafi (a) jew (b) jikkonċernaw biss parti mill-oġġetti u servizzi, il-oġġetti u servizzi li tagħhom il-marka hija protetta fil-Komunità Ewropea.

Ir-Regola 114 Proċeduri ta' opposizzjoni

1. Fejn ir-reżistenza hija mressqa kontra reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar il-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 151 tar-Regolament, l-avviż ta' opposizzjoni għandu jinkludi:

(a) in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali kontra liema opposizzjoni ġiet imressqa;

(b) indikazzjoni tal-oġġetti u servizzi mniżżlin fir-reġistrazzjoni internazzjonali kontra liema oppożizzjonji ġiet mressqa;

(ċ) l-isem tad-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(d) l-indikazzjonijiet u l-elementi msemmija fir-Regoli 15(2)(b), (c) u (d), u (3).

2. Ir-Regoli 15(1) u 16 sa 22 għandhom japplikaw, bla ħsara għal li ġejjin:

(a) kull referenza lil applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità għandha tinqara bħala referenza lil reġistrazzjoni internazzjonali;

(b) kull referenza ta' rtirar ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità għandha tinqara bħala referenza għar-rinunċa tar-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rispett tal-Komunità Ewropea;

(ċ) kull referenza lill-applikant għandha tinqara bħala referenza lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

3. Jekk l-avviż ta' opposizzjoni huwa iffajljat qabel ma jiskadi l-perjodu ta' sitt xhur msemmi fl-Artikolu 151(2) tar-Regolament, l-avviż ta' opposizzjoni għandu jitwaqqaf milli jiġi iffajljat fl-ewwel ġurnata wara l-iskadenza tas-sitt xhur. L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 42(3) it-tieni sentenza tar-Regolament m'għandiex tiġi affettwata.

4. Fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jiġi ppreżentat quddiem l-Uffiċċju skond l-Artikolu 88(2) tar-Regolament, u fejn huwa mhux lest li japponta rappreżentant skond it-tifsira fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament, il-komunikazzjoni tal-opposizzjoni lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond ir-Regola 19 għandha tinkludi l-istedina biex jiġi appuntat rappreżentant skond it-tifsira fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament fi żmien xahrejn mid-data ta' notifka tal-komunikazzjoni.

Fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jfalli milli japponta rappreżentant f'dan il-perjodu, l-Uffiċċju tieħu d-deċiżjoni li tirrifjuta l-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

5. Il-proċeduri ta' l-opposizzjoni għandha tibqa' jekk rifjut provviżjonali ex uffiċċju hu jew ġie maħruġ skond ir-Regola 112. Meta rifjut provviżjonali ex uffiċċju jwassal għal deċiżjoni ta' rifjut ta' protezzjoni tal-marka li waslet fi tmiem, l-Uffiċċju m'għandux jipproċedi l-ġudizzju u jirrifonda l-onorarju ta' l-opposizzjoni, u l-ebda deċiżjoni fuq l-appuntament ta' spejjeż m'għandha tittieħed.

Ir-Regola 115 Notifika ta' rifjuti provviżjonali bbażati fuq opposizzjoni

1. Meta opposizzjoni kontra reġistrazzjoni internazzjonali hija mressqa l-Uffiċċju skond l-Artikolu 151(2) tar-Regolament, jew titwaqqaf milli titressaq skond ir-Regola 11493), l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ta' rifjut provviżjonali tal-protezzjoni bbażat fuq l-opposizzjoni lill-Uffiċċju Internazzjonali.

2. In-notifka ta' rifjut provviżjonali ta' protezzjoni bbażata fuq opposizzjoni għandha tinkludi:

(a) in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(b) l-indikazzjoni li r-rifjut huwa bbażat fuq il-fatt li l-opposizzjoni ġiet iffajljata, flimkien mar-referenza tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament li fuqhom l-opposizzjoni tafda;

(ċ) l-isem u l-indirizz tal-parti opposta.

3. Fejn l-opposizzjoni hija bbażata fuq l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-marka tal-fabbrika, in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(i) id-data tal-iffajljar, id-data tar-reġistrazzjoni u, jekk hemm, id-data ta' priorità,

(ii) in-numru ta' l-iffajljar u, jekk differenti, in-numru ta' reġistrazzjoni,

(iii) l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju,

(iv) riproduzzjoni tal-marka, u

(v) il-lista tal-oġġetti u servizzi li fuqhom hija bbażata l-opposizzjoni.

4. Jekk ir-rifjut provviżjonali għandu x'jaqsam ma' parti waħda biss mill-oġġetti u servizzi, in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tindika dawk l-oġġetti u servizzi.

5. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-Uffiċċju Internazzjonali kif ġej:

(a) fejn bħala riżultat tal-proċedimenti ta' l-opposizzjoni r-rifjut provviżjonali ġie rtirat, il-fatt li l-marka hija protetta mill-Komunità Ewropea;

(b) fejn id-deċiżjoni li l-protezzjoni tkun rifjutata ntemmet, jekk japplika, wara appell skond l-Artikolu 57 tar-Regolament jew azzjoni taħt l-Artikolu 63 tar-Regolament, il-fatt li l-protezzjoni tal-marka hija rifjutata fil-Komunità Ewropea:

(ċ) fejn ir-rifjut skond is-subparagrafu (a) jew (b) tikkonċerna biss parti mill-oġġetti u servizzi, l-oġġetti u servizzi għal limea l-marka hija protetta fil-Komunità Ewropea.

6. Fejn għal waħda u l-istess reġistrazzjoni internazzjonali, iktar minn rifjut provviżjonali wieħed ġie maħruġ skond ir-Regola 112(1), (2) jew paragrafu 1 ta' din ir-Regola, il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' din ir-Regola għandu jkolu x'jaqsam mar-rifjut totali jew parzjali tal-protezzjoni tal-marka hekk kif jirriżulta mill-proċeduri kollha taġt l-Artikolu 149 u 151 tar-Regolament.

Ir-Regola 116 Prospett tal-konċediment tal-protezzjoni

1. Fejn l-Uffiċċju ma ħariġx notifka ex uffiċċju ta' rifjut provviżjonali skond ir-Regola 112 u l-ebda opposizzjoni ma ġiet aċċettata mill-Uffiċċju fil-perjodu ta' l-opposizzjoni msemmi fl-Artikolu 151(2) tar-Regolament u l-Uffiċċju ma ħariġx notifika ex uffiċċju għal rifjut provviżjonali bħala riżultat ta' l-osservazzjonijiet tat-tielet parti ffajljati, l-Uffiċċju għandu jibgħat prospett mingħajr dewmien żejjed ta' konċediment ta' protezzjoni lill-Uffiċċju Internazzjonali, li jindika li l-marka hija pprotetta fil-Komunità Ewropea.

2. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 146(20 tar-Regolament, il-prospett ta' konċediment ta' protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu l-istess effett bħal prospett mill-Uffiċċju li l-avviż ta' rifjut ġie rtirat.

Ir-Regola 117 Notifika ta' invalidazzjoni lill-Uffiċċju Internazzjonali

1. Fejn, skond l-Artikolu 56 jew 96 u l-Artikolu 153 tar-Regolament, l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li ħatret il-Komunità Ewropea ġew iddikjarati invalided u fejn id-deċiżjoni ġiet finali, l-Uffiċċju għandu javża' lill-Uffiċċju Internazzjonali b'dan.

2. In-notifika għandha tiġi ddatata u għandha tinkludi:

(a) l-indikazzjoni li l-invalidazzjoni ġiet dikjarata mill-Uffiċċju, jew l-indikazzjoni tal-qorti tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità li ddikjarat l-invalidazzjoni;

(b) l-indikazzjoni jekk l-invalidazzjoni ġietx dikjarata fil-forma ta' revoke tad-drittijiet tad-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali, ta' dikjarazzjoni li l-marka tal-fabbrika hija invalida fuq raġunijiet assoluti, jew ta' dikjarazzjoni li l-marka tal-fabbrika hija invalida fuq raġunijiet relattivi;

(ċ) l-indikazzjoni tal-fatt li l-invalidazzjoni m'għadiex suġġetta għal appell;

(d) in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(e) l-isem tad-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(f) jekk l-invalidazzjoni ma tikkonċernax l-oġġetti u servizzi kollha, dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom l-invalidazzjoni ġiet dikjarata jew li għalihom l-invalidazzjoni ma ġietx dikjarata;

(g) id-data li fiha l-invalidazzjoni ġiet dikjarata, flimkien ma' l-indikazzjoni jekk l-invalidazzjoni hija effettiva minn dik id-data jew ex tunc.

Ir-Regola 118 Effett legali tar-reġistrazzjoni tat-trasferiment

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 17, kif ukoll fil-konġunzjoni ma' l-Artikolu 23(1) u (2) u l-Artikolu 24, tar-Regolament, rekord tal-bdil fil-pussess tar-reġistrazzjoni internazzjonali fuq ir-Reġistru Internazzjonali għandu jieħu post id-dħul tat-trasferiment fir-reġistru tal-Marki tal-Fabbrika tal-Komunità.

Ir-Regola 119 Effetti legali ta reġistrazzjoni ta' liċenzi u drittijiet oħra

Għall-għanijiet ta' l-Artikoli 19, 20, 21 u 22, kif ukoll fil-konġunzjoni ma' l-Artikolu 23 u l-Artikolu 24, tar-Regolament, rekord ta' liċenza jew restrizzjoni tad-dritt tal-kontroll tad-detentur fejn fir-rispett tar-reġistrazzjoni internazzjonali fuq ir-Reġistru Internazzjonali għandha tieħu l-post tar-reġistrazzjoni ta' liċenza, dritt fir-rem, intaxxa ta' esekuzzjoni jew proċedimenti ta' passività fir-Reġistru tal-Marka tal-Fabbrika tal-Komunità

Ir-Regola 120 Eżami ta' talbiet għal reġistrazzjonijiet tat-trasferimenti, liċenzi u restrizzjonijiet tad-dritt tal-kontroll tad-detentur

1. Fejn talba biex tirreġistra bidla fil-pussess, liċenza jew restrizzjoni tad-dritt ta' kontroll tad-detentur hija ffajljata l-Uffiċċju minn persuna li mhiex id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta li jgħaddi t-talba lill-Uffiċċju Internazzjonali jekk it-talba mhiex akkumpanjata bi prova ta' trasferiment, liċenza jew restrizzjoni tad-dritt ta' kontroll.

2. Fejn talba biex tirreġistra l-emandament jew it-tħassir ta liċenza jew it-tneħħija ta' restrizzjoni tad-dritt ta' kontroll tad-detentur hija ffajljata mill-Uffiċċju mid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju jieħu deċiżjoni li jirrifjuta li jmexxi t-talba lill-Uffiċċju Internazzjonali jekk it-talba mhiex akkumpanjata bi prova li l-liċenza m'għadiex teżisti jew ġiet emendata, jew li r-restrizzjoni tad-dritt għal kontroll ġiet imneħħija.

Ir-Regola 121 Marki kollettivi

1. Fejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali tindika li hija bbażata fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika li għandha x' taqsam ma' marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li ħatret il-Komunità Ewropea għandha tiġi kkunsidrata bħala il-marka kollettiva tal-Komunità.

2. Id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jissottometti ir-regolamenti li jawtorizzaw l-usu tal-marka kif prevista fl-Artikolu 65 tar-Regolament u ir-Regola 43 direttament lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-Uffiċċju Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju

3. Notifika tar-rifjut provviżjonali ex uffiċċju skond ir-Regola 112 għandha wkoll tiġi maħruġa:

(a) jekk waħda mir-raġunijiet għal rifjut prevista fl-Artikolu 66(1) jew (2), fil-konġunzjoni paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu, tar-Regolament teżisti;

(b) fejn ir-regolamenti li jawtorizzaw l-użu tal-marka ma ġewx sottomessi skond il-paragrafu 2.

Ir-Regoli 112(2), (3) u 113 għandhom japplikaw.

4. Avviż ta' emendi lir-regolamenti li jawtorizzaw l-użu tal-marka skond l-Artikolu 69 tar-Regolament għandu jiġi ppubblikat fil-Bullettin tal-Marki tal-Fabbrika tal-Komunità.

Ir-Regola 122 Konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika nazzjonali

1. Applikazzjoni għal konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar il-Komunità Ewropea f'applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika nazzjonali skond l-Artikoli 108 u 154 tar-regolament għandha tinkludi:

(a) in-numru ta' reġistrazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali;

(b) id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali jew id-data tal-ħatra tal-Komunità Ewropea magħmula sussegwentament lir-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid u, fejn japplika, partikolari tal-pretensjoni ta' priorità għar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 154(2) tar-Regolament u partikolari tal-pretensjoni ta' anzjanita skond l-Artikoli 34, 35 u 148 tar-Regolament;

(ċ) l-indikazzjoni u l-elementi msemmija fir-Regola 44(1) (a), (b), (f) u (g) u, fejn japplikaw, (h) u (k) u (2).

2. Fejn il-konveżjoni hija mitluba skond l-Artikolu 108(5) u 154 tar-Regolament wara falliment li tiġġedded ir-reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar il-Komunità Ewropea, l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi indikazzjoni ta' dak l-effett, u d-data li fiha l-protezzjoni skadiet. Il-perjodu ta' tlett xhur previst fl-Artikolu 108(5) tar-Regolament għandu jibda jgħodd fil-ġurnata wara l-aħħar ġurnata li fiha t-tiġdid jista' jiġi affettwat skond l-Artikolu 7(4) tal-Protokoll ta' Madrid;

3. Ir-Regoli 45, 46(2) (a) u (ċ), u 47 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Ir-Regola 123 Konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali fil-ħatra ta' partit ta' Stat Membru fil-Protokoll ta' Madrid

1. Applikazzjoni għal konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar lill-Komunità Ewropea fil-ħatra ta' partit ta' Stat Membru fil-Protokoll ta' Madrid jew fil-Ftehim ta' Madrid skond l-Artikolu 154 tar-Regolament għandha tinkludi l-indikazzjonijiet u l-elementi msemmija fir-Regola 122(1) u (2).

2. Ir-Regola 45 għandha tapplika mutatis mutandis. L-Uffiċċju għandu ma jilqax l-applikazzjoni għal konverżjoni fejn il-kondizzjonijiet biex jinħatar Stat Membru li huwa partit fil-Protokoll ta' Madrid jew fil-Ftehim ta' Madrid ma jintlaħqux kemm fid-data tal-ħatra tal-Komunità Ewropea u fid-data li fiha l-applikazzjoni għal konverżjoni tasal jew, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 109(1) tar-Regolament, waqfet milli tasal l-Uffiċċju.

3. Ir-Regola 46(2)(a) u (c) għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni għal konverżjoni għandha tinkludi wkoll l-indikazzjoni li l-konżerżjoni ġiet mitluba fil-ħatra ta' partit ta' Stat Membru fil-Protokoll ta' Madrid jew tal-Ftehim ta' Madrid skond l-Artikolu 154 tar-Regolament.

4. Fejn l-applikazzjoni għal konverżjoni taqbel mal-ħtiġijiet tar-Regolament u dawn ir-Regoli, l-Uffiċċju għandu jgħaddiha mingħajr dewmien lill-Uffiċċju Internazzjonali. L-Uffiċċju għandu jinforma lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali id-data ta' trasmissjoni.

Ir-Regola 124 Trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar il-Komunità Ewropea f'applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità

1. Sabiex tkun ikkonsidrata trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li ġiet mħassra fuq talba ta' uffiċċju li ġej mill-Uffiċċju Internazzjonali skond l-Artikolu 9 quinquies tal-Protokoll ta' Madrid u skond l-Artikolu 156 tar-Regolament, l-applikazzjoni tal-marka tal-fabbrika tal-Komunità għandha tinkludi indikazzjoni għal dak l-effett. Dik l-indikazzjoni għandha tiġi magħmula fl-iffajljar tal-applikazzjoni.

2. L-applikazzjoni għandha tinkludi, ukoll l-indikazzjonijiet u l-elementi msemmija fir-Regola 1,

(a) l-indikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali li ġiet mħassra;

(b) id-data li fiha r-reġistrazzjoni internazzjonali ġiet mħassra mill-Uffiċċju Internazzjonali;

(ċ) kif approprjat, id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data ta' record ta' l-estensjoni territorjali li l-Komunità Ewropea għamlet sussugwentament lir-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid;

(d) fejn japplika, id-data tal-priorità pretesta fl-applikazzjoni internazzjonali kif imdaħħla fir-Reġistru Internazzjonali miżmum mill-Uffiċċju Internazzjonali.

3. Fejn, fil-kors ta' l-eżami skond ir-Regola 9(3), l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni ma ġietx iffajljata fi żmien tlett xhur mid-data li fiha r-reġistrazzjoni internazzjonali ġiet kanċellata mill-Uffiċċju Internazzjonali; jew il-merkanzija u servizzi li għalihom il-marka tal-fabbrika tal-Komunità se tkun irreġistrata mhumiex inklużi fil-lista tal-oġġetti u servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni internazzjonali kienet reġistrata fir-rispett tal-Komunità Ewropea, l-Uffiċċju għandu jistieden l-applikant biex jirrimedja għad-defiċjenzi nnotati u partikolarment irrestrinġa il-lista tal-merkanzija u servizzi għal dawk l-oġġetti u servizzi li kienu kontenuti fil-lista ta' l-oġġetti u servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni internazzjonali kienet reġistrata fir-rispett tal-Komunità Ewropea, fil-perjodu hekk kif jista' jkun speċifikat.

4. Jekk id-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 3 mhumiex rimedjati fiż-żmien limitat, id-dritt tad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali jew tad-data tal-estensjoni territorjali u, jekk hemm tad-data tal-priorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jintilef.

Parti ċ Komunikazzjonijiet

Ir-Regola 125 Komunikazzjonijiet mal-Uffiċċju Internazzjonali u formoli elektroniċi

1. Komunikazzjonijiet mal-Uffiċċju Internazzjonali għandhom ikunu bil-mod u l-format miftiehem bejn l-Uffiċċju Internazzjonali u l-Uffiċċju, preferibilment bil-mod elektroniku.

2. Kull referenza għal formoli għandha tkun interpretata li tinkludi formoli magħmula disponnibli fil-format elektroniku.

Ir-Regola 126 L-użu tal-lingwi

Għall-għanijiet li jiġi applikat ir-Regolament u dawn ir-Regoli mar-reġistrazzjonijiet internazzjonali li taħtar il-Komunità Ewropea, il-linwa ta' iffajljar ta' l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 115(4) tar-Regolament, u t-tieni lingwa indikata fl-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun it-tieni lingwa skond it-tifsira ta' l-Artikolu 115(3) tar-Regolament."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Protokoll ta' Madrid jidħol fis-seħħ fir-rispett tal-Komunità Ewropea. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamet għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 11 ta' l-14.1.1994, p. 1.

[2] ĠU L 296, 14.11.03, p. 20.

[3] ĠU L 296, 14.11.03, p. 1.

[4] ĠU L 303, 15.12.95, p. 1.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet